Difference between revisions of "Michael Bonnano"
(Included Page: Michael Bonnano) |
m (Moving from Category:Composer to Category:Maltese Composers using Cat-a-lot) |
||
Line 13: | Line 13: | ||
{{DEFAULTSORT:Bonanno, Michael}} | {{DEFAULTSORT:Bonanno, Michael}} | ||
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]] | [[Category:A-Z of the Malta Music Scene]] | ||
[[Category: | [[Category:Maltese Composers]] | ||
[[Category:Bandmasters]] | [[Category:Bandmasters]] | ||
[[Category:Born in 1985]] | [[Category:Born in 1985]] |
Latest revision as of 08:31, 26 February 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Mro. Michael Bonanno twieled fis-7 ta’ Mejju tal-1985 fil-belt ta’ Toronto l-Kanada u joqgħod il-Mellieħa.
Beda t-taħrig mużikali tiegħu f’eta żgħira fil-każin tas-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 ta-Mellieħa fejn ħareġ idoqq il-klarinett mal-istess banda meta kellu biss disa’ snin. Huwa kompla l-istudju tiegħu fil-prattika tal-klarinett mas-Surmast Freddie Mizzi, u teorija mużikali mas-surmastrijiet Joseph Vella u Raymond Sciberras, fejn kiseb id-diplomi tal-Associate (ALCM) u Licentiate (LLCM) mill-London College of Music fl-2004 u 2007 rispettivament. Matul is-snin kellu l-opportunita li jattendi diversi master classes mal-klarinettisti internazzjonali bhal David Campbell and Roberto Meoni fost oħrajn.
Michael daqq diversi drabi mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Prof. Mro. Michael Laus u Mro. Brian Schembri. Preżentament Michael huwa attiv f’ ħafna kunċerti mużikali organizzati minn diversi baned, orkestri u chamber music kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex bħala solista stabilit.
Preżentament Michael huwa għalliem tal-alljievi tal-istrumenti tal-injam mas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 tar-Rabat, Għawdex fejn ilu jokkupa din il-kariga mill-2014, fl-Akkademja Mużikali tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi mill-2017 u huwa wkoll Surmast Direttur tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa fejn ġie maħtur f’din il-kariga fl-2018.
Michael huwa gradwat ukoll b’ Masters fl-International Relations mill-Universita ta’ Malta u jaħdem bħala Manager (Projects) fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli.