Andrew Lawrence Zarb

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Andrew Lawrence Zarb twieled fis-6 ta’ Frar 1983 u tagħmed fil-Kolleggjata ta’ Bormla billi dak iż-żmien il-familja Zarb kienet toqgħod appuntu Bormla fi Triq Lazzru. Missieru Joseph miet fit-28ta’ Novembru tas-sena 2007 kien minn Ħal Luqa u għalhekk imsemmi hekk għal patrun ta’ dak ir-raħal. Bħala xogħol missieru l-ewwel kien suldat imbagħad mar jaħdem mal-gvern mad-dipartiment tat-toroq. Omm Andrew jisimha Lorenza Vinċenza xebba Galea u hi mill-Birgu kienet taħdem bħala LSA fi skola statali. Il-familja Zarb tikkonsisti ukoll fit-tifel iż-żgħir Terrence li hu iżgħar minn Andrew b’sitt snin. Andrew illum huwa miżżewweġ lil Charlene li għandha l-familja tan-naħa t’ immha minn Ħal-Kirkop magħrufin bħala taż-żokkra.

Edukazzjoni

Bħala skola primarja hu mar ta’ Bormla, imbagħad sekondarja Il-Junior Lyceum ta’ Verdala u Giovanni Curmi Higher Secondary. Andrew illum ja]dem bħala għalliem tal-Mużika fil-kullegg Sta Margherita fl-iskejjel tal-Kottonera.

Muzika

Andrew nħabb mall-muzika minn ċkunitu. Hu kompla ġie mħajjar għal muzika min nannuh Carmelo Galea (ta’ Guliermu) li kien minn Bormla. Minn dejjem kienu jogħġbuh il-muzika tal-knisja u il-marċi. Andrew kien jisma’ l-opri kuljum ma’ ommu Lora u minn tfulitu wera nteress kbir f’ dan il-qasam. Nannuħ kien jieħdu miegħu il-festi u meta raħ imħajjar ħeġġu biex jibda jitgħallem il-muzika. Huwu beda jitgħallem fil-banda tas-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla mas-surmast Karmenu Vella fis-sena 1990. Bħall aljevi l-oħrajn hu beda jitgħallem it-teorija pero bħala għażla għal-kurunetta kien ħajru missieru u llum ma Andrew jiddispjaċihx!!

Studju

Wara xi żmien li Andrew beda jitgħallem is-surmast Karmenu Vella spiċċa mill-kariga ta’ surmast direttur u minfloku sar William Abott. Andrew ħa ftit lezzjonijiet għand dan tal-aħħar imbagħad kompla mal-assistent surmast tal-Banda Vincent Bonnici. Fl-1993 Raymond Sciberras inħatar surmast direttur tal-Banda Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla u Andrew beda jitgħallem għandu. Ta’ 10 snin Andrew ħareġ idoqq għall-ewwel darba fid 19 ta’ Novembru 1994 fl-okkazzjoni tal 50 sena mill-pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni. Bħalma jiġri dejjem l-ewwel daqq f’ servizz ta’ innijiet u ġimgħa wara daqq fi programm li kienet akkademja muzikali fil-parroċċa ta’ Bormla.

Ftit wara is-surmast Raymond Sciberras għaraf li Andrew kellu potenzjal u wera fiduċja assoluta fiħ meta għamlu is-solista tal-kurunetta meta kellu biss 13-il sena. L-ewwel silta li qatt daqq kienet silta impenjattiva ħafna El Camarata ta’ Mro. William James Worley ex surmast tal-banda ta’ Bormla fejn għamel suċċess kbir. Fis-sena 2004 fl-okkażżjoni importanti tal-10 anniversarju mindu Raymond Sciberras inħatar surmast tal-Banda Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla dan is-surmast kien ikkompona A trumpet ballad u afda lil Andrew biex iżanżanha.

Andrew ma waqafx hawn u ħa il-muzika bis-serjeta huwa ried japprofondixxi it-tagħlim tal-muzika u beda jmur l-iskola apposta Johann Strauss. Tgħallem taħt is-surmast Joe Agius bħala prattika fuq il-kurunetta u kien u għadu jagħmel ħafna ħin jistudja waħdu.

Fis-sena 2010 beda jistudja għand is-surmast Paul Borg li f’ Andrew ra kapaċita mhux tas-soltu fit-teknika u fir-reġistru akut (noti għoljin). Huwa kompla jirfina l-prattika avanzata u għamel l-eżamijiet u ġab id-diplomi ALCM LLCM u l-FLCM li hu l-ogħla grad tal London College of Music. Għal min m’ għandux ideja xi jfissru dawn il-gradi , l-aħħar grad hu fi grad 7 li hu komparabbli mal masters degree tal-Universita.

Kompozizzjoni

Minn ċkunitu huwa dejjem ried jikteb il-mużika u għalhekk beda jitgħallem it-teorija għand Raymond Sciberras. Andrew għadu jistudja f’ livell avvanzat għand l-istess surmast bil-għan li fi żmien qasir jikseb ukoll FLCM fil-Kompożizzjoni. Fost ix-xogħlijiet mużikali komposti minn Zarb insibu Missa di Gloria Beata Conceptione Mariae li tinvolvi kor, solisti u orkestra, Salve Regina dwett għat-Tenur u l-Baritonu mal-orkestra, Tantum ergo, Ave Maria u varjazzjoni sabiħa ta’ mużika sagra oħra li hija tant għal-qalbu. Xogħlijiet oħra kunċertali huma, The wedding Blues, Three views of Malta, Leħen Rebbieħ u Dance of the Flags flimkien ma’ numru sabiħ ta’ marċi funebri u oħrajn brijjużi kif ukoll xi kanzunetti.

Andrew b’umilta jgħid li fil bidu kien influwenzat ħafna minn Carlo Diacono, tant li jqisu bħala il-favorit tiegħu f’dik li hija muzika sagra. Kompozituri oħra imsemmija minn Andrew huma il-Kanonku Dun Alwig Fenech, Ferdinando Camilleri, Hector H. Dalli, il-Profs Joseph Vella u ma jistax jonqos Raymond Sciberras li mill-bidu tal-karriera tiegħu kien il-mentor tiegħu.

Andrew semma ukoll li hu influwenzat mill-muzika tal-films u muzika ta’ żmienna fosthom mill-pinna ta’ Hans Zimmer, James Horner, Ennio Morricone, John Williams, Steve Reineke u Oħrajn. Hu jħobb ħafna wkoll l-muzika moderna ta’ Jacob de Haan u Karl Jenkins.

Imbagħad f’dik li hija arti għal kurunetta hu isegwi ħafna lil Maynard Ferguson u lil Arturo Sandoval f’ dik li hija l-arti tar-registru tan-noti għoljin li huma diffiċli fl-istrumenti tar-ramm u li għalihom trid tibni muskolatura apposta fil-wiċċ madwar ix-xuftejn. Bħala jazz huwa jħobb isegwi lil Miles Davis, Dizzie Gillespie, Wynton Marsalis u James Morrison.

Daqq

Bhalissa Andrew idoqq programmi ma diversi baned kif ukoll ma diversi bands muzikali f’diversi ġeneri b mod speċjali il-jazz. B’ċerta kburija u sodisfazzjon Andrew huwa membru ukoll fil-Cappella Diacono, liema Cappella segwa sa minn ċkunitu u liema waħda jħossu kburi li jagħme parti minnha.

Direzzjoni

Zarb ukoll jistudja d-direzzjoni tal-Orkestra u l-Banda b’ mod professjonali fejn jgħid li d-direttur irid iħoss u jinterpreta dak li jkun kiteb il-kompożitur u mhux sempliċiment iżomm it-temp tal-mużika. Huwa jistudja dan il-qasam taħt it-treġija tas-Surmast Michael Pulis. Huwa attenda wkoll diversi Master classes fejn idderieġa kemm baned kif ukoll orkestri. L-aktar diretturi li jinfluwenzawh huma Riccardo Muti, Leonard Bernstein, Mariss Jansons u Gustavo Dudamel. Andrew huwa wkoll intiż fit-treġija bħala Maestro di Cappella mall-Kor Tota Pulchra tal-Kolleġġjata ta’ Bormla. [[Category:Born in 1983]