Richard Bugeja

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Richard Bugeja twieled fis-16 t’April, 1968 u joqgħod Ħad-Dingli. Huwa ħareġ idoqq għall-ewwel darba bil-klarinett mal-Banda tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam fil-festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina f’Marzu 1981.

Huwa studja s-solveġġ ma’ Guzeppi Falzon (il-Pajs), beda jistudja l-klarinett ma’ Joseph Falzon imbagħad kompla ma’ Ġużeppi Debono (Il-Mannar), Mro. Twanny Galea li lkoll kienu jdoqqu fl-Army. Imbagħad kompla għand Mro. Orazio Cachia.

Daqq ma’ diversi baned u surmastijiet fosthom Mro. Philip Gatt, Mro. Anthony Aquilina (Il-Maġġur), Mro.Emmanuel Bugeja, Mro.Joseph Sammut, Mro. Carmelo Caruana (bandmaster), Dott. Charles E. Zammit u diversi oħrajn.

Fl-1992 huwa beda l-istudju tiegħu fit-teorija tal-Mużika għand Mro. Raymond Fenech FLCM. Taħt id-direzzjoni tiegħu huwa għadda b’suċċess mill-gradi kollha tar-Royal Schools of Music. Fejn kiseb Grade 5 Theory Certificate – Royala School of Music, fis-stess sena kiseb wkoll Diploma of Associate of The Chartered Institute of Bankers (A.C.I.B.).

L-ewwel marċ li ikkompona kien iddedikat lil martu Jacqueline u ndaqq mill-Banda tal- Għaqda Mużikali L’Isle Adam fis-sett ta’ marċi ġodda maħruġa f’1993. Wara dan kompla b’oħrajn fosthom dawk iddedikati lit-tfal tiegħu Matthew u Demetria li llum, huma stess wkoll idoqqu ma’ diversi baned.

F’1993 huwa kiseb il-Grade 6 u Grade 7 f’Theory Certificate – Royal School of Music. Fl-1994 huwa kiseb il-Grade 8 f’Theory Certificate – Royal School of Music. Wara li f’Diċembru, 1994 kiseb id-Diplomaof Associate in Music – London College of Music A(Mus)LCM. Waqt li f’2003 kiseb Diploma of Licentiateship in Music – London College of Music FLCM.

Fl-2004 huwa kiseb il-Fellowship tal-London College of Music bis-Suite Malta. Matul iż-Żminijiet. Din indaqqet għal-ewwel darba fil-programm ta’Santa Cecilja fit-Tejatru Manoel fl-2004.

Fl- 2005 ġie mogħti l-Unur Ġieħ Ħad-Dingli, mill-Kunsill Lokali tal-lokal.

Fl-2006 huwa kiseb il-Fellowship tal-Victoria College of Music flimkien mad-Diploma of Gold Medalist bil-Cantata Marija, Mbierka fost in-Nisa. Din ndaqqet għal-ewwel darba fil-knisja parrokjali ta’ Ħad Dingli fit-30 ta’ April 2010.

Karriera Muzikali

Snin Kariga Banda
1990 – 2018 Assistent Surmast – Għaqda Mużikali L’IsleAdam, Rabat
1992 – 1996 Assistent Surmast – Ġħaqda Mużikali Sant’Elena, Birkirkara
1997 Assistent Surmast – Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
1998 – 2019 Surmast Direttur – Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
1999 Assistent Surmast – Għaqda Każin Banda San Filep, Żebbuġ
2002 – sal-llum Surmast Direttur – Għaqda Każin Banda San Filep, Żebbuġ
2016 –sal-llum Surmast Direttur – Soċjetà Mużikali San Pawl, San Pawl il-Baħar
2020-sal-llum Surmast Direttur – Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 Ħ’Attard