Ferdinando Camilleri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Ferdinando Camilleri, bin Vincenzo u Grazzja mwielda Fava, twieled Ħal Luqa fid-29 t' April, 1859. Huwa Ġie mgħammed l-għada fil-knisja Parrokjali ta' l-istess raħal mill-kappillan Dun Vinċenz Magri u ġie mogħti l-ismijiet ta' Ferdinando Giuseppe u Giovanni Ta' eta żgħira, missieru Ii kien surmast magħruf f'Ħal Luqa, għallmu l-ewwel passi ta' l-arti mużikali. Minkejja li kien għadu ċkejken, diġa kien jdoqq tajjeb il-flawt u 1-vjolin. L-armonija u l-kompożizzjoni studjahom tant huh Enrico. Wara, kompla tħarreġ għand Dun Giużepp Spiteri Fremond, Patri Agostinjan.

Fl-eta ta' 23 sena, Camilleri mexxa l-orkestra fl-okkażżjoni ta' l-ewwel quddiesa ta' Dun lndri Mifsud fil-knisja Parrokjali ta' tal Ħal Luqa. Kyrie u l-Glorja kienu komposti mill-istess surmast. Ftit żmien wara, il-familja marret toqgħod tas-Sliema. Mastru Dandu, kif kien magliruf, kien imfittex għall-kompożizzjoni. Fl-1882, għal żewg tenuri u baxx, Camilleri kiteb il-Gloria in Exe. No. 1. Kiteb żewg quddisiet kbar, waħda dedikata Iil San Gejtanu u l-oħra Lill-Madonna Kewkba tal-Baħar, b'approvazzjoni tal-Vatikan fl-1909. Kompozizzjoni oħra li tixhed il-ħila melodika ta' Camilleri hija O Salutaris Hostia, komposta fl-24 ta' Marzu, 1900 għal żewġ tenpiri, baxx u Kor ta' tfal. Din kienet ġiet esegwita fis-17 ta' April, 1900, fil-knisja Franġiskana Konventwali Minuri fil-Belt Valletta, fil-festa tal-Kwaranturi. Huwa magħruf wkoll għal diversi lnnijiet u Antifoni Ii kkompona għal bosta festi, l-aktar għal dawk il-Parroċċi Li knejjes oħra Ii tagħhom Ferdinando kien Maestro di Cappella. Fost dawn insemm lill-Antifoni Manum Suam, Virgo Prudentissima u Prudens et Vigilans - Antifoni ta' Sant' Elena, Stella Maris u Santa Katerina rispettivament, kif ukoll dik ta' Sant' Andrija Ii fl-1930 ħadet post dik komposta minn Anton Nani, festa Ii tkun iċċelebrata f'Ħal Luqa. Barra dawn insibu Salmi, Responsorji u Muzika Profana. Il-mużika serja, Ii kkompona Ferdinando, nistgħu naqsmuha fi tnejn: dik għall l-orkestra u dik għall-banda.

Għall-orkestra kiteb is-Sinfonija No. 4 Un Raggio di Luce. Din ġiet esegwita riċentement fid-9 ta' Frar, 1992, fit-Teatru Manoel f'kunċert vokali strumentali, fl-okkazjoni tal-ftuħ tat-terminal il-ġdid ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta. F'Jannar ta' l-1881 kiteb is-Sinfonija No. 6 La Rivista. Kiteb oħra bl-isem Sinfonia No. 3 L'Astro d'Argente. Kiteb Valzi Li Polki bħal La Speranza - Polka No 1 miktuba fl-1874.

F'dik l-istess sena, kkompona Galop b'dedika lill Paolo Cutajar, il-bniedem Ii f'isem d-ditta Franciża Fulliany Pere de Fils għamel offerta għat-tiswijiet ġenerali, wara l-ħruq tat-Teatru Rjal fl-1873. Lil Ferdinando nsibuh bħala Maestro di Cappella f'diversi parroċċi madwar Malta. Fl-1920, insibuh Maestro di Cappella fil-knisja kolleġġjata u matriċi ta' Sant' Elena f'Birkirkara, b'talba Ii saret fl-1918 wara Ii s-Surmast Ricardo Bugeja rtira. Għamel snin twal f'diversi knejjes parrokjali fosthom fiż-Żurrieq, f’ ta’ Ħad Attard, Ħal Luqa u fil-knejjes parrokkjali tas-Sacro Cuor u fi Stella Maris f' tas-Sliema u fin-Naxxar, li għalihom kkompona żewġ innijiet għall festa tal-Vittorja - O Tfajla lmmakulata u Ngħannulek bil-Ħlewwa. Dawn tkantaw għall-ewwel darba wara tant provi fil-festa ta' l-1919.

Fl-1933 Ferdinando flimkien ma' ibnu Giuseppe nsibuhom jagħmlu talba biex jinflatru uffiċjalment Maestri di Cappella fil-knisja parrokjali ta' San Ġorġ, f'Ħal-Qormi - liema servizz kienu ilhom jagħmluh għaxar snin. F'Ħajtu ta' servizz ta' tletin sena jdoqq il-flawt fit-Teatru Rjal u xi wħud isostnu Ii ssejjaħ biex idoqq fit-Teatru Covent Garden ta' Londra, offerta Ii ntilfet mill-istess kompozitur.

Fis-sena 1886, insibu Iii Ferdinando Camilleri iħeġġeġ u jgħaqqad 1-ewwel Banda tiegħu, dik bl-isem Cavalieri di Malta. Din daqqet għall-ewwel darba fis-26 ta' Settembru 1886 fix-Xatt ta' tas-Sliema taħt 1-istess Surmast Camilleri. Bosta kienu dawk 1-okkażżjonijiet meta din il-Banda daqqet. F'din l-għaqda, Mro Camilleri kien daħħal serjeta kbira. Dan kien jidher fil-kura tal-bandisti u l-għajnuna li kien jagħitihom f'każ ta' mard. Fl-1899, il-Banda waqgħiet f'idejn is-Surmast Antonio Miruzzi. Kien żmien iebes, żmien li l-Banda ma damitx ma ġiet fix-xejn u xoljiet. Meta Cavalieri di Malta kienet f'idejn is-Surmast Miruzzi, Ferdinando għaqqad oħra bl-isem ta' Melita. Din għamlet id-debutt tagħha fix-xatt ta' tas-Sliema nhar is-6 ta' Jannar 1900.

II-Banda Melita ma kellhiex ħajja twila, għax fl-1903 ġralha bħal dik ta' qabilha. Mastru Dandu ma qatax qalbu. Sena wara, bl-għajnuna ta' xi bandisti miż-żewġ baned ta' qabel, iffurmaw il-banda Queen Victoria, grazzi għat-tħabrik ta' Franġisku Zammit. L-ewwel eżiluzzjoni saret fix-Xatt ta' tas-Sliema, fl-4 ta' Settembru ta' l-1903, fl-okkażżjoni tal-festa tal-Vittorja. Fl-okkai:joni tal-funeral ta' 1-avukat Fortunato Mizzi Ii sar fl-20 ta' Mejju, 1905 il-bandisti żanżnu uniformi ġdida. Jidher Ii din ii-Banda ma kellhiex ħajja itwal mill-1908. Programm imwettaq minn din il-Banda kien dak Ii jsir il-Ħadd, 28 ta' Mejju 1908, f'Għar id-Dud. L-istudjuż Robert Mifsud Bonnici, jgħid Ii l-uniformi nbiegħet Iill-Banda La Stella taż-Żurrieq, din il-banda illum iġġib l-isem ta’ Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.

Jingħad Ii fl-1908, il-Banda 'Queen Victoria' taż-Żurrieq kellha żewġ uniformijiet, waħda tas-Sajf u l-oħra tax-Xitwa. Dawn kienu ngħataw lill-Banda mill-Kavallier Charles dei Marchesi. Il-ġurnal Malta tas-17 ta' Novembru 1910, ikkonferma Ii f'dik 1-istess sena kienet intużat 1-uniformi għas-sehem fil-festa titulari ta' Santa Katerina, fiż-Żurrieq.

Fl-1912, il-Banda Slimiża Queen Victoria ħadet nifs batut, meta ppruvat terġa' titwaqqaf, din id-darba mis-Surmast G. Gatt. Wara debutt feliċi, il-banda reġgħat koppi. L-uniku frott Ii tħalla f’dan il-qasam kienet ii-Banda Stella Maris Ii tagħha kien il-fundatur, banda Ii mill-1914 sa llum qatt ma ħarset lura. Barra Ii kien il-pijunier tal-Baned Slimiżi, Iill Ferdinando nsibuh Surmast Direttur ma' baned oħra. Fl-1911 ġie magħżul Surmast Direttur mal-Banda Duke of Connaught Own Band Club ta’ Birkirkara.

Jidher Ii dan is-servizz għamlu fl-istess sena Ii fiha Mastru Dandu kien ukoll is-Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta.

Mad-Duke of Connaught Ferdinando dam biss ftit xhur. lnfatti fis-snin 1912 u 1913 il-banda kienet immexxija mis-Surmast Francesco Xuereb. F'dan il-pajjiiż, nerġu niltaqħu ma' Ferdinando Camilleri, din id-darba fl-1919 bħala l-ewwel Surmast Direttur tal-Għaqda Mużikali Sant' Elena, lnsibuh ukoll fin-Naxxar, jieħu ħsieb il-Banda La Pace ilum nafhuha bħala Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar.

Huwa kien ħa f'idejh it-tmexxija ta' din ii-Banda f'Novembru ta' l-1917, b'salarju ta' 14-il xelin fix-xahar. F'dak l-istess żmien, insibu Ii l-allievi bdew iħallsu għal-lezzjonijiet tal-mużika. Taħt dan is-Surmast, il-banda mxiet 'I quddiem u żdiedet fin-numru Ii sa l-1921 kien ilaħħaq għal madwar erbgħn bandist. Hu baqa' Direttur sa 1-1922. II-Banda tas- Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta, kellha wkoll l-uniformi tagħha kien għal ħabta ta’ l-1910 li ħa il-banda f’idejħ, wara li kien telaqt Mro. Antonio Miruzzi.

Fl-1913, ii-Banda Nicolo lsouard kienet ħadet sehem fil-Kungress Ewkaristiku - x'aktarx Ii ngħalaq il-kapitlu ta' din il-banda għal dak iż-żmien. Fost il-kompozizzjonijiet mużikali Ii ħalla Iill din is-soċjeta, insibu I-Marcia Funebre La Marte di Cristo. Dan ix-xogħol kien ġie esegwit ma' bċejjeċ oħra mill-istess Banda Nicolo Isouard, fl-Akkademja Ii saret fit-12 ta' April 1992, akkademja Ii fakkret il-Ħamsin sena minn meta bomba Germaniża nifdet ir-Rotunda Fid-9 t'April, 1942 u mirakolozament ma splodietx. Fil-Mużew tal-Katidral fl-lmdina, insibu mare religjuz għall-proċessjoni tal-festa 11-qoxra tal-manuskritt minn Mro. Ferdinando Camilleri, eks Surmast tal-Banda Nicolo lsouard. Con gio la cantiamo, In dolce armonia, Un inno a Maria, Che erompe dal cuor, Vergine sei, Madre Del tuo Fattore, A te ogni cuore, Ne offre l'onore. Deh! Dal trono, Madre, Dove siede Regina, Il tuo sguardo inchina Su noi poverelle, Cosi' noi felici, I giorni finire, Poi, lieti salire, Regnar con Te in ciel. Il-kliem ta' l-innu Ii Mro. Ferdinando Camilleri kkompona għall-Banda Nicolo lsouard, fl-1910 ta' Marija Assunta. Dan ix-xogħol, kompost għall-banda u Kor tat-Tfal ġie miktub f'Awwissu ta' l-1910 is-sena Ii fiha Mastru Dandu ħa din il-banda f'idejh. F'dan il-manuskritt oriġinali, nsibu kitba minn idejn l-istess kompożitur Ii tgħid 'per la Banda di Casal Musta.' Bia dubju, dan l-innu ġie esegwit f'dik 1-istess sena, s-sena Ii fiha Mastru Dandu ingħaqqad ma' l-Għaqda Filarmonika Nicolo lsouard.

Mro. Camilleri miet fid-dar tiegħu Nru. 133, Triq Blanche, tas-Sliema fl-għomor ta' 83 sena, fit-8 ta' Marzu, 1942. II-funeral tiegħu sar l-għada fil-knisja Parrokkjali ta' San Girgor. Huwa ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata.

Wara 47 sena, l-wirt mużikali tiegħlu, grazzi għas-sinjura Elena Camilleri (mart is-Surmast Giuseppe Camilleri, iben Ferdinando) ngħata lill-Arkivju Mużikali 64 tal-Katidral, fl-lmdina - wirt Ii juri biċ-ċar kemm Mastru Dandu ħabb l-arti mużikali bħala wieħed mill-Pijunier tal-Baned. Apparti li jibqa magħruf wkoll għal bosta mużika sagra li kitieb.