Antonio Miruzzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Antonio Miruzzi twieled il-Furjana fl-10 ta’ Marzu, 1866. Iben Ġiuseppi Miruzzi u Michelina xebba’ Brincat. Sa minn mindu kien tifel żgħir hu kellu gibda kbira u mħabba tal-għaġeb għal mużika. Kien żijuh, Paolo (Pawlu) Miruzzi li kien Surmast tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, wara li skopra t-talenti mużikali tiegħu nkorraġieħ biex jibda jgħallmu l-ewwel il-pjanu u mbagħad strumenti oħra. Iċ-ċkejken Antonio kien jieħu l-istudju bl-akbar serjeta u interess għax kellu ambizzjoni u dedika u l-ewwel Banda li kien ħa f’ idejh kienet dik tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta fl-1894. Din il-Banda għenitu ħafna biex jakkwista ċertu esperjenza kemm fit-tagħlim u kemm fid-direzzjoni.

Is-suċċessi Ii kiseb ma' din il-Banda servew biex ismu jixtered fil-kamp mużikali ta' dak iż-żmien. Dam ma' din il-Banda sal-1909. F-aħħar tad-disgħinijiet tas-seklu l-ieħor Mro. Miruzzi kien diġa Direttur tal-Orkestra Mandolinistika La Valette u aġent Direttur ta’ l-istess Banda. Kienet is-sena 1899 li I-Maestro ngħaqad mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun. Minn dik is-sena komplew jimbtu relazzjonijiet tajbin bejn Società Filarmonica Nazionale La Valette u Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun fejn nistgħu negħdu li dawn ir-relazzjonijiet għadhom tajba sal-lum.

Fis-sena 1900 kien ingħaqad mal-Banda tas-Società Filarmonica ‘I Cavalieri di Malta’ Tas-Sliema. Maestro Miruzzi kien Direttur wkoll mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 ta' Ħal-Lija fejn oriġinarjament din l-Għaqda twaqfet bħala Soċjeta Orkestrali biss, Imma Maestro Miruzzi kien trasformaha f’Soċjeta Bandistika u dan dam magħha għal 20 sena jiġifieri mis-sena 1906 sas-sena 1926. Banda oħra li Maestro Miruzzi ha f’idejh kienet il-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal Luqa, dam mag]hom 8 snin, minn 1914 sal-1922. L-aħħar Banda lis-Surmast Miruzzi ħa f’idejh kienet il-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland ta’ Iż-Żejtun, Hu mexxa din il-Banda minn 1919 sal-1932, jigifieri 13 il-sena.

Ghalkemm Maestro Miruzzi qatta' żmien twil mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun, pero l-aħħar banda li idderieġa kienet dik tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland iż-Żejtun. Għaliex hu kien rtira għal kollox minn Surmast Direttur fil-1932 imħabba saħtu.

Mro. Miruzzi kellu qalb kbira għal mużika; il-mużika kienet tbaqbaq ġo fiħ. Kienet il-ħajja u l-għajxien tiegħu, kien jieħu l-mużika bl-akbar dedikazzjoni u professjonalita; kien bniedem soċjevoli, dħuli, b'manjieri sinjorili imma waqt il-kunċerti u l-esekuzzjoni tal-programmi kien bniedem ta'dixxiplina kbira. Maestro Miruzzi ma kienx biss għalliem u direttur, imma kien kompozitur prolifiku u versatili. Hu kkompona bosta innijiet u marċi sinfoniċi għal diversi baned minnbarra numru Ii ma jingħaddx ta' valzi, polki, mażurki, marċi trijofali u funebri.

Fl-1910 Mro. Antonio Miruzzi kien gie ppremjat b'diploma tal-konkors li sar f’Firenze għal valz li hu kien ppreżenta u kien ikkunsiderat bħala biċċa mużika ta' valur.

Ix-xogħlijiet kollha tiegħu għandhom valur mużikali mill-akbar għax kollha juru xogħol ta' ħilaa aristika, ta' storja soċjali u reliġjużi u ta' kultura mużikali.

Mhux ta' b'xejn li l-mużika tiegħu hi immortali u li għadha tindaqq sal-lum. Is-Surmast Antonio Miruzzi kien miet fit-23 t’Ottibru, 1944 fl-għomor ta’ 78 sena.