Francois Borg

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Francois Borg iben Anthony u Carmen Borg, twieled fis-7 ta’ Jannar 1988. Huwa attenda edukazzjoni terzjarja fl-MCAST ġewwa Raħal Ġdid, fejn ikkwalifika fil-qasam tat-teknologija u aktar ‘l quddiem, permezz ta’ korsijiet part-time ikkwalifika bħala Network Administrator . Ix-xogħol primarju tiegħu huwa ta’ IT Administrator fil-qasam tal-Edukazzjoni.

Fl-eta’ ta 6 snin Francois beda jitgħallem il-mużika għand Mro. John David Zammit fejn ħa tagħlim bażiku kemm tal-kitba kif ukoll fuq il-pjanu. Fl-eta’ ta’ għaxar snin huwa kien imħajjar jibda jdoqq il-klarinett minn Mro. Vincent Bonnici, li għallem lil Francois għal tul ta’ 5 snin. Il-ħajra mużikali kompliet titkattar fih permezz ta’ ħuħ Mro. Ivan Borg li huwa mużiċist full-time mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Għal ċertu żmien l-aħwa Borg studjaw il-mużika flimkien. Wara sentejn ta’ tagħlim, l-istess Mro. Vincent Bonnici ressaq lil Francois biex jibda jieħu sehem fi programmi mużikali. L-ewwel banda li daqq magħha kienet dik ta’ Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġia fejn kienu indaqqew żewġ siltiet fuq programm televiżiv ta’ dak iż-żmien.

Francois kompla jistudja t-Teorija għand Mro. Raymond Sciberras u pjanu għand Mro. Joseph Caruana, iben il-mibki Surmast Carmelo Caruana. Francois kiseb ħafna esperjenza fi żmien meta inagħaqad mas-Soċjeta Filarmonika King's Own fejn kellu x-xorti jdoqq taħt l-istess surmast imsemmi Carmelo Caruana għal ħames programmi konsekuttivi fl-Istitut Kattoliku , il-Floriana. Francois ssokta l-istudji tiegħu fuq il-klarinett għand Godfrey Mifsud li għadu jiggwidah sal-lum il-ġurnata.

Fis-sena 2013 Francois ġie avviċinat mis-surmast Jonathan Abela biex jibda jgħallem l-istrumenti tal-qasba fil-każin tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Kalkara) fejn l-istess Banda, fil-21 ta’ Settembru tal- istess sena ħatritu assistent surmast. Bla dubju, din kienet esperjenza siewja għal Francois kemm bħala għalliem tal-mużika kif ukoll bħala direżżjoni tal-Banda.

Dan għaliex fl-2014, huwa dderieġa siltiet ta’ mużika li l- Għaqda Mużikali San Ġużepp (Kalkara)]] esegwiet bħala parti mill-Programm Mużikali tal-festa. Huwa kellu wkoll diversi opportunitajiet li jdoqq bħala solist mal-istess Banda San Ġużepp u ma’ diversi baned oħra madwar Malta.

l-Kumitat tas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz ħatar lil Francois Borg bħala Assistent Surmast tal-Banda kif ukoll għalliem tal-istrumenti tal-injam fi ħdan l-istess Soċjeta.