Neil Zammit

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Neil Zammit B.Com., B.Accty (Hons), MBA (Derby), CPA, MIA. A.L.C.M. (Pianoforte), .Mus.L.C. A.L.C.M., L.L.C.M. imwieled Ħal-Safi fl-14 ta’ Mejju 1985, illum jgħix f’ Ħal Luqa.

Huwa beda jistudja l-pianoforte u t-teorija mużikali taħt il-Prof. Charles E. Zammit fl-eta’ ta’ sitt snin u fl-1995 ingħaqad mas-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 ta’ Ħal Luqa, wara kompla jitħarreġ mill-għalliema John David Zammit u Mario Galea u aktar tard ma’ Mario Micallef fi ħdan is-Società Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt.

Ħa sehem f’diversi kunċerti sinfoniċi f’teatri ewlenin fosthom it-Teatru Manoel, l-MCC u t-Teatru tal-Istitut Kattoliku, waqt li mas-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 daqq ukoll bħala wieħed mis-solisti fil-Concerto for Two Trumpets ta’ Vivaldi lura fl-2008.

Matul is-snin, huwa kompla l-istudji tiegħu fl-armonija, il-kuntrapunt, il-fuga u l-istorja tal-mużika taħt is-supervizjoni ta’ John David Zammit u Norbert Camilleri. Hu akkwista diversi diplomi fil-pianoforte u t-teorija mill-London College of Music fi hdan l-Universita’ ta’ Thames f’Londra. Fl-2012 beda t-taħriġ tiegħu fl-istudji orkestrali u l-kompoziżżjoni taħt is-superviżjoni ta’ Raymond Sciberras u ftit tax-xhur wara akkwista d-diplomi L.Mus. L.C.M fit-teorija mużikali u A.L.C.M. fil-kompozizzjoni.

Aktar tard, fl-2022 kiseb ukoll id-diploma L.L.C.M. fil-kompozizzjoni. Prezentament jinsab għaddej bil-preparamenti għall-Fellowship mill-istess kulleġġ taħt is-superviżjoni ta’ Raymond Sciberras.

Minnbarra li jdoqq il-pianoforte, l-orgni u l-kurunetta, huwa kompozitur ta’ numru ta’ xogholijiet profani u sagri ghall-orkestra, musica da camera, banda sinfonika u vucijiet.

Festive Marches Cd Year Band
Andreas Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880
30 Novembru Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880
Amalfi 2015
Barigozzi 2022 Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880
Alexandria 2019 2022 Għaqda Banda Żejtun
Festive Marches Cd Year Band
Et Crucifixus Est (B’Tifkira ta’ John u Maria Dolores Cassar) 2017 u 2019 Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 - Iter Passionis
In Memoriam - (B’Tifkira ta’ Ganni Psaila u Pawlu Camilleri) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Transitus - (B’Tifkira ta’ Andrea u Carmela Penza) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Juda, Osculo Filium Hominis Tradis? - (B’Tifkira ta’ Tuse’ Mallia) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Flagellatio Domini - (B’Tifkira ta’ Nicola u Maria Aquilina) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Ai Nuovi Martiri del XXImo Secolo - (B’Tifkira tal-Artist Renzo Gauci) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Amor Sempiternus - (B’Tifkira ta’ Mons. Innocenz Borg) Iter Passionis 2019 Iter Passionis
Px Aeterna - (B’Tifkira ta’ Rita Cassar) Iter Passionis 2019 Iter Passionis