Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905
Fl-1900, il-Maltin ftit jew wisq kienu għadhom jgħixu l-ħajja tagħhom kwieta bħal dik ta’ missirijiethom. Inkwiet industrijali ma kienx hawn u l-poplu fil-maġġoranza tiegħu kien għadu bla skola u ftit kien jisma’ bl-aħbarijiet jaħarqu ta’ pajjiżi oħra.
Minħabba ċ-ċokon tal-gżira, maħkuma kif kienu mill-Ingliżi, il-Maltin ftit setgħu jħarsu u jaraw ’il bogħod mix-xtut ta’ pajjiżhom. Għalihom ma kienx hemm ħlief li jissoktaw jgħixu fil-kwiet it-twemmin nisrani li kien jintiret mill-missier għall-iben. Kemm fl-ibliet kif ukoll fl-irħula ta’ Malta kont issib nies li qajla joħorġu mill-post fejn twieldu u għalhekk bilfors kellhom rabtiet qawwija ma’ pajjiżhom.
Kull belt u raħal kellu l-qaddis patrun tiegħu, u l-festa ta’ dan il-qaddis, li tiġi darba kull sena, kienet tiġi mfakkra bil-kbir. Propju minħabba f’hekk kienu bdew jinfetħu każini soċjali fl-ibliet u fl-irħula kollha ta’ Malta.
F’Ħal Lija wkoll, raħal ċkejken fiċ-ċentru ta’ Malta, inħass il-bżonn ta’ dawn il-każini u sa qabel l-1900 diġà kienu nfetħu xi tlieta. L-għan tagħhom kien li jservu ta’ post fejn jiltaqgħu l-irġiel tar-raħal, u fl-istess ħin iservu wkoll ta’ post fejn jinħadem l-armar tat-toroq għall-festa l-kbira tas-Salvatur.
Dak iż-żmien il-Kappillan ta’ Ħal Lija kien Dun Mattew Cortis li miegħu kellu joqgħod lil ħuh Dun Xand Cortis. Dan tal-aħħar kien iħobb jikteb fuq il-ħajja tan-nies ta’ żmienu. Fuq il-festa tas-Salvatur kien kiteb li n-nies ta’ Ħal Lija joħolmu wisq kmieni biha. Minn xahar qabel, jew iżjed tibda tisma’ l-isparar tal-maskli, it-tifqigħ tal-bombi, il-ġiri tat-tfal madwar iz-zuntier. Iż-żgħażagħ aktarx tarahom mehdija fil-ħin tas-serħ, u saħansitra jishru filgħaxija jħejju bandieri, trofej, piramidi, kuruni, stilel, skrizzjonijiet u ħwejjeġ oħra bħal dawn. Issa dan ix-xogħol kollu kien isir fil-każin tar-raħal. Meta dan l-armar, kollu skultura tlesta u beda jintrama fil-ġranet tal-festa, xi rġiel oħra minn Ħal Lija dehrilhom li tajjeb jitgħallmu xi strument tal-kordi sabiex jgħaddu ż-żmien. U hekk fl-1894 twaqqfet l-għaqda Mandolinista li semmewha Fior d’Arancio li tfisser Fjura tal-Larinġ. Wara, dawn il-mandolinisti kienu bdew joħorġu jdoqqu mat-toroq tar-raħal u jferrħu lil kulħadd bid-daqq tal-kordi melodjużi tal-kitarri u mandolini.
It-Twelid tal-Każin tal-Banda San Pio X
Minn dan wieħed jara li f’Ħal Lija minn dejjem kien hawn nies li jħobbu l-arti, b’mod speċjali l-mużika li terfa’ l-ħsieb li thenni l-qalb. Għalhekk xi nies minn Ħal Lija dehrilhom li tkun ħaġa xierqa kieku kellha titwaqqaf xi għaqda mużikali li mhux biss iddoqq strumenti tal-kordi iżda wkoll strumenti oħra. Dawn in-nies sabu min jinkuraġġihom u jtihom l-għajnuna f’dik li hi organizzazzjoni. Fost dawn insibu lil John Ellis u lil Luiġi Engerer li ta’ spiss kienu jkunu Ħal Lija għall-vaganzi tagħhom. Fl-ewwel ktieb tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat insibu li fit-23 ta’ Mejju, 1905 twaqqaf l-ewwel kumitat magħmul minn dawn is-sinjuri kollha jgħammru f’Ħal Lija:
- President – Is-Sur John Ellis
- Segretarju – Is-Sur Luiġi Engerer
- Teżorier – Is-Sur Ċikku Xerri u sitt Deputati. Il-membri ġodda tal-każin għoġobhom jagħżlu bħala direttur spiritwali lil Dun Baskal Grech.
Issa l-attività prinċipali tal-membri kellha tkun il-mużika. Dawk li qabel kienu jdoqqu xi kitarra jew mandolina riedu jitgħallmu jdoqqu strumenti oħra u għalhekk il-kumitat mill-ewwel nieda konkors nazzjonali sabiex jagħżlu surmast magħruf. Għalhekk għamlu sejħa fil-ġurnali għal surmast direttur tal-banda u għaliha wieġbu dawn is-surmastrijiet diretturi kollha gwappi fl-arti tad-direzzjoni. Dawn kienu Maestri Gregorio Molinari, Giuseppe Filiberti, Francesco Parisi, Geroger Hendren, Ġanni Gatt, Antonio Miruzzi, G.E. Calì (Assistent Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Rjal) u oħrajn. Dan jixhed illi l-element għall-ġid tal-mużika f’Malta qatt ma naqas u minn dejjem kien għani. Il-kummissjoni, mwaqqfa għal din l-għażla minn fost dawn l-imgħallmin professuri, wara stħarriġ, waslet fil-konklużjoni li taħtar lil Mro. Antonio Miruzzi, mużiċist, kompożitur u direttur mill-aħjar, sabiex jieħu taħt idejh il-Banda li kienet għadha kif twieldet.
Il-membri kienu ħafna u bosta minnhom xtaqu jitgħallmu jdoqqu. Membri li diġà kienu jdoqqu l-mandolina jew il-kitarra bdew jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jaqbdu malajr l-arti tal-mużika. Is-Surmast Miruzzi ried iwaqqaf il-banda fuq sisien sodi mill-ewwel u bejn minħabba l-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u bejn bl-għajnuna li sab mill-mandolinisti, irnexxielu fi ftit żmien iħarreġ bosta allievi u jagħmilhom bandisti.
F’laqgħa ġenerali ġie deċiż li jgħammdu l-banda bl-isem ta’ Pio X, f’ġieħ il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa tal-Ewkaristija. Il-membri mhux biss riedu li l-każin tagħhom jissemma Pio X, iżda xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-każin tal-banda. Għalhekk il-President Ellis, megħjun mid-direttur spiritwali Dun Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ġunju 1906, kiteb lill-Papa fejn talbu jaċċetta li hu nnifsu jkun il-patrun tagħhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, aċċetta din it-talba, faħħar ’l-għaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex tissemma għalih u bagħat l-Appostolika Benedizzjoni lill-membri kollha. Din l-ittra tinsab merfugħa b’għożża kbira fil-każin.
Segreteria Vescovile Valletta 25 Luglio 1905 Pregmo Signore, Sua Eccellenza Reverendissima Monsignor Vescovo mi incarica trasmettere alla S.V. Pregiatissima copia di una lettera ricevuta dalla Segreteria di Stato una risposta ad una lettera alla medesima indirizzata dalla S.V. come segue:
Illustrissimo e Reverendissimo Monsignore, Il Signor Giovanni Ellis di Malta espone che nella borgata di Casa Lia di contesta Isola si è recentemente constituito un “concerto cittadino” con lo speciale intendimento di recare un qualche utilità dalla classe operaia.
Il Santo Padre reso di ciò consapevole, vivamente si compiace dei sensi di profonda pietà ai quali il novello dodalizio protesta di inspirarsi, brama pertanto che la S.V. Illustrissima e Reverendissima partecipi al prelodato Signor Ellis e a tutti i membri di quella banda musicale l’appostolica benedizione che l’Augusto Pontefice imparte di cuore per attuatare ad essi la sua benevolenza in quel solo modo che gli è possibile. Mi avvalgo poi del favore incontro per confermarle e sense della più distinta stima con cui sono di
V.S. Illl.ma e Rev. ma Devotissimo Servo Giacomo della Chiesa Sostituto della Segreteria di Stato Roma 21 Luglio, 1905
Vescovo di Malta Con sensi intanti di perfetta osservanza professo della S.V. Preg.ma Devotissimo Servo Sac Paolo Gauci Pro Secretario Generale
Pregmo Sig. John Ellis Lia
Iktar tard Dun Baskal reġa’ kiteb lill-Papa fejn talbu f’isem il-membri kollha tal-każin, sabiex jagħti Indulġenza Plenarja lis-soċji kollha. Hawnhekk il-Papa Qaddis innifsu b’ittra miktuba minn idejh stess laqa’ din it-talba u ikkonċeda Indulġenza Plenarja lis-soċji kollha jekk dawn iqerru u jitqarbnu jew nhar il-festa ta’ Santa Ċeċilja jew il-Ħadd ta’ wara. Din l-ittra li hija relikwa mill-aqwa ta’ dan il-Papa Qaddis, ukoll tinsab b’għożża kbira fis-Sala tal-każin.
L-Inawgurazzjoni tal-Banda
Is-Surmast Miruzzi beda jlaqqa’ lill-bandisti allievi ta’ spiss u fi ftit xhur irnexxielu jwassal il-banda l-ġdida li tista’ tagħmel programm tal-inawgurazzjoni tagħha. Dan ġara fit-30 ta’ Diċembru 1906, meta l-planċier ġdid ġie mżanżan fuq iz-zuntier tal-knisja u l-Isqof Pietru Pace bierek żewġ standarti rregalati lill-banda l-ġdida mill-Kurunell John Francia u mill-Kurunell Markiż Giovanni DePiro, it-tnejn tar-Royal Malta Militia. Folla mdaqqsa assistiet għal dan il-programm mużikali u meta l-banda spiċċat iddoqq is-sinfonija Ogni Principio è Forte li s-Surmast Miruzzi kkompona apposta, in-nies infexxew iċapċpu sabiex juru l-apprezzament tagħhom. Wara sar diskors tal-okkażjoni mill-President tas-soċjetà is-Sur John Ellis, fejn ippreżenta bakketta tal-ebanu interzjata bil-fidda lis-surmast Miruzzi, bħala sinjal ta’ qima u ta’ rikonoxximent.
Meta spiċċa l-programm, in-nies ġew mistiedna għal trattament lussuż fid-dar 130, Main Street, Lija, li fih kullħadd, bandisti, soċji u ammiraturi, kiel u xorob fost il-ferħ u l-briju li jġibu magħhom okkażjonijiet bħal dawn.
Wara li għadda kollox, il-kumitat induna li għal dan it-trattament kellu joħroġ ’il fuq minn mitt lira u hekk il-kaxxa batiet u s-soċjetà kellha ssib ruħha fid-dejn. Hawnhekk ġie maħtur bħala teżorier is-Sur Salvu Mifsud li, bil-għaqal u l-ħidma tiegħu, irnexxielu jerġa’ jġib lis-soċjetà fuq saqajha, tħallas id-dejn u l-banda reġgħet bdiet tiltaqa’ u tkompli bil-ħajja normali ta’ qabel.
Hekk naraw li dan l-inkwiet finanzjarju ma tellifx il-ħidma li għaliha twaqqfet is-soċjetà – dik mużikali. Tant hu hekk li f’Jannar tal-1907 il-banda Pio X ġiet mistiedna mill-każin Konti Ruġġieru tar-Rabat sabiex twettaq programm mużikali nhar il-festa ta’ San Pawl. Il-programm kien sabiħ u ntgħoġob tant li r-Rabtin bħala sinjal ta’ ħbiberija u ammirazzjoni rregalaw lill-banda tazza tal-fidda.
Ftit wara l-banda ġiet mistiedna sabiex iddoqq programm fiż-Żejtun u minn hemm il-quddiem stedin ieħor bħal dan baqa’ jiżdied minn sena għal sena. R. Vassallo La Rosa laħaq president fit-28 ta’ Marzu 1909.
F’Ġunju 1910, il-banda ħadet sehem fl-isfilata li saret il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ V. Fost dokumenti tal-każin insibu ittra ta’ ringrazzjament u inkoraġġiment iffirmata minn Dr. Enrico Mizzi LL.D. għas-sehem li ħadet il-banda billi kienet wettqet programm ta’ mużika fil-ġnien tal-Ġeneral Barron. Is-Sur Luiġi Agius laħaq President fl-10 ta’ Ottubru 1911.
Il-każin tal-banda kompla jikber fil-għadd tal-membri. In-nies ta’ Ħal Lija kienu jieħdu gost jisimgħu l-banda tagħhom iddoqq, u bosta kienu dawk li kienu jmorru jisimgħu l-kunċerti fil-bitħa tal-każin. Nhar il-Festa tas-Salvatur 1910, il-bandisti żanżnu l-uniformi tas-sajf u l-każin kien nefaq £40 sabiex il-banda jkollha l-uniformi tagħha. Matul is-sena 1912 sar trasferiment mill-ewwel dar fejn kien il-Każin, No 41 Strada Reale, għall-post li qegħdin fih illum li dak iż-żmien kien 44 Strada Reale.
Kumpanija Flodrammatika
Mhux il-membri kollha kienu jitħajru jdoqqu xi strument tal-banda, u għalhekk ġara li dawn il-membri ġiethom f’moħħhom li jibdew jagħmlu t-Teatrin fil-bitħa kbira tal-każin. B’dan l-iskop fl-1913 twaqqfet il-Lija Dramatic Company. L-imseħbin ta’ din l-għaqda bdew itellgħu diversi xogħlijiet tal-palk u n-nies bdew kull nhar ta’ Sibt jew il-Ħadd filgħaxija jmorru jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom hemmhekk. Il-bitħa kienet timtela u fix-xitwa, is-soċji kienu jsaqqfuha b’xi biċċa drapp tal-luna biex tilqa’ x-xita. Dak iż-żmien nisa ma kinux jaħdmu fuq il-palk, u l-parti tal-mara kien jaħdimha xi ġuvni li kellu vuċi rqiqa. Il-qligħ mir-rappreżentazzjonijiet dejjem mar għall-bżonnijiet tal-banda u tal-każin.
Fl-1914 faqqgħet il-Gwerra l-Kbira, u minħabba f’hekk, l-attivitajiet fil-każin ma baqgħux numerużi bħal qabel. L-aħbarijiet koroh tal-gwerra kienu jaslu wkoll fir-raħal u n-nies bdew inisslu fihom sens ta’ biża’ u ta’ stennija fuq x’setgħa jiġri fil-ġejjieni. Meta mbagħad fl-1918, il-gwerra spiċċat, is-soċji tal-każin reġgħu intefgħu għall-ħidma, bil-banda ferm attiva fil-programmi mużikali tagħha, kemm fir-raħal kif ukoll f’irħula oħra. Matul is-sena kienu jsiru l-kunċerti sabiex imbagħad, fil-ġranet tal-festa tas-Salvatur, il-banda toħroġ iddoqq mat-toroq tar-raħal kif ukoll fuq il-planċier fuq l-istess zuntier tal-knisja.
Il-kumpanija tat-teatrin, ukoll, ma tellgħetx biss xogħlijiet tal-palk għan-nies ta’ Ħal Lija iżda ħadmet ukoll drammi u fares f' Il-Marsa, Ħaż-Żebbuġ u postijiet oħra. Fl-1922 laħaq surmast proviżorju, Mro. Darmanin, minħabba li s-surmast Miruzzi kien ma jiflaħx. Insibu li fis-sena 1925 Mro Luiġi Fenech laħaq bħala l-ewwel Assistent Surmast. Sal-1926, is-surmast direttur tal-banda kien l-istess Antonio Miruzzi. Dan il-kompożitur magħruf, mix-xejn sawwar u rawwem il-banda sakemm, għajjien bit-tagħbija tax-xogħol u taż-żmien, ħass il-bżonn li jirtira darba għal dejjem minn fuq il-planċier.
Warajh, fuq rakkomandazzjoni tiegħu stess, inħatar Mro. Carmelo Scicluna li dam imexxi l-banda għal tmintax-il sena sħaħ. Jgħinu, bħala assistent surmast kellu lis-sur Luiġi Fenech li, mis-sena 1922 sas-sena 1944, kien dejjem jgħallem lill-allievi.
Fiż-żmien li qegħdin insemmu l-każini kollha ta’ Ħal Lija kienu fl-aqwa tagħhom u bosta rġiel kienu jiffrekwentawhom. Ftit, ftit, bejn is-soċji tal-każini bdew jidħlu ċerti piki u għalhekk kemm il-kappillan, Dun Anton Buhagiar, kif ukoll Dun Baskal Grech, kappillan tal-każin Pio X, kellhom biċċa xogħol diffiċli biex iżommu l-paċi u biex jikkwietaw l-irjus. Waħda mill-kwestjonijiet li kienet inqalgħet kienet dik ta’ meta xi affarijiet u xi standarti, li kienu propjetà tal-każin tal-banda Pio X, ma nstabux. Xi ħadd ħadhom baxx baxx u nqala’ ftit tal-inkwiet minħabba li s-soċji tal-każin kellhom ħjiel sewwa min kien ħadhom u għand min kienu. Minħabba f’hekk kien inqala’ ħafna għajdut u ġlied bla bżonn. Din il-kwistjoni damet sejra s-snin sakemm fl-aħħar twitta kollox u nstabet il-paċi meta l-affarijiet misruqa kollha ngħataw lura lill-każin tal-banda.
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | F.S.Pizzuto | 1905 | 1906 |
02 | Antonio Miruzzi | 1906 | 1926 |
03 | Carmelo Scicluna | 1926 | 1940 |
04 | Ġorġ Camenzuli | 1940 | 1943 |
05 | Ġużeppi Busuttil | 1943 | 1944 |
06 | Anthony Sammut | 1944 | 1989 |
07 | Ronnie Debattista | 1989 | 1996 |
08 | Raymond Fenech | 1996 | 2014 |
08 | Reno Busuttil | 2014 |
Ass. Surmastrijiet
No | Ass. Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Mro. Luiġi Fenech | 1924 | 1942 |
02 | Mro. Emmanuel Morello | 1953 | 1955 |
03 | Mro. Joseph Vella | 1944 | 1962 |
04 | Mro. Salvu Tanti | 1963 | 1996 |
05 | Mro. Paul Busuttil | 1993 | 1999 |
06 | Mro. Reno Busuttil | 1999 | 2014 |
07 | Mro. Jesmond Agius | 2014 | 2017 |
08 | Mro. Andrea Cassar | 2017 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | John Ellis | 1905 | 1910 |
02 | R Vassallo La Rosa | 1910 | 1911 |
03 | Luiġi Agius | 1911 | 1912 |
04 | Louis Engerer | 1912 | 1924 |
05 | Dr. John Bugeja | 1925 | 1946 |
06 | Luigi Fenech | 1946 | 1948 |
07 | John Portelli | 1949 | 1953 |
08 | Alfons Ebejer | 1954 | 1962 |
09 | John Portelli | 1963 | 1965 |
10 | Joseph Agius | 1966 | 1970 |
11 | Joseph Agius | 1972 | 1981 |
12 | Salvu Sammut | 1971 | 1972 |
13 | Ġużeppi Portelli | 1982 | 1987 |
14 | Louis Caruana | 1988 | 2012 |
15 | Frans Portelli | 2012 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Louis Engerer | 1905 | 1907 |
02 | Carm Xerii | 1908 | 1909 |
03 | Louis Engerer | 1909 | 1911 |
04 | S.Grech | 1912 | 1913 |
05 | M.Gatt | 1913 | 1914 |
06 | L.Fenech | 1915 | 1927 |
07 | E.Micallef | 1927 | 1931 |
08 | Carm Cutajar | 1931 | 1938 |
09 | Alfons Ebejer | 1938 | 1949 |
10 | Salvu Mifsud | 1949 | 1950 |
11 | Alfons Ebejer | 1950 | 1954 |
12 | Salvu Muscat | 1954 | 1956 |
13 | S.Agius | 1956 | 1961 |
14 | Alfons Ebejer | 1961 | 1966 |
15 | Michael Saliba | 1967 | 1996 |
16 | Mark Sicberras | 1996 | 1998 |
17 | Salvu Borg | 1998 |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | F.Xerri | 1905 | 1906 |
02 | G. Vella | 1907 | 1907 |
03 | M.Gatt | 1908 | 1908 |
04 | S.Caruana | 1909 | 1911 |
05 | G.Fenech | 1912 | |
06 | Anthony Agius | 1912 | |
07 | G.Grech | 1912 | |
08 | S.Grech | 1912 | 1913 |
09 | C.Fenech | 1913 | 1914 |
10 | S.Mifsud | 1914 | 1920 |
11 | Anthony Agius | 1921 | 1923 |
12 | S. Mifsud | 1924 | 1948 |
13 | Carm Cutajar | 1949 | 1953 |
14 | J.Dingli | 1954 | 1955 |
15 | Salvu Muscat | 1956 | 1975 |
16 | John Borg | 1976 | 1977 |
17 | Salvu Muscat | 1978 | 1995 |
18 | Michael Cassar | 1996 | 2006 |
19 | Frans Portelli | 2006 | 2012 |
20 | Mark Sciberras | 2012 |
Direttur Spiritwali
No | Direttur Spiritwali | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Fr. Pasquale Grech | 1905 | 1932 |
02 | Mons. G. Scerri | 1932 | 1963 |
03 | Fr. Anton Ebejer | 1964 | 2002 |
04 | Fr. Diegu Theuma | 2002 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Hymns and Festive Marches - Innijiet u Marċi Brijuzi - F'Għeluq it-43 sena bħala Surmast Direttur Mro. Anthony Sammut - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (1987) | 1987 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2000) | 2000 | * |
Cd's
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - 100 Sena Anniversarju - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2005) | 2005 | * |
Programmes and Publications
Memorials
Contacts Information
- Address:- 'Villa Lija Sir Ugo Mifsud Street, Lija LIA 1915 - AD 1905'
- President - Frans Portelli
- Secretary - Salvu Borg
- Treauser - Mark Sciberras