William James Worley

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. William James Worley twieled Bormla fis-7 ta' Lulju ta' l-1910. Huwa kien iben Willim Worley u Concetta nee' Demanuele. L-ewwel xogħol tiegħu kien dak ta' boiler maker.

Beda l-karriera mużikali tiegħu sa minn meta kien żgħir bit-tagħlim tal-Kurunetta mal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar u kompla jistudja taħt diversi Surmastrijiet fejn kiseb diversi diplomi fil-mużika. Ma l-stess banda huwa kien Surmast Direttur

FI-1948 inħatar bħala l-ewwel Surmast Direttur tal-Soċjeta Mużikali San Ġużepp (Ħal Kirkop) u sentejn wara ddebutta bil-bandisti Ii kien għallem. Kien Surmast ferm maħbub fil-Każin u huwa kien jirreferi għas-Soċjeta bħala l-familja mużikali tiegħu.

Mal-banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae kien Assistent Surmast bejn it-2 t'April u l-5 ta' Diċembru, 1953. Waqt li sar Surmast Direttur u mexxa l-Banda bejn l-31 ta' Jannar, 1961 u l-10 ta' Ġunju, 1963.

Fl-1963 inħatar Surmast Direttur tal-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla fejn dam sal-mewt tiegħu li grat fit-2 ta' Frar 1971 fl-għomor ta' 61 sena.

Is-Surmast Worley kien magħruf għall-kompoziżżjonijiet tant melodjużi tiegħu. Fost dawn insibu: marċi brijużi, oħrajn funebri, innijiet u wkoll il-Fantasia Originale.

Huwa kellu l-liċenżja tal-mużika mill-Victoria College of Music u kellu ċ-ċertifikat ta' għalliem mill-United Stafes School of Music.

Mro. Worley kien miżżewweġ lil Frances nee’ Pace Testaferrata u kellu żewġ ulied: Doris u Joseph