John David Zammit

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. John David Zammit F.V.C.M., F.G.M.S., L.L.C.M. (T.D.), A.Mus. L.C.M., A.L.C.M.

Huwa l-uniku wild ta` Charles E. Zammit u Michelina Zammit, twieled nħar id-19 ta` Settembru 1965. Huwa rċieva l-ewwel l-edukazzjoni tiegħu fl-iskejjel tal-Gvern u aktar tard f`St. Albert the Great College.

John, beda l-edukażżjoni mużikali tiegħu fl-eta` żgħira ta` seba` snin taħt il-ħarsien ta` missieru stess il-Prof Charles E. Zammit Ph.D. Dan kien jinkludi taħriġ fid-daqq tal-pianoforte sa l-għola livell fit-teorija tal-mużika, armonija, storja tal-mużika, kuntrapont, prinċipji tat-tagħlim, u suġġetti oħra relatati mal-mużika li fihom kiseb suċċess fl-eżamijiet kollha li huwa għamel sa l-għola gradi fir-Royal Schools of Music, London College of Music u Trinity College of Music.

Fl-1983 ingħata 'SPECIAL CERTIFICATE' mir-Royal Schools of Music wara li rnexxilu jlesti b`suċċess l-aħħar erba` gradi fil-pianoforte u t-teorija tal-mużika fi żmien qasir kif speċifikat mil-Bord tar-Royal Schools of Music stess.

Is-Surmast John David Zammit kiseb Id-Diplomi professjonali kollha, fosthom: A.L.C.M. fil-pianoforte u teorija tal-mużika - London College 1984. L.L.C.M. (T.D.) Licenzjat bħala Għalliem. - London College 1986. Associate Diploma (A.Mus.L.C.M.) bħala għalliem tat-teorija mużikali, armonija, storja tal-mużika eċċ. London College 1986. Fellowship fil-Mużikoloġija (F.V.C.M.) - Victoria College ta` Londra, Fellowship Diploma mill-Guild of Musicians and Singers ta` Londra (F.G.M.S.).

Barra minn pjanista, John huwa wkoll kklarinettista u Kuntrabaxxista. Ir-repertorju mużikali tiegħu huwa vast ħafna u jinkludi fost l-oħrajn numru sabiħ ta` marċi popolari u funebri, kompoziżżjonijiet oriġinali għall-banda u arranġamenti mużikali oħra.

Ikkompona wkoll numru ta` kanzunetti għall-diversi kantanti stabbiliti fil-pajjiż u pparteċipa b`suċċess f`bosta festivals Nazzjonali ma’ l-Awtur Paul Callus.

Għall numru ta` snin John barra li kien s`issa Assistent Surmast tal-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 u li issa hu is-Surmast tagħha. Apparti dan, kien ukoll Assistent Surmast u għalliem mal-baned Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, u Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta` Ħal-Qormi. Fil-preżent, jaħdem bħala għalliem tal-mużika, fil-Kulleġġ San Benedittu.