David Joseph Sammut

From M3P
Revision as of 04:52, 1 July 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: David Joseph Sammut)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. David Joseph Sammut twieled f' Raħal Ġdid fit-19 ta’ Awwissu, 1971. Iben Annunziato u Jane Sammut. Beda l-istudji mużikali tiegħu fuq il-vjolin minn ta' eta żgħira u rebaħ bosta premjijiet prestiġjużi b'dan l-istrument. Ingħaqad bħala alliev mas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) fil-bidu tas-snin tmenin u tgħallem is-saxophone sopran taħt is-Surmast Joseph Xuereb.

Hu ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-Banda ta’ pajjiżu fl-eta ta’ tnax-il sena nħar il-Ġimgħa l-Kbira fl-20 t’ April tal-1984. Issokta japprofondixxi l-istudji tiegħu fuq is-saxophone għand diversi surmastijiet lokali fosthom Freddie Mizzi u Joseph Vella. David studja t-teorija u l-kompożizzjoni għand Mro. Raymond Sciberras u Mro. Pawlu Grech u ħa tagħlim fid-direzzjoni għand is-Surmast Joseph Sammut.

Minbarra l-istrumenti kollha fil-familja tas-saxaphone u l-vjolin, idoqq il-mandolina, il-bouzouki u l-Irish whistle. Sammut huwa mużiċista mfittex sewwa u jdoqq fil- band tiegħu f’għadd ta' funzjonijiet. Għamel ukoll bosta wirijiet f`diversi pajjizi barra minn Malta fostom fl-Olanda, Dubai l-Ungerija u l-Italja u fejn daqq ma' bosta artisti. Hu kien jifforma parti mill-ewwel saxophone quartet f’pajjizna li dejjem intlaqa' tajjeb kull fejn daqq. Kellu wkoll esperjenza twila bħala fil-band Virtuosi fejn kienu residenti fil-programm muri fuq F.Living b’isem ta’ Sibt Kuntatt, Apparti David Joseph Sammut apparti li huwa mużiċist u Sur Direttur, u arranġatur, huwa wkoll kantant tajjeb b’vuċi sabiħa u f’ dawn l-aħħar snin rajnih ikanta jew ikun parti ma’ xi band f’ xi konkorsi bħal l-ewwel ediżżjoni tal-Konkors Mużika Mużika 2021 meta kien parti mill-grupp rivelażżjoni Kantera Band fejn kienu rebħu t-tielet post bil-kanzuentta ‘L-Ewwel Jien’ b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Elton Zarb u arranġament ta’ Mro.Aurelio Belli.

Ħa sehem fil-45 Ediżżjoni tal-Konkors L-Għanja tal-Poplu 2021 bil-kanzunetta Min Bagħtu Dan l-Għannej? b’lirika ta’ Alfred C. Sant u kompożijoni tiegħu stess, Waqt li fis-sena ta’ wara l-istess awtur u kompożitur waslu sal finali tal-konkors L-Għanja tal-Poplu 2022 bil-kanzunetta Festa tal-Kartapesta interpretata minn iben David Joseph stess Daniel Sammut. Fl-Settembru 2021 kien ma’ l-għoxrin finalista fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2021 bil-kanzunetta Karma b’lirika ta’ Alexia Schembri u kompożiżżjoni ta’ Chan Vella. Apparti dan f’April 2021 ħareġ cd Album tiegħu b’isem ta’ Ġwienaħ Inviżibbli b’diversi kanżunetti sbieħ b’lirika ta’ Alfred C. Sant u mużika tiegħu stess, fejn diversi kanzunetti minnhu spiċċaw fil-klassifika ta’ l-Aqwa 20 f’Malta.

Fis-sena 1997 beda jgħallem is-sezzjoni tal-injam fl-Iskola tal-mużika Dun Karm Bologna fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) u iktar tard klassi tat-tejorija fl-istess skola. Fis-sena 2003 inħatar Assistent Direttur tal-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) flimkien ma’ Kevin Abela u matul dan iż-żmien idderieġa b'mod innovattiv diversi kunċerti tal-Banda li rnexxew sħiħ. Huwa wkoll kompożitur ta’ diversi siltiet għal banda esegwiti mill- Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) fosthom Il-Mixja, miktuba għall-okkażżjoni tal-kunċert tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, Tislima, Moods, Daniels Lullabye, Outbursts of Love, The Golden Trumpet u Solemnis, miktuba fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-presidenza tas-sur Joseph Boffa. Huwa wkoll kompożitur ta’ diversi marċi brijużi u funebri u għamel ħafna arranġamenti għall-banda. Din is-sena s-surmast Sammut ikkompona marċ funebru ġdid għal din il-Banda bl-isem 'L-Imgħallem – In Memoria di Rose e Nazzareno Seychell' u marċ brijuż ġdid mill-isbaħ – '125 Sena Annversarju' it-tnejn inklużi fiż-żewġ recordings imnedija din is-sena mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) taħt id-direzzjoni abbli tas-surmast tagħha.

Id-direzzjoni, il-kompozizzjoni u l-abilta' li jdoqq għadd ta' strumenti huma t-trepied li fuqhu David Sammut A.(Mus) LCM, L.Mus, Dip. MLS sawwar in-niċċa tiegħu fil-qasam muċikali. Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) hija kburija bl-ewwel surmast direttur Pawlist fl-istorja tagħha li beda l-karriera tiegħu propju fl-istess każin erbgħin sena ilu.

Is-Surmast David Joseph Sammut idderieġa lis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) l-ewwel darba bħala surmast direttur nħar is-Sibt 26 ta’ Lulju 2008, lejlet il-Festa Kristu Re. Matul is-snin li għaddew ħadem ħafna fuq id-diversi programmi li kellha l-Banda. Saru diversi provi u l-bandisti dejjem kellhom kliem ta' tifħir lejh u urew koperazzjoni kbira mas-surmast.

Kompla jinvolvi ruħu wkoll fl-iskola tal-mużika tas-Socjeta. Anke fiż-żmien tal-pandemija, s-surmast baqa' f'kuntatt mal-allievi b'mod virtwali u offra s-servizzi tiegħu lis-Socjeta mingħajr ħlas. Flimkien mal-għalliema, Mro. Reno Busuttil fuq l-istrumenti tal-qasba u Mark Saliba fuq dawk tar-ramm, is-surmast imexxi t-tagħlim ta’ kull ġimgħa biex din is-Soċjeta tkompli tipproduċi bandisti ta’ kwalita kif dejjem għamlet fil-passat.

Il-kumitat tas-Soċjeta jinsab kuntent bil-ħidma tas-surmast f’dawn l-aħħar ħmistax -il sena. Mro. Sammut jipposjedi kwalitajiet kbar mhux biss fid-direzzjoni mużikali iżda wkoll b’mod ġenerali. Il-krejattivita artistika tiegħu jgħinu bil-bosta biex din is-Soċjeta tkompli tipreżenta kunċerti ta' l-għola livell li jolqtu l-gosti tal-udjenzi sbieħ li jattendu.

Mro. David Joseph Sammut huwa ukoll surmast direttur tas-Soċjeta Mużikali Trinita Qaddisa ta’ Il-Marsa fejn ilu hemm sa mis-sena 2011.