Difference between revisions of "Għaqda Mużikali Sant' Elena"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 7: Line 7:


== Tkun imwaqqfa l-Banda Sant’ Elena ==   
== Tkun imwaqqfa l-Banda Sant’ Elena ==   
* 1919 Tiġi imwaqqfa l-Banda Sant’Elena mit-tlett fundaturi '''Ġanni Grech Duca''', '''Ignazju Sammut''', '''Ġamri Grima'''. L-ewwel każin tas-Soċjeta’ kien f’120, Misraħ San Franġisk, [[Birkirkara]]. L-ispizjar '''Carmelo Sammut''' kien l-ewwel President, waqt li Maestro [[Ferdinandu Camilleri]] kien l-ewwel surmast tal-banda. L-ewwel servizz tal-banda kien propju wara l-ewwel ftit xhur wara li twaqqfet il-banda, meta kienet mistiedna biex tagħmel servizz lejliet il-festa ta’ Maria Annunzjata ġewwa [[Ħal Balzan]]. Wara ftit xhur fit-tmexxija, Meastro Ferdinandu Camilleri ħalla t-tmexxija tal-banda f’idejn ibnu, Maestro [[Ġużeppi Camilleri]], u anki dan ftit dam f’din il-kariga, għal xi ftit ġimgħat jew xhur. Il-banda reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maetsro [[Gioacchino Micallef]], li ukoll dam ftit jmexxi lil Banda Sant’Elena. Il-Banda Sant’Elena daqqet f’ Birkirkara meta l-vara ta’ Sant’Elena inġiebet lura mill-Belt [[Valletta]] mill-induratura.
* 1919 Tiġi imwaqqfa l-Banda Sant’Elena mit-tlett fundaturi '''Ġanni Grech Duca''', '''Ignazju Sammut''', '''Ġamri Grima'''. L-ewwel każin tas-Soċjeta’ kien f’120, Misraħ San Franġisk, [[Birkirkara]]. L-ispizjar '''Carmelo Sammut''' kien l-ewwel President, waqt li Maestro [[Ferdinando Camilleri]] kien l-ewwel surmast tal-banda. L-ewwel servizz tal-banda kien propju wara l-ewwel ftit xhur wara li twaqqfet il-banda, meta kienet mistiedna biex tagħmel servizz lejliet il-festa ta’ Maria Annunzjata ġewwa [[Ħal Balzan]]. Wara ftit xhur fit-tmexxija, Meastro Ferdinando Camilleri ħalla t-tmexxija tal-banda f’idejn ibnu, Maestro [[Ġużeppi Camilleri]], u anki dan ftit dam f’din il-kariga, għal xi ftit ġimgħat jew xhur. Il-banda reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maetsro [[Gioacchino Micallef]], li ukoll dam ftit jmexxi lil Banda Sant’Elena. Il-Banda Sant’Elena daqqet f’ Birkirkara meta l-vara ta’ Sant’Elena inġiebet lura mill-Belt [[Valletta]] mill-induratura.


* 1920 Wara l-ewwel sena l-Banda Sant’Elena reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maestro [[Vincenzo Costa]]. Insibu li nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru 1920, il-banda tellgħet programm mużikali taħt Mro. Vincenzo Costa.
* 1920 Wara l-ewwel sena l-Banda Sant’Elena reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maestro [[Vincenzo Costa]]. Insibu li nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru 1920, il-banda tellgħet programm mużikali taħt Mro. Vincenzo Costa.

Revision as of 11:19, 14 August 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Għaqda Mużikali Sant' Elena

Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919

Lis-Skop tas-Soċjeta

L-Għaqda Mużika Sant’Elna għandha l-għan li tgħallem il-mużika, tħeġġeġ b’diversi modi l- art mużikali, xxerred il-kultura, sservi ta’ u tipprovdi rikreazzjoni, tkabbar is-sena ċiviku, eduklattiv morali tal-membri, tkompli tħaddan u tikber fir-Reliġjon Kattolika Appstolika Rumana, kif ukoll li tagħraf lil Sant’ Elena bħala l-Qaddisa Patruna tagħha.

Tkun imwaqqfa l-Banda Sant’ Elena

  • 1919 Tiġi imwaqqfa l-Banda Sant’Elena mit-tlett fundaturi Ġanni Grech Duca, Ignazju Sammut, Ġamri Grima. L-ewwel każin tas-Soċjeta’ kien f’120, Misraħ San Franġisk, Birkirkara. L-ispizjar Carmelo Sammut kien l-ewwel President, waqt li Maestro Ferdinando Camilleri kien l-ewwel surmast tal-banda. L-ewwel servizz tal-banda kien propju wara l-ewwel ftit xhur wara li twaqqfet il-banda, meta kienet mistiedna biex tagħmel servizz lejliet il-festa ta’ Maria Annunzjata ġewwa Ħal Balzan. Wara ftit xhur fit-tmexxija, Meastro Ferdinando Camilleri ħalla t-tmexxija tal-banda f’idejn ibnu, Maestro Ġużeppi Camilleri, u anki dan ftit dam f’din il-kariga, għal xi ftit ġimgħat jew xhur. Il-banda reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maetsro Gioacchino Micallef, li ukoll dam ftit jmexxi lil Banda Sant’Elena. Il-Banda Sant’Elena daqqet f’ Birkirkara meta l-vara ta’ Sant’Elena inġiebet lura mill-Belt Valletta mill-induratura.
  • 1920 Wara l-ewwel sena l-Banda Sant’Elena reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maestro Vincenzo Costa. Insibu li nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru 1920, il-banda tellgħet programm mużikali taħt Mro. Vincenzo Costa.
  • 1921 Fis-16 ta’ Awissu 1921, il-banda tellgħet programm mużikali fi Misraħ San Frangisk quddiem il-każin u żanżnet uniformi ġdida. Taħt Mro.Costa, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġiljan u kienet ġiet ipprezentata bandalora li għadha fil-każin tagħna sal-lum.
  • 1922 Jinħatar is-Sur Emanuel Scicluna bħala President tas-Soċjeta’.
  • 1923 Il-Banda Sant’Elena għamlet programm mużikali ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ l-esebizzjoni tal-baned, fejn spiċċat fit-tieni post. F’April il-Banda Sant’Elena daqqet fi Pjazza Sant’Elena fl-okkażjoni tat-tqassim tal-midalji tar-rebħa tal-gwerra mill-Gvernatur Lord Plumer. Il-Ħadd 13 t’Awwissu 1923, il-banda għamlet programm mużikali quddiem il-każin.
  • 1924 Jinħatar il-Kurunell William Savona bħala President tas-Soċjeta’.
  • 1925 Nhar is-26 ta’ April 1925, il-kumitat ħatar lis-surmast Maestro Giuseppe Busuttil surmast tal-banda. Huwa idderieġa l-ewwel programm tiegħu nhar it-3 ta’ Mejju 1925, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santu Kruċ. F’Mejju ta’ l-istess sena, xi karkariżi li kieku jgħixu fl-Amerika kienu bagħtu standard Amerikan lill-Banda Sant’Elena.
  • 1926 Jinħatar is-Sur Salvu Zammit Hammett bħala President tas-Soċjeta’. Fid-29 ta’ Ġunju ta’ l-1926, il-banda ġiet mistiedna sabiex iddoqq fin-Nadur, Għawdex għall-festa ta’ l-Imnarja. F’Lulju l-banda għamlet l-ewwel servizz barra minn Malta fejn siefret ġewwa Tunez.
  • 1927 Il-Ministru tat-Teżor Dr. Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross) ġie unanimament maħtur President Onorarju tal-każin.
  • 1928 Il-banda tagħmel it-tieni żjara barra minn Malta, fejn reġgħet ġiet mistiedna f’Tunez. F’din l-okkażjoni, Meastro Ġużeppi Busuttil inħatar bħala Kavallier mill-Bay ta’ Tunez bħala rigal lil Maestro Giuseppe Busuttil għall-kapaċita kbira li kellu fid-direzzjoni tal-banda f’dik l-okkażjoni ġewwa Tunez. Il-bandisti kollha ġew mogħtija midalja kull wieħed għas-servizz kbir li għamlu. Dawn wara li waslu Malta taw dawn il-midalji kollha lill-każin fejn għadhom hemm sal-lum. F’Awwissu f’Birkirkara kienu qed jiġu iċċelebrati festi kbar tas-16 il-Ċentinarju tal-mewt ta’ Sant’Elena. Għal din l-okkażjoni ġie imżanżan l-Inno di Gloria a Sant’Elena flimkien ma’ l-Innu tal-banda, kompożizzjoni ta’ Maestro Kav. Giuseppe Busuttil, fuq kliem tal-Kav. Ġuże Dimech Debono. Dawn l-innijiet hekk popolari għadhom jindaqqu sal-lum.
  • 1929 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem għal-ewwel darba fil-karnival bit-titlu Wild West u ġiet fl-ewwel post. Fil-11 ta’ Awwissu l-Banda Sant’Elena żanżnet il-planċier għall-banda. Dan ġie maħdum mis-sur Tumas Gove’.
  • 1930 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu Black Cats u tikseb l-ewwel post.
  • 1931 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Flowers in Vases u tiġi fl-ewwel post.

• 1932 Fit-22 ta’ Jannar 1932, il-Banda Sant’Elena, flimkien mal-banda Duke of Connaught, ħadu sehem f’marċ fejn akkumpanjaw il-qanpiena l-kbira li nġiebet minn Milan f’Italja fejn inħadmet mid-ditta Barigozzi. F’Awwissu l-Banda Sant’Elena daqqet f’Ħal Lija fl-okkażjoni tal-festi Ċentinarji tat-Transfigurazzjoni tas-Salvatur. • 1933 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u ġiet fl-ewwel post bit-titlu ta’ ‘Tat-Twamasi.’ Fil-5 ta’ Marzu, quddiem in-Nutar Emanwel Agius, il-kumitat xtara biċċa art biex jkun jista jibni karma tan-nar sabiex jinħadem in-nar għall-festa ta’ Sant’Elena. Fl-24 ta’ Settembru l-banda għamlet programm mużikali fil-festa tal-Vitorja ġewwa Birkirkara. Din il-knisja tal-Vitorja tinsab ftit passi bogħod mil-każin tal-Banda Sant’Elena. • 1934 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘Bid-daqq tas-Dickie Ducks’ u ġiet fl-ewwel post għall-ħames darba. 1936 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u reġgħet kisbet l-ewwel post bit-titlu ta’ ‘Cooks on Parade.’ Fl-4 ta’ Awwissu, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ San Duminku ġewwa l-Belt Valletta, u ġiet mogħtija bandalora li għadha fil-każin sal-lum. • 1937 Seħħet żjara fil-każin mill-Gvernatur Sir Charles Carter. Il-Banda ħadet sehem fil-festi ta’ l-Inkurunazzjoni tar-Re Gorg VI. • 1938 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’’ Xih tal-Ħanax’ u kisbet l-ewwel post. Mit-13 sat-18 ta’ Lulju, il-banda reġgħet siefret għat-tielet darba ġewwa Tunez. F’din il-mawra ġewwa Tunez il-Banda Sant’Elena daqqet għall-ewwel darba l-Innu Malti f’Tunez. Il-Banda Sant’Elena kienet l-ewwel banda Maltija li daqqet l-Innu Malti barra mil-pajjiz. Minn ġewwa Tunez il-banda ġiet mogħtija diversi rigal li għadhom fil-każin sal-lum. • 1939 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘Matadors’ u reġgħet ġiet fl-ewwel post. • 1940 Inħatar bħala President tas-Soċjeta’ n-Nutar Joseph Gatt, li dam jokkupa din il-kariga sa’ l-1954. In-Nutar Gatt kien ukoll il-President tas-Soċjeta’ Dun Filippu Borgia. Kien il-bidu tal-gwerra ma’ l-Italja, u numru ta’ familji saru refuġjati fil-każin. Seħħet ukoll iz-zjara tal-Gvernatur Sir William Dobbie fis-sede ta’ l-Għaqda Sant’Elena. • 1942 Żjara tal-Gvernatur Lord Gort fl-okkażjoni tal-miġja tal-Gorg Cross f’Birkirkara. • 1943 Il-Banda Sant’Elena daqqet fl-okkażjoni tar-rebħa fuq l-Allejati. • 1944 F’din is-sena ġie ċċelebrat il-25 sena mit-twaqqif tal-banda. Fis-7 ta’ Mejju kienu saru festi kbar. Dakinhar saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, programm mużikali, kif ukoll il-Gvernatur Gort żar il-każin tagħna u ħalla ritratt bħala tifkira taż-żjara tiegħu. Il-Logotenent Gvernatur irregala standard lill-banda fejn għadu jinsab sal-lum fil-każin. Il-banda daqqet fil-Wied ta’ Birkirkara fl-okkażjoni ta’ l-Ingress ta’ l-Arcisqof M.Gonzi fil-Katidral ta’ l-Imdina. Fid-19 ta’ Novembru l-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-pellegrinaġġ tal-kwadru u ta’ l-istatwa tal-Kunċizzjoni minn Birkirkara għal Bormla. Il-Banda Sant’Elena kienet daqqet quddiem l-istatwa tal-Kunċizzjoni. • 1945 Il-Banda Sant’Elena tagħmel marċ tar-rebħa tal-gwerra fuq il-Germanja. • 1946 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem għal darb’oħra fil-karnival bit-titlu ta’ ‘That’s in the End’ u terġa tiġi fl-ewwel post. F’din is-sena l-pittur Guzeppi Briffa kien ta’ rigal, pittura ta’ Sant’ Elena, li kien xogħol minn tiegħu. Għal din l-okkażjoni kienet saret festa bil-marċi u bil-logħob tan-nar. Il-Banda Sant’Elena daqqet fil-festa tar-rebħa ta’ Malta fit-tieni gwerra. • 1947 Il-banda reġgħet ħadet sehem fil-karnival u kisbet l-ewwel post għall-għaxar darba bit-titlu ta’ ‘The Beginning.’ • 1948 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘Evviva l-Karnival’ u kisbet it-tielet post. Fl-1 ta’ Awwissu 1948, żaru il-każin diversi personalitajiet distinti fosthom l-Onorevoli Dom. Mintoff, Dr. Schembri Adami, is-Sur Nestru Laviera, il-Professur Edwin Craig, is-Sur Mikiel Pulis, u s-Sur Emanuel Attard Bezzina. • 1949 Fis-26 ta’ Novembru ġiet imħabbra l-mewt ta’ wieħed mill-fundaturi tas-Soċjeta’, is-Sur Ignazju Sammut. Hu ġie midfun fil-kripta tal-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena. • 1950 Il-banda reġgħet ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Purċinelli u ġiet fl-ewwel post. Fis-16 ta’ Frar, il-Gvernatur Gerald Greasy u s-sinjura tiegħu żaru l-każin tagħna u f-istess ġurnata l-Prepostu ta’ Birkirkara Kan. Emanuel Vella ukoll żar il-każin. Fil-25 ta’ Marzu żar il-każin il-Prim Ministru Dr. Paul Boffa u l-istess Prim Minisru żar reġa’ il-każin nhar l-1 ta’ Lulju. Fl-istess ġurnata żar il-każin tagħna n-Nutar Giorgio Borg Oliver bħala President tal-Banda La Vallette. Fit-3 ta’ Mejju kienet saret il-festa tas-Salib Imqaddes wara 14-il sena mingħajr festa f’Birkirkara. Hawn il-Banda Sant’Elena kienet ħadet sehem attiv f’dawn il-festi. Fid-29 ta’ Gunju l-banda żanżnet l-istrumentatura tagħha u din ġiet imbierka mill-Arcisqof Mikiel Gonzi. Sar l-ewwel ftehem bejn il-baned karkariżi rigward il-festa ta’ Sant’Elena. 1951 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘Kannibali’ u kisbet l-ewwel post. 1952 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u kisbet it-tieni post bit-titlu ta’ ‘L-Għedewwa saru Ħbieb.’ • 1953 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘Ghall-Wirja tal-Imnarja’, fejn kisbet l-ewwel post. • 1954 Inħatar bħala President tas-Soċjeta’ Dr. Joseph Fenech Adami. Hu dam jokkupa din il-kariga għal 34 sena sħaħ. Dr. Fenech Adami kien ukoll President tas-Soċjeta’ Dun Filippu Borgia. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem f’marċ fl-okkażjoni taż-żjara tar-Reġina Elizabbetta II f’Malta. • 1955 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u ġiet fl-ewwel post bit-titlu ta’ ‘Circus goes to Town.’ • 1956 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u kisbet l-ewwel post bit-titlu ta’ ‘Cumbala Boys.’ Fil-25 ta’ Ġunju żar il-każin il-Gvernatur Laycock, flimkien mas-sinjura tiegħu. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festa tal-pussess ta’ erba’ Kanonci ġodda f’Birkirkara. • 1957 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ ‘King Carvival and his Band’ u ġiet fit-tieni post. Żar il-każin Monsinjur Servus Goyenche. • 1958 Fis-6 ta’ Jannar 1958, Sir Anthony Mamo żar il-każin tal-Banda Sant’Elena, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Prim Imhallef u President tal-Qrati ta’ l-Appell. • 1959 Fil-21 ta’ Gunju 1959 l-Arċisqof ta’ Malta, Mikiel Gonzi, għamel żjara importanti fil-każin. • 1960 Fis-6 ta’ Marzu 1960, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ Jum il-Prepostu ġewwa Birkirkara. F’Awwissu il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festi Ċinkwantinarji ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna tal-Ħerba. Fit-30 ta’ Diċembru tħabbret il-mewt tas-surmast direttur Kav. G. Buzuttil. Dan is-surmast kien ilu jokkupa din il-kariga sa mill-1925. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-funeral tiegħu. • 1961 Il-kumitat jaħtar lil Mro. Joseph Sammut bħala surmast tal-banda. Il-Banda Sant’Elena tieħu sehem f’dimostrazzjoni li saret lil Arċisqof Mikiel Gonzi fl-okkażjoni tal-ftuħ taċ-Ċentru taz-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara f’Birkirkara. • 1962 Fit-28 ta’ Jannar 1962, il-Banda Sant’Elena flimkien mal-Banda Duke of Connaught ħadet sehem f’marċ u akkumpanjaw iż-żewġ statwi tal-bronż ta’ San Pawl u San Gwann li twasslu għall-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, fejn tpoġġew fuq il-Presbiterju u għadhom hemm sal-lum. Il-Banda Sant’ Elena daqqet fil-pussess tal-Prepostu ta’ Birkirkara, Monsinjur Ignazju Sciberrras Psaila. • 1964 Il-Banda Sant’Elena daqqet marċ fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Indipendenza. • 1965 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festi tal-100 sena mit-twaqqif tal-Banda Duke of Connaught. • 1966 Fis-17 ta’ Awwissu 1966, lejliet il-festa ta’ Sant’Elena, żar il-każin l-Ambaxxatur Amerikan Joseph J. Feldman. • 1967 Il-banda daqqet fi Triq il-Wied fl-okkażjoni taż-żjara tar-Reġina Elizabetta II. • 1968 Fil-5 ta’ Ġunju 1968, quddiem in-nutar Joseph Gambin, il-kumitat xtara l-każin prezenti li jinsab f’194, Triq il-Kbira, Birkirkara. • 1969 Bejn it-3 u l-4 ta’ Mejju 1969, il-kumitat organizza festi fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena. Ġiet mistiedna l-Banda Duke of Connaught. Fl-4 ta’ Mejju, l-Arċisqof ta’ Malta Mikiel Gonzi għoġbu jgħamel it-tieni żjara tiegħu fil-każin. Il-banda ġiet mogħtija bandalora mill-Prepostu Mons. Ignazju Sciberras Psaila fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-banda. • 1970 Mro. Joseph Sammut irreżenja mil-kariga ta’ surmast sabiex jieħu d-direzzjoni tal-banda Nazzjonali La Vallette. Nhar it-3 ta’ Mejju, il-kumitat ħatar lil Maestro Clemente Sammut bħala surmast direttur. Ħu dam jokkupa din il-kariga għal 22 sena. • 1971 Fis-17 ta’ Awwissu 1971, Sir Anthony Mamo żar il-każin wara li ġie maħtur Gvernatur Generali ta’ Malta. • 1974 Fit-2 ta’ Mejju 1974 żar il-każin Monsinjur Ottorino Pietro Alberti, Isqof ta’ Norcia u Spoleto fl-Italja. • 1978 F’Birkirkara saru festi kbar fl-okkażjoni ta’ l-1650 sena mill-mewt ta’ Sant’Elena, fejn il-Banda Sant’Elena ħadet sehem f’dawn il-festi ‘ad unur’ tal-Patruna tagħha. • 1979 F’Marzu l-banda kisbet l-ewwel post f’konkors ta’ l-innu marċ fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien. Is-Soċjeta’ fakkret il-25 sena tal-President Dr.Joseph Fenech Adami.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Ferdinando Camilleri 1919
02 Giuseppe Camilleri 1919 1920
03 Gioacchino Micallef 1920
04 Vincenzo Costa 1920 1925
05 Giuseppe Busuttil 1925 1960
06 Joseph Sammut 1960 1970
07 Clemente Sciberras 1970 1992
08 Ivan Borg 1992 1995
09 Joseph Vella 1996

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Pham. Carmelo Sammut 1919 1920
02 Emanuel Scicluna 1922 1924
03 Col. William Savona 1924 1926
04 Salvu Zammit Hammett 1926 1940
05 Not. Joseph Gatt LL.D. 1940 1954
06 Dr. Joseph Fenech Adami LL.D. 1954 1988
07 Joseph Mallia 1988
08 Dr. Raphael Fenech Adam LL.D. 1989 1993
09 Not. Helen Borg LL.D. 1994 1995
10 Ġożwe Gauci 1995 2003
11 Anthony Saliba 2003

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
00 Duncan Xuereb

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
00 Henry Bray 2018 2021
00 Renald Borg 2021

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1980) 1980 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1984) 1984 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Tislima lil Mro. Kav. Giużeppi Busuttil - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1985) 1985 *
04 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1986) 1986 *
05 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1988) 1988 *
06 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1990 1990 *
07 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1991) 1991 *
08 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1992) 1992 *
09 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1994) 1994 *
10 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1996) 1996 *
11 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1997) 1997 *
12 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Festa Ta' Santa Liena 1998 (Vol. 01) - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (1998) 1998 *
13 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1999) 1999 *
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Marċi Funebri - Marċi Funebri - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (1993) 1993 *
02 Marċi Funebri - Marċi Funebri - Consumatum Est - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
03 Marċi Funebri - Marċi Funebri - L-Imsallab - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2019) 2019 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
13 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Fl-Okkażżjoni tal-50 Sena Bażilika Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2000) 2000 *
14 Marċi Brijużi - Snin Ta' Supremazija - Cd. No.1 - Marċi Brijjużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
15 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Cd. No.1. L-Aħdar Dominanti - Festa 2004 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2004) 2004 *
16 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Cd.No.1. Bagristi Qalbiena ta' Santa Liena - Festa 2006 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2006) 2006 *
17 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Lejn id-90 Sena tal-Banda tat-Titular - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2008) 2008 *
18 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Għaqda Mużikali Sant' Elena - Festa 2010 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2010) 2010 *
19 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Marċi tal-Mro. Kav. Ġiuseppi Busuttil - Fl-Okkażżjoni tal-50 Sena mill-Mewt tiegħu. 1960 - 2010 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2010) 2010 *
20 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - 175 Sena Fostna 1837 - 2012 Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2012) 2012 *
21 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Għaqda Mużikali Sant' Elena - Festa 2014 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2014) 2014 *
22 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Lejn is-Seklu li jagħmilna Bagristi Kburin 1919 - 2019 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2018) 2018 *
23 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Ċentinarju Mużikali - Marċi Brijużi mill-Arkivju Musical Seasons - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2019) 2019 *

Marċi Kantanti u Innijiet

No Name of Cd's - Hymns Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Hymn Others
01 Marċi Kantati - Snin Ta' Supremazija - Cd. No.2 - Marċi Brijjużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
02 Marċi Kantati - Marċi Brijużi - Cd. No.2. L-Aħdar Dominanti - Festa 2004 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2004) 2004 *
03 Innijiet Proċessjonali - Innijiet Proċessjonali - Cd. No.2. Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2006) 2006 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Akkademja Live - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2003) 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links