Eddie Darmanin

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Eddie Darmanin

Eddie Darmanin Twieled l-Isla fis-7 ta’ April, 1938, fiż-żmien il-gwerra. Eddie huwa xandar u Preżentatur.

Huwa kien l-ikbar wild minn ħames aħwa. Ommhu Maria Dolores u missieru Daniel kienu semmewħ Edward għal missier missieru, in-nannu Edwardu Darmanin. Ħutu jisimhom Josephine, Alfie, Danny u Rita. Minħabba l-gwerra l-familja tiegħu marret toqgħod f’kerrejja Ħal Balzan u għexxu fil-faqar. Kienu żmienijiet iebsa ferm, minkejja dan, il-ġenituri tiegħu dejjem rabbewhom mill-aħjar li setgħu.

Sfortunatament ħu Alfie m’għadux magħna! wara li ħalliena fl-10 ta' Frar, 2020. Fil-verita Alfie aktar huwa magħruf bħal Psikologu Fr. Alfred Darmanin li kien involut f’diversi programmi edukattiv fuq Radju Malta wieħed jew tnejn. Eddie kien ħass ferm it-telfa tiegħu, għal kemm kellu l-opportunità li jgawdi l-kumpanija tiegħu għax fil-fjur ta’ ħajtu spiss kienu jisifiru flimkien. F’żgħożitu kien ingħaqad mal-Ġiżwiti u sar psikologu. Meta ġie kkonsagrat bħala saċerdot lill Eddie kien ħatru bħala parrinu tiegħu.

Kien jammiraħ ferm, għax kien tassew umli, u għamel ħafna ġid kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Bosta snin ilu kien għamel sittin programm ta’ taħditiet fuq ir-radju dwar diversi temi fosthom dawk marbuta mal-benesseri tal-bniedem u li Eddie kien reġa xandarhom snin wara minn fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ Radju Malta fil-programm tiegħu ‘Profili ta’ Nostalġija’. F’dal-programm kien steden diversi personalitajiet, nies fl-awtorità fosthom l-Eks President ta’ Malta, Dr. Ċensu Tabone u l-President Dr. George Vella, kif ukoll l-Eks Prim Ministri, Dr. Lawrence Gonzi u Dr. Alfred Sant, u lill-Eks Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Mon. Ġużeppi Mercieca u l-Eks Isqof ta’ Għawdex, Mons. Ġużeppi Pace.

Fl-1957 bdejt naħdem fit-torri tal-kontroll mal-kumpanija International Aereo Limited meta l-kuntatt mal-ajruplani kien isir bil-morse code u wara bir-radio telephony. Fl-1973 kien inzerta l-ewwel hijack li kellna f’pajjiżna. Kien l-ewwel ajruplan Jumbo Jet li llandja fl-ajruport ta’ Malta u dakinħar l-Eks Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, il-Perit Dom Mintoff, kien mar fit-torri tal-kontroll l-antik personalment, biex hu stess jinnegozja mal-hijackers. Kienu salvaw ‘il fuq minn 250 passiġġier u wara l-hijackers splodew l-ajruplan vojt f’Benghazi.

Hijack ieħor kien seħħ fl-1985. Dakinħar kien xogħol ukoll fit-torri tal-kontroll. Kien is-Sibt fid-disgħa u kwart ta’ filgħaxija meta ajruplan tal-EgyptAir tela’ fl-ajru spjażjali Malti u insista li jagħmel inżul fl-ajruport ta’ Malta. Il-gvern ta’ dak iż-żmien, taħt l-Eks Prim Ministru Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, kien ġab lill-Eġizjani minflok lill-Amerikani biex jassistuh fis-salvataġġ, imma traġikament l-passiġġiera spiċċaw kollha maħruqa.

Fis-17 ta’ Frar 1962 ingħaqqadt fis-sagrament taż-żwieġ ma’ martu, Catherine nee’ Gambin u kellhom ħames ulied: Jacqueline, Stephanie, Jeffrey, Denise u Maria Dorianne. Eddie u Catherine huma nanniet ta’ tmien neputijiet u bużnanniet ta’ tnejn. Eddie flimkien ma’ martu żaru bosta pajjiżi fl-Ewropa bħall-Olanda, il-Ġermanja, l-Iskozja, l-Italja u ħafna drabi l-Ingilterra.

Eddie Darmanin waqt wieħed mill-Programmi tiegħu tar-Radju

Żaru wkoll l-Istati Uniti tliet darbiet: darbtejn damu xahar u nofs u fl-aħħar mawra tiegħhom fis-sena 2001 damu sitt xhur. Vjaġġaw dejjem bl-ajruplani interni tal-Amerka fosthom fl-Istat ta’ Tennessee: Nashville, Memphis, Knoxille, kif ukoll f’Kalifornja, San Francisco, San Tantoni, San Diego, Texas, Dallas u Springfield Missouri fi Branson Missouri.

Il-programm Tifkiriet mill-Istati Uniti kien l-isbaħ esperjenza tal-karriera tiegħi fix-xandir. F’dan il-programm wassalt xandiriet diretti minn diversi Stati Amerikani fosthom Graceland, il-mużew ta’ Elvis f’Memphis Tennessee u Nashville fejn iltqajt ma’ kantanti popolari fil-country bħal Bill Anderson, Porter Wagoner, George Jones u Charlie Pride. Attenda ix-shows fil-Grand Ole Opry u fir-Rynan Auditorium fejn kelli x-xorti li nintervista kantanti bħal Ronnie Mc Dowell u lil Andy Williams u Bobby Vinton fit-teatri Moon River Theatre u Bobby Vinton Theatre.

Żar Nashville u Memphis tliet darbiet u żart ukoll il-Wild Horse Saloon fejn Elvis Presley kien jirrekordja. Minn hawn għamel programm bil-mixer tiegħu. Minn Stati bħal Las Vegas, Nashville u Memphis fejn kellu xandiriet diretti ma’ preżentaturi fl-istazzjon nazzjonali Malti. Sa ġurnata tal-llum Eddie għadu għaddej jippreżenta l-programm Minn Nashville fuq Radju Malta 1.

Eddie Darmanin f’Graceland, Memphis Tennessee flimkien ma’ Jack Soden, l-stockbroker li kellhu Elvis Presley

Sa minn tfulitu huwa kien jħobb jisma’ d-diski mill-istazzjon Amerikan KVOH li kien magħruf bħala Wheelus Airbase stazzjonat fi Tripli. Dejjem kellu x-xewqa li jitkellem minn wara l-mikrofonu. Ta’ tifel li kien, kien immur fir-Rediffusion House jara lil Victor Aquilina jippreżenta l-programmi tiegħu. Wara li kien temmejt il-kors ta’ erba’ snin bħala apprentist id-dockyard, kien ġab il-kwalifika ta’ wireless operator u rnexxielu jidħol mal-kumpanija internazzjonali, International Aeradio Limited fejn beda l-ewwel impieg tiegħu bħala communication officer fit-torri tal-kontroll f’ Ħal Luqa. Sadanittant fil-ħin liberu tiegħu kellu passjoni għad-diski kemm popolari kif ukoll country. L-ewwel kantant favorit tiegħu kien Frankie Laine u fis-snin ta’ wara kien sar fan ta’ Elvis Presley.

Wara ħafna snin inqalgħet l-opportunità li jippreżenta l-programmi tiegħu fuq ir-Rediffusion u aktar tard mar fuq Radju RTK illum isibu] bħala 103 u Radju Malta. Kien il-ħabib tiegħi Philip Gauci, li kien jieħu sehem fid-drama, li kien ħeġġiġu biex jibda nippreżenta u jipproduċi programmi fuq ix-xandir.

Darba Eddie kien stieden lill Philip Gauci id-dar tiegħu, u dan malli kien ra l-kollezzjoni tad-diski li kellu Eddie, kien ħajjaru biex jibda l-karriera tiegħu fix-xandir, u jibda jippreżenta programmi mużikali. Il-kap tal-programmi ta’ Xandir Malta ta’ dak iż-żmien, kien is-Sur Charles Flores, poeta, kittieb u ġurnalista, u dan kien taħi l-ewwel programm mużikali. Fl-1985 ippreżenta l-ewwel programm tiegħu, flimkien ma’ Philip Gauci u b’isem ta’ ‘Ilħna tad-Deheb’ bi stejjer u suċċessi ta’ kantanti magħrufa u li aktar tard kompla jippreżentah waħdu.

Eddie Darmanin mal-kantant tal-Country Ronnie McDowell f’istudios ta’ Nashville Tennesse li kien magħruf għal kanżunetta li kien ħareġ wara l-mewt ta’ Elvis ‘The King Is Gone’

Ċertament wieħed mill-progarmi mużikali li kien ippreżenta Eddie u kien taħ sodisfażżjon u li żgur li ma hu se ninsa qatt, kien il-programm maratona ‘Tislima lil Elvis’ mibni fuq f’erba’ sensiliet li ppreżenta għal aktar minn għaxar snin fuq il-bijografija, is-suċċessi, il-kunċerti u intervisti li kellu Elvis Presley ma’ diversi disc jockeys Amerikani magħrufa. Fid-disgħinijiet meta kien imfakkar l-anniversarju tal-mewt ta’ Elvis f’Awwissu, f’diversi lukandi ewlenin Maltin u f’ Ħaġar Qim fejn kienu attendew aktar minn sitt elef ruħ liema programm kien jixxandar fuq ir-radju.

Esperjenza unika oħra li kellu fir-radju hija meta nħtar station manager tar-radju tal-komunità, Radju Kottoner fejn kien jkolli laqgħat ma’ bosta preżentaturi bħal:- Carlo Borg Bonaci, Mario Laus, Twanny Scerri, Marisa D’Amato, Veronica Farrugia, John Bundy, Joe Serracino u diveris oħrajn biex jniddiskutu programmi varji u addattati għas-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon.

Illum permezz tal-midja soċjali nżomm kuntatt kontinwu mas-semmiegħa billi fuq il-facebook jaġġornahom bil-programmi li nkun se jippreżenta kull ġimgħa fuq Radju Malta 1. Is-semmiegħa għandhom l-opportunità jitolbu diski tal-gosti tagħhom u kanzunetti rari biex Eddie indoqqhom fil-programmi pop u country. F’Dawn il-programmi jirċievi wkoll telefonati waqt il-programmi b’kummenti favorevoli u talbiet speċjali. Dawn il-programmi jixxandru s-Sibt mit-20.15 sad-21.15 b’isem ta’ ALL TIME FAVOURITES ripetizzjoni kull nħar ta’ Erbgħa mill-22.00 sa 23.00 fuq Radju Malta 2. Waqt li f’jum tal-Ħadd mit-20.15 sad-21.15 b’isem ta’ MINN NASHVILLE b’ripetizzjoni kull nħar ta’ Ħamis mill-22.00 sa23.00 fuq Radju Malta 2.

Bosta snin ilu kien ippreżenta wkoll programm, fejn diversi semmiegħa kienu mistiedna waqt il-programm ‘Grazzi tat-Tifkira’ fejn qasmu l-esperjenzi tagħhom meta ltaqgħu ma’ kantanti ta’ fama mondjali bħal Roy Orbison, Everly Brothers, Paul Anka, Pat Boone, Paul McCartney, Marty Robbins u oħrajn. Meta kien mal-istazzjon RTK kien waqqaft klabb li kien fiħ mal-ħamest elef semmiegħa membri li kienu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet li kont jorganizza matul il-programmi tiegħu.

Eddie għal dawn interessati fix-xandir jagħtihom dan l-parir.

Jekk għandek ix-xewqa li ssir xandar fuq ir-radju, ħu ħsieb li titħarreġ mingħand xandara b’esperjenza twila fi programmi fuq ir-radju. Kun umli, żomm saqajk mal-art u dejjem ippjana l-iskritt tal-programm li tkun se tippreżenta. Żomm lis-semmiegħa kuntenti billi tallegrahom bil-mużika tal-gosti tagħhom.