Difference between revisions of "Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905"
Line 26: | Line 26: | ||
F’laqgħa ġenerali ġie deċiż li jgħammdu l-banda bl-isem ta’ '''Pio X''', f’ġieħ il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa tal-Ewkaristija. Il-membri mhux biss riedu li l-każin tagħhom jissemma Pio X, iżda xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-każin tal-banda. Għalhekk il-President Ellis, megħjun mid-direttur spiritwali Dun Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ġunju 1906, kiteb lill-Papa fejn talbu jaċċetta li hu nnifsu jkun il-patrun tagħhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, aċċetta din it-talba, faħħar ’l-għaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex tissemma għalih u bagħat l-Appostolika Benedizzjoni lill-membri kollha. Din l-ittra tinsab merfugħa b’għożża kbira fil-każin. | F’laqgħa ġenerali ġie deċiż li jgħammdu l-banda bl-isem ta’ '''Pio X''', f’ġieħ il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa tal-Ewkaristija. Il-membri mhux biss riedu li l-każin tagħhom jissemma Pio X, iżda xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-każin tal-banda. Għalhekk il-President Ellis, megħjun mid-direttur spiritwali Dun Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ġunju 1906, kiteb lill-Papa fejn talbu jaċċetta li hu nnifsu jkun il-patrun tagħhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, aċċetta din it-talba, faħħar ’l-għaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex tissemma għalih u bagħat l-Appostolika Benedizzjoni lill-membri kollha. Din l-ittra tinsab merfugħa b’għożża kbira fil-każin. | ||
''Segreteria Vescovile | |||
Valletta 25 Luglio 1905 | |||
Pregmo Signore, Sua Eccellenza Reverendissima Monsignor Vescovo mi incarica trasmettere alla S.V. Pregiatissima copia di una lettera ricevuta dalla Segreteria di Stato una risposta ad una lettera alla medesima indirizzata dalla S.V. come segue:'' | |||
''Illustrissimo e Reverendissimo Monsignore, | |||
Il Signor Giovanni Ellis di Malta espone che nella borgata di Casa Lia di contesta Isola si è recentemente constituito un “concerto cittadino” con lo speciale intendimento di recare un qualche utilità dalla classe operaia.'' | |||
''Il Santo Padre reso di ciò consapevole, vivamente si compiace dei sensi di profonda pietà ai quali il novello dodalizio protesta di inspirarsi, brama pertanto che la S.V. Illustrissima e Reverendissima partecipi al prelodato Signor Ellis e a tutti i membri di quella banda musicale l’appostolica benedizione che l’Augusto Pontefice imparte di cuore per attuatare ad essi la sua benevolenza in quel solo modo che gli è possibile.'' | |||
''Mi avvalgo poi del favore incontro per confermarle e sense della più distinta stima con cui sono di'' | |||
''V.S. Illl.ma e Rev. ma | |||
Devotissimo Servo | |||
Giacomo della Chiesa | |||
Sostituto della Segreteria di Stato | |||
Roma 21 Luglio, 1905'' | |||
''Vescovo di Malta | |||
Con sensi intanti di perfetta osservanza professo | |||
della S.V. Preg.ma | |||
Devotissimo Servo | |||
Sac Paolo Gauci | |||
Pro Secretario Generale'' | |||
''Pregmo Sig. John Ellis | |||
Lia'' | |||
== Organisation == | == Organisation == |
Revision as of 13:13, 13 August 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905
Fl-1900, il-Maltin ftit jew wisq kienu għadhom jgħixu l-ħajja tagħhom kwieta bħal dik ta’ missirijiethom. Inkwiet industrijali ma kienx hawn u l-poplu fil-maġġoranza tiegħu kien għadu bla skola u ftit kien jisma’ bl-aħbarijiet jaħarqu ta’ pajjiżi oħra.
Minħabba ċ-ċokon tal-gżira, maħkuma kif kienu mill-Ingliżi, il-Maltin ftit setgħu jħarsu u jaraw ’il bogħod mix-xtut ta’ pajjiżhom. Għalihom ma kienx hemm ħlief li jissoktaw jgħixu fil-kwiet it-twemmin nisrani li kien jintiret mill-missier għall-iben. Kemm fl-ibliet kif ukoll fl-irħula ta’ Malta kont issib nies li qajla joħorġu mill-post fejn twieldu u għalhekk bilfors kellhom rabtiet qawwija ma’ pajjiżhom.
Kull belt u raħal kellu l-qaddis patrun tiegħu, u l-festa ta’ dan il-qaddis, li tiġi darba kull sena, kienet tiġi mfakkra bil-kbir. Propju minħabba f’hekk kienu bdew jinfetħu każini soċjali fl-ibliet u fl-irħula kollha ta’ Malta.
F’Ħal Lija wkoll, raħal ċkejken fiċ-ċentru ta’ Malta, inħass il-bżonn ta’ dawn il-każini u sa qabel l-1900 diġà kienu nfetħu xi tlieta. L-għan tagħhom kien li jservu ta’ post fejn jiltaqgħu l-irġiel tar-raħal, u fl-istess ħin iservu wkoll ta’ post fejn jinħadem l-armar tat-toroq għall-festa l-kbira tas-Salvatur.
Dak iż-żmien il-Kappillan ta’ Ħal Lija kien Dun Mattew Cortis li miegħu kellu joqgħod lil ħuh Dun Xand Cortis. Dan tal-aħħar kien iħobb jikteb fuq il-ħajja tan-nies ta’ żmienu. Fuq il-festa tas-Salvatur kien kiteb li n-nies ta’ Ħal Lija joħolmu wisq kmieni biha. Minn xahar qabel, jew iżjed tibda tisma’ l-isparar tal-maskli, it-tifqigħ tal-bombi, il-ġiri tat-tfal madwar iz-zuntier. Iż-żgħażagħ aktarx tarahom mehdija fil-ħin tas-serħ, u saħansitra jishru filgħaxija jħejju bandieri, trofej, piramidi, kuruni, stilel, skrizzjonijiet u ħwejjeġ oħra bħal dawn. Issa dan ix-xogħol kollu kien isir fil-każin tar-raħal. Meta dan l-armar, kollu skultura tlesta u beda jintrama fil-ġranet tal-festa, xi rġiel oħra minn Ħal Lija dehrilhom li tajjeb jitgħallmu xi strument tal-kordi sabiex jgħaddu ż-żmien. U hekk fl-1894 twaqqfet l-għaqda Mandolinista li semmewha Fior d’Arancio li tfisser Fjura tal-Larinġ. Wara, dawn il-mandolinisti kienu bdew joħorġu jdoqqu mat-toroq tar-raħal u jferrħu lil kulħadd bid-daqq tal-kordi melodjużi tal-kitarri u mandolini.
It-Twelid tal-Każin tal-Banda San Pio X
Minn dan wieħed jara li f’Ħal Lija minn dejjem kien hawn nies li jħobbu l-arti, b’mod speċjali l-mużika li terfa’ l-ħsieb li thenni l-qalb. Għalhekk xi nies minn Ħal Lija dehrilhom li tkun ħaġa xierqa kieku kellha titwaqqaf xi għaqda mużikali li mhux biss iddoqq strumenti tal-kordi iżda wkoll strumenti oħra. Dawn in-nies sabu min jinkuraġġihom u jtihom l-għajnuna f’dik li hi organizzazzjoni. Fost dawn insibu lil John Ellis u lil Luiġi Engerer li ta’ spiss kienu jkunu Ħal Lija għall-vaganzi tagħhom. Fl-ewwel ktieb tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat insibu li fit-23 ta’ Mejju, 1905 twaqqaf l-ewwel kumitat magħmul minn dawn is-sinjuri kollha jgħammru f’Ħal Lija:
- President – Is-Sur John Ellis
- Segretarju – Is-Sur Luiġi Engerer
- Teżorier – Is-Sur Ċikku Xerri u sitt Deputati. Il-membri ġodda tal-każin għoġobhom jagħżlu bħala direttur spiritwali lil Dun Baskal Grech.
Issa l-attività prinċipali tal-membri kellha tkun il-mużika. Dawk li qabel kienu jdoqqu xi kitarra jew mandolina riedu jitgħallmu jdoqqu strumenti oħra u għalhekk il-kumitat mill-ewwel nieda konkors nazzjonali sabiex jagħżlu surmast magħruf. Għalhekk għamlu sejħa fil-ġurnali għal surmast direttur tal-banda u għaliha wieġbu dawn is-surmastrijiet diretturi kollha gwappi fl-arti tad-direzzjoni. Dawn kienu Maestri Gregorio Molinari, Giuseppe Filiberti, Francesco Parisi, Geroger Hendren, Ġanni Gatt, Antonio Miruzzi, G.E. Calì (Assistent Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Rjal) u oħrajn. Dan jixhed illi l-element għall-ġid tal-mużika f’Malta qatt ma naqas u minn dejjem kien għani. Il-kummissjoni, mwaqqfa għal din l-għażla minn fost dawn l-imgħallmin professuri, wara stħarriġ, waslet fil-konklużjoni li taħtar lil Mro. Antonio Miruzzi, mużiċist, kompożitur u direttur mill-aħjar, sabiex jieħu taħt idejh il-Banda li kienet għadha kif twieldet.
Il-membri kienu ħafna u bosta minnhom xtaqu jitgħallmu jdoqqu. Membri li diġà kienu jdoqqu l-mandolina jew il-kitarra bdew jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jaqbdu malajr l-arti tal-mużika. Is-Surmast Miruzzi ried iwaqqaf il-banda fuq sisien sodi mill-ewwel u bejn minħabba l-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u bejn bl-għajnuna li sab mill-mandolinisti, irnexxielu fi ftit żmien iħarreġ bosta allievi u jagħmilhom bandisti.
F’laqgħa ġenerali ġie deċiż li jgħammdu l-banda bl-isem ta’ Pio X, f’ġieħ il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa tal-Ewkaristija. Il-membri mhux biss riedu li l-każin tagħhom jissemma Pio X, iżda xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-każin tal-banda. Għalhekk il-President Ellis, megħjun mid-direttur spiritwali Dun Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ġunju 1906, kiteb lill-Papa fejn talbu jaċċetta li hu nnifsu jkun il-patrun tagħhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, aċċetta din it-talba, faħħar ’l-għaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex tissemma għalih u bagħat l-Appostolika Benedizzjoni lill-membri kollha. Din l-ittra tinsab merfugħa b’għożża kbira fil-każin.
Segreteria Vescovile Valletta 25 Luglio 1905 Pregmo Signore, Sua Eccellenza Reverendissima Monsignor Vescovo mi incarica trasmettere alla S.V. Pregiatissima copia di una lettera ricevuta dalla Segreteria di Stato una risposta ad una lettera alla medesima indirizzata dalla S.V. come segue:
Illustrissimo e Reverendissimo Monsignore, Il Signor Giovanni Ellis di Malta espone che nella borgata di Casa Lia di contesta Isola si è recentemente constituito un “concerto cittadino” con lo speciale intendimento di recare un qualche utilità dalla classe operaia.
Il Santo Padre reso di ciò consapevole, vivamente si compiace dei sensi di profonda pietà ai quali il novello dodalizio protesta di inspirarsi, brama pertanto che la S.V. Illustrissima e Reverendissima partecipi al prelodato Signor Ellis e a tutti i membri di quella banda musicale l’appostolica benedizione che l’Augusto Pontefice imparte di cuore per attuatare ad essi la sua benevolenza in quel solo modo che gli è possibile. Mi avvalgo poi del favore incontro per confermarle e sense della più distinta stima con cui sono di
V.S. Illl.ma e Rev. ma Devotissimo Servo Giacomo della Chiesa Sostituto della Segreteria di Stato Roma 21 Luglio, 1905
Vescovo di Malta Con sensi intanti di perfetta osservanza professo della S.V. Preg.ma Devotissimo Servo Sac Paolo Gauci Pro Secretario Generale
Pregmo Sig. John Ellis Lia
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | F.S.Pizzuto | 1905 | 1906 |
02 | Antonio Miruzzi | 1906 | 1926 |
03 | Carmelo Scicluna | 1926 | 1940 |
04 | Ġorġ Camenzuli | 1940 | 1943 |
05 | Ġużeppi Busuttil | 1943 | 1944 |
06 | Anthony Sammut | 1944 | 1989 |
07 | Ronnie Debattista | 1989 | 1996 |
08 | Raymond Fenech | 1996 | 2014 |
08 | Reno Busuttil | 2014 |
Ass. Surmastrijiet
No | Ass. Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Mro. Luiġi Fenech | 1924 | 1942 |
02 | Mro. Emmanuel Morello | 1953 | 1955 |
03 | Mro. Joseph Vella | 1944 | 1962 |
04 | Mro. Salvu Tanti | 1963 | 1996 |
05 | Mro. Paul Busuttil | 1993 | 1999 |
06 | Mro. Reno Busuttil | 1999 | 2014 |
07 | Mro. Jesmond Agius | 2014 | 2017 |
08 | Mro. Andrea Cassar | 2017 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | John Ellis | 1905 | 1910 |
02 | R Vassallo La Rosa | 1910 | 1911 |
03 | Luiġi Agius | 1911 | 1912 |
04 | Louis Engerer | 1912 | 1924 |
05 | Dr. John Bugeja | 1925 | 1946 |
06 | Luigi Fenech | 1946 | 1948 |
07 | John Portelli | 1949 | 1953 |
08 | Alfons Ebejer | 1954 | 1962 |
09 | John Portelli | 1963 | 1965 |
10 | Joseph Agius | 1966 | 1970 |
11 | Joseph Agius | 1972 | 1981 |
12 | Salvu Sammut | 1971 | 1972 |
13 | Ġużeppi Portelli | 1982 | 1987 |
14 | Louis Caruana | 1988 | 2012 |
15 | Frans Portelli | 2012 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Louis Engerer | 1905 | 1907 |
02 | Carm Xerii | 1908 | 1909 |
03 | Louis Engerer | 1909 | 1911 |
04 | S.Grech | 1912 | 1913 |
05 | M.Gatt | 1913 | 1914 |
06 | L.Fenech | 1915 | 1927 |
07 | E.Micallef | 1927 | 1931 |
08 | Carm Cutajar | 1931 | 1938 |
09 | Alfons Ebejer | 1938 | 1949 |
10 | Salvu Mifsud | 1949 | 1950 |
11 | Alfons Ebejer | 1950 | 1954 |
12 | Salvu Muscat | 1954 | 1956 |
13 | S.Agius | 1956 | 1961 |
14 | Alfons Ebejer | 1961 | 1966 |
15 | Michael Saliba | 1967 | 1996 |
16 | Mark Sicberras | 1996 | 1998 |
17 | Salvu Borg | 1998 |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | F.Xerri | 1905 | 1906 |
02 | G. Vella | 1907 | 1907 |
03 | M.Gatt | 1908 | 1908 |
04 | S.Caruana | 1909 | 1911 |
05 | G.Fenech | 1912 | |
06 | Anthony Agius | 1912 | |
07 | G.Grech | 1912 | |
08 | S.Grech | 1912 | 1913 |
09 | C.Fenech | 1913 | 1914 |
10 | S.Mifsud | 1914 | 1920 |
11 | Anthony Agius | 1921 | 1923 |
12 | S. Mifsud | 1924 | 1948 |
13 | Carm Cutajar | 1949 | 1953 |
14 | J.Dingli | 1954 | 1955 |
15 | Salvu Muscat | 1956 | 1975 |
16 | John Borg | 1976 | 1977 |
17 | Salvu Muscat | 1978 | 1995 |
18 | Michael Cassar | 1996 | 2006 |
19 | Frans Portelli | 2006 | 2012 |
20 | Mark Sciberras | 2012 |
Direttur Spiritwali
No | Direttur Spiritwali | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Fr. Pasquale Grech | 1905 | 1932 |
02 | Mons. G. Scerri | 1932 | 1963 |
03 | Fr. Anton Ebejer | 1964 | 2002 |
04 | Fr. Diegu Theuma | 2002 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Hymns and Festive Marches - Innijiet u Marċi Brijuzi - F'Għeluq it-43 sena bħala Surmast Direttur Mro. Anthony Sammut - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (1987) | 1987 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2000) | 2000 | * |
Cd's
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - 100 Sena Anniversarju - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2005) | 2005 | * |
Programmes and Publications
Memorials
Contacts Information
- Address:- 'Villa Lija Sir Ugo Mifsud Street, Lija LIA 1915 - AD 1905'
- President - Frans Portelli
- Secretary - Salvu Borg
- Treauser - Mark Sciberras