Raffaele Ricci

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Il-Professur Kavallier Raffaele Ricci twieled f’Napli, l-Italja, fid-19 ta’ Novembru 1839 u kien miżżewweġ darbtejn. L-ewwel mara kienet Emelia née Marinelli u kellhom wild li jismu Gustav. Fit-tieni żwieġ tiegħu mas-Sinjura Maria née Bossi, huma kellhom tliet ulied oħra, Lucia li kienet iddoqq il-pjanu, Suor Merina li kienet iddoqq l-arpa u Raffaele. Is-Surmast Ricci kien il-kopjista tal-kompożitur kbir Mro. Giuseppe Verdi u kien Maestro di Cappella tal-Vatikan.

Meta ġie Malta mill-ewwel beda jinvolvi ruħu mal-baned Maltin li kienu qed jibdew. Filfatt fl-1899 laħaq Surmast Direttur tal-Duke of Connaught Own Band Club, fi żmienu magħrufa bħala Għaqda Mużikali Sant' Elena. Hu dam f’din il-kariga sal-1904. Ricci kien joqgħod il-Ħamrun f’numru 19, Triq id-Duluri. Fl-1900 ikkompona l-Inno di Gloria a Sant’Elena Imperatrice (l-Innu l-Kbir) li kiseb popolarità kbira u għadu jindaqq f’kull okkażjoni tal-festa sal-lum il-ġurnata. Mro. Raffaele Ricci kkompona diversi marċi, marċi proċessjonali u sinfoniji li għahom miġbura b’għożża kbira fl-arkivju tas-soċjetà. Kien ukoll Surmast Direttur tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu, dak iż-żmien magħrufa bħala Banda Duke of York’s Own.2 Is-Surmast Ricci miet fl-1904 u l-baned li hu kien Surmast Direttur tagħhom, ħadu sehem fil-korteo funebri mill-Ħamrun saċ-Ċimiterju tal-Addolorata bil-mixi, fejn ġie midfun.3

1. Surmastrijiet – Società Filarmonica La Vittoria, Mellieħa. Meħud mis-sit: http://www.lavittoriabandclub.org/profile_maltese_surmastrijiet.asp Nigel Holland, L-Istorja Glorjuża tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena, 2006. Meħud mis-sit: http://www.vilhenabc.com/iframes/history.pdf Surmastrijiet – Għaqda Madonna tal-Gazzja Banda San Mikiel, Żabbar. Meħud mis-sit: http://www.talgrazzjabandasanmikiel.com/il_banda/index.html Surmastrijiet Diretturi tal-Banda San Gejtanu. Meħud mis-sit: http://www.stgaetanbc.com/surmastrijiet.php Informazzjoni mgħoddija ġentilment mis-Sinjura Anna Farrugia.

2. Emanuel Busuttil Dougall, Festa San Duminku l-Birgu, 2014. Meħud mis-sit: https://mbasic.facebook.com/notes/festa-san-duminku-l-birgu/l-istorja-tal-g%C4%A7aqda-filarmonika-prince-of-wales-own-il-birgu/10152478138133387/

3. Ktieb tal-Festa, Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own 2000, p. 121.

Tagħrif meħud mill-ktieb Każin Santa Liena Banda Duke of Coonaught's Own A.D. 1865 150 Sena Banda Patrimonju Karkariż Trawwim Mużikali - Kult Elenjan.