Michael Pulis

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Michael Pulis BMus, A(Mus)LCM, ALCM, Cert. Conducting (Trento, Italia) twieled Ħal-Luqa fl-4 ta’ Ġunju, 1973 minn Nicholas u Jane nee’ Spiteri.

Ta’ 12 -il sena beda t-tagħlim mużikali tiegħu mal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa taħt il-gwida tas-Sur Carmelo Baldacchino u wara kompla ma’ Mro. John Calleja – eks Soloist tal-Banda tal-RMA u tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija. L-istrument prinċipali tiegħu hija l-kurunetta li hu kien beda jistudja sa mill-bidu tat-taħriġ tiegħu.

Fl-1991 Michael sar is-Solo kurunetta tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija u wara ma’ għadd ta’ baned oħrajn, kif ukoll ma’ diversi orkestri di cappella. Fi’ rwol ta’ Solist hu daqq diversi xogħolijiet impennjattivi fosthom Temi u Varjazzjonijiet mill-famuż Carnevale di Venezia ta’ J.B. Arban mal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija fis-snin 1995 u 1997. Is-Surmast Pulis ipparteċipa ukoll f’diversi Kunċerti mal-Organista tal Katidral tal-Imdina – Mro. John Aquilina. Fost dawn il-Kunċerti insibu l-Kunċert Ċelebrattiv fl-okkazzjoni ta’ l-Għeluq tal-Ħamsin sena mit-twaqqif tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Kunċert Ċelebrattiv fl-okkazzjoni ta’ l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-orgni tal-Knisja ta’ Paceville. Prezentament hu għadu jdoqq il-kurunetta waqt ċelebrazzjonijiet/quddiesat f’diversi okkazzjonijiet.

Michael kompla t-taħriġ tiegħu mas-Surmast Roderick Bugeja FLCM u fis-sena 2000 nrexxielu iġib id-diploma ALCM fil-prattika tal-Kurunetta mill-London College of Music. Minbarra fit-taħriġ tal-Kurunetta, is-Surmast Pulis beda studju intensiv fit-Teorija, Armonija, Kuntrapunt u Kompozizzjoni taħt is-supervizjoni tal-magħruf Surmast u kompozitur Mro. Raymond Sciberras FLCM filwaqt li qabel kien ħa taħriġ fit-Tejorija ma’ Mro. Raymond Fenech FLCM u mal-Maestro di Cappella Mro. Carmelo Callus LRSM. Wara diversi snin ta’ aktar studju, s-Surmast Pulis fl-2002 kiseb id-diploma A (Mus) LCM fit-tejorija tal-mużika. Apparti dan huwa kompla l-istudji tiegħu għall-Baċellerat fil-Mużika ma’ l-Universita ta’ Fairfax (USA) b’suċċess – fejn iffoka primarjament fuq l-Edukazzjoni Mużikali. Fl-2003 huwa kellu l-Gradwazzjoni u kiseb il-BMus degree.

Wara dan kollu, Michael beda jistudja d-Direzzjoni tal-Banda u Orkestra għall-tlett snin taħt il-wisq abbli, eks Surmast Prinċipali tal-Orkestra Nazzjonali, Mro. Joseph Sammut. Fl-2005 is-Surmast Michael Pulis beda kors fid-Direzzjoni tal-Banda mal-Istituto Superiore Europeo Bandistico ta’ Trento fl-Italia. Hemmhekk hu ingħata taħriġ minn professuri u diriġenti famużi fosthom Prof. Jan Cober, Prof. Carlo Pirola, Prof. Gianni Caracristi, Prof. Felix Hauswirth u Prof. Marco Bazzoli.

Fis-sena 2007 huwa ottjena iċ-Ċertifikat għad-Direzzjoni tal-banda minn dan l-Istitut. Apparti dawn iċ-Ċertifikati, s-Surmast Pulis attenda għal diversi korsijiet mużikali ġewwa l-Italja.

Mal-baned Maltin is-Surmast Pulis okkupa diversi karigi: Assistent Surmast u Surmast tal-Allievi mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland ta’ iż-Żejtun, Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba u Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal-Luqa. Fil-preżent huwa s-Surmast Direttur tal-Banda Sant’Andrija, Stella Maris Band Club ta’ tas-Sliema u Soċjeta Filarmonika La Stella ta’ Il-Gudja.

Fost id-diversi xogħolijiet mużikali tiegħu nsibu diversi marċi brijjuzi u funebri, innijiet – Lil Kewkba tal-Baħar (2007 – Stella Maris, Sliema); Innu Lil Madonna tar-Ruzarju (2015 – La Stella, Gudja), Innu San Andrea (2015 – Sant’Andrija, Luqa) u kif ukoll diversi xogħolijiet oriġinali oħra sew għall-Banda kif ukoll għall-Orkestra.

Fost dawn insibu l-Prelude Rinascimento (2006 -premiere Stella Maris, Sliema), l-Overture Omaggio (2008- premiere Stella Maris Sliema) u l-Overture Souvenir (2007 – premiere Stella Maris Sliema) u Suite orkestrali Mystic Suite fost ohrajn. Fl-2010, waqt il-Kunċert Annwali tal-Milied tal-Filarmonika Stella Maris, kien sar l-Premier ta’ Mystic Suite li ntlaqgħa b’akklamazzjoni kbira. Minbarra dan, is-Surmast Pulis huwa kompozitur ta’ mużika pop, fejn ta’ min isemmi l-ballad song O X’Kobor, X’Maesta (2010) kkomponuta għall erbgħa vuċijiet u banda, u li titkanta kull sena għall festa ta’ Trinita’ Mqaddsa ġewwa il-Marsa u kif ukoll il-Pop Song Żgħażagħ Stillieri (2013) dedikata lilll-Partitarji Żgħażagħ tal-Banda Sant’Andrija u l-Premiere tagħha saret fil-festa ta’ Sant’Andrija ta’ 2013, fl-okkazzjoni ta’ l-għoxrin sena anniversarju ta-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’Andrija.

Kompozizzjonijiet ta’ ċertu importanza tas-Surmast Pulis huma bla dubju Oratorio Stella Maris li jinkorpora fiħ tmien movimenti. Dan l-Oratorju huwa kkomponut għal Sopran, Tenur, Baritonu, Kor u Banda Sinfonika. Il-Premiere ta’ l-Oratorio Stella Maris saret f’Mejju tas-2014 ġewwa l-Knisja parrokkjali ta’ Stella Maris f’tas-Sliema. Xogħol ieħor ta’ imprtanza huwa l-Oratorju Madonna tar-Rużarju li jinkorpora seba’ movimenti. Dan l-Oratorju huwa kkomponut għal Sopran, Tenur, Baritonu, Kor u Banda Sinfonika. Il-Premiere ta’ Oratorju Madonna tar-Rużarju sar f’Mejju tas-2022 ġewwa l-Knisja parrokkjali ta’ Santa Marija ġewwa l-Gudja.

Ta’ min isemmi li s Surmast Pulis għamel arrangamenti mużikali kemm għall-banda kif ukoll għall-orkestra li jinkludu Sounds of Christmas u Sinfonia Pastorale, u diversi bċejjeċ mużikali klassiċi, semi-klassiċi musicals u kif ukoll mużika-pop.

L-iktar kompozizzjoni riċenti tas-Surmast Pulis hija l-Overture Celebration ikkomponuta għall-banda sinfonika. Din indaqqet għall-ewwel darba fl-24 ta’ Ġunju 2023 għall-okkazzjoni tal-140 anniversarju tal-Banda Sant’Andrija f’Ħal-Luqa.

Xogħlijiet tas-Surmast Michael Pulis

No Marċi Brijużi Sena Baned:
01 Il-Konvoj 2006 Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba
02 Valencia 2007 Għaqda Mużikali Beland
03 L-Ewwel Banda 2008 Għaqda Mużikali Sant' Andrija
04 Supreme Greens 2009 Għaqda Mużikali Beland
05 Djamant 2015 Għaqda Mużikali Sant' Andrija
06 La Stella 2023 Soċjeta Filarmonika La Stella ta’ Il-Gudja
No Marċi Funebri: Sena Baned::
01 Una Lacrima sulla Toba di Carmelo Cutajar 2006 Għaqda Mużikali Beland
02 Ai Caduti dell’ Undici Settembre 2007 Għaqda Mużikali Sant' Andrija
03 Nassariyah 2011 Għaqda Mużikali Sant' Andrija
04 Tifkira 2016 Għaqda Mużikali Sant' Andrija