Difference between revisions of "Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re)"
(→Cd's) |
(→Cd's) |
||
Line 203: | Line 203: | ||
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festi Ċentinarji 1898 - 1998 - Mis-Soċjeta Filarmonka Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re (1998)]]||1998||*|||||| | | 01||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festi Ċentinarji 1898 - 1998 - Mis-Soċjeta Filarmonka Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re (1998)]]||1998||*|||||| | ||
|- | |- | ||
| 02 | | 02||[[Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re)]]||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi 2023 - Mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) (2023)]||2023||*|||||| | ||
|- | |- | ||
|} | |} |
Revision as of 18:01, 19 June 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re)
Is-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) ġiet imwaqqfa f’Ġunju tal-1898 mill-Kjierku Rev. Carmelo Bologna li kien ukoll rettur tal-Knisja ta’ Sta Ubaldesca, l-ewwel Knisja u parroċċa ta’ Raħal Ġdid. Rev. Carmelo Bologna kien jgħallem l-ewwel allievi fid-dar tiegħu numru 8 Strada Loggia fejn għalhekk twieldet din is-Soċjeta Mużikali. Sehem attiv fit-twaqqif ta’ din il-Banda kellhom ukoll is-Sur Salvatore Carabott, neguzjant tal-lumi flimkien mas-sinjuri Luigi Galea z-zukletti, Vittorio Pace, Emmanuele Grech u Ernesto Cutajar, li stinkaw u irsistew kemm felħu biex anke qajjmu din is-Soċjeta lura fl-1910 wara r-riposo li għaddiet minnu.
Is-Soċjeta kien xieraq li tiġi msemmijja għall-Gran Mastru li bena raħal twelidha, Antoine de Paule, u iktar riċenti, fl-1993, il-Banda tal-istess Soċjeta ġiet ddedikata lill-patrun tal-Parroċċa – Kristu Re. Għalhekk illum il-Banda hija iktar magħrufa bħala l-Banda Kristu Re. Illum magħrufa Soċjeta Filarmonika Gran Mastru Antoine De Paule – Banda Kristu Re. Bħala Banda li llum hija waħda rinomata f’pajjiżna u wkoll barra minn xtutna. Minbarra d-diversi okkażżjonijiet prestiġjużi u kunċerti memorabbli li ħadet sehem fihom, il-Banda Kristu Re daqqet ukoll fl-Istati Uniti, l-Kanada, L-Awstrija, l-Ungerija, il-Germanja u Franza.
Il-Banda rebbħet diversi unuri prestigjużi fosthom il-Konkors Nazzjonali tal-Baned fl-1988 u l-Malta International Brass and Woodwind Festival fl-1994. Klassifikat ukoll fit-tieni post fil-Konkors Nazzjonali fl-1994. Fis-sittinijiet taħt il-Maestro Guzeppi Stivala, il-Banda wkoll kisbet diversi unuri u kienet fost l-iktar popolari f’pajjiżna kif inhi llum. Il-Banda tgħati kunċerti regolari magħtul is-sena b’dak prinċipali jkun il-Kunċert Annwali ta’ Novembru li issa ilu jsir għal għoxrin sena konsekuttivi. Minbarra l-Banda, s-Soċjeta illum tinvolvi ruħha f’diversi inizzjattivi kulturali oħra. Permezz tad-diversi sotto-kumitati tagħha u s-Sezzjoni tal-Partitarji u Żgħażagħ, is-Soċjeta tgħati s-sehem tagħha f’armar artistiku fil-festa titulari ta’ Kristu Re u anke fil-Festi tal-Milied. Infatti inkisbu ħafna suċċessi u premijiet bl-armar tat-toroq u l-faċċata fil-Milied l-iktar wieħed dak mill-Malta Records bħala l-ikbar faċċata ta’ każin bl-iktar ammont ta’ bozoz u dawl armata għall-Milied. Isiru diversi attivitajiet u wirjiet magħtul perjodi differenti magħtul is-sena.
Is-sede tas-Soċjeta jinsab fiċ-ċentru tar-Raħal proprju f’numru 120 Pjazza Antoine De Paule, eżatt faċċata tat-tempju maestuż dedikat lil Kristu Re. Għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa s-Soċjeta De Paule tkun attiva ferm kemm permezz tal-Banda u l-mużika li toffri kif ukoll permezz ta’ attivitajiet oħra li jgħinu l-membru, lill-Pawlisti u lill-pubbliku inġenerali biex jirrifletti iktar fuq din il-ġrajja. Isiru l-visti għas-soċi u tittella’ Wirja tal-Aħħar ċena b’figuri life-size u oġġetti sagri, fil-kantina tal-każin. Għal xi żmien ukoll kien jittella l-Peagant tal-Passjoni ‘Ichtus’. Jintrama wkoll armar relatat ma’ dawn iż-żminijiet. Għal dawn l-aħħar snin il-Banda ħadet sehem f-Lejla ta’ Riflessjoni fil-Knisja Parrokkjali fejn hemm tesegwixxi mużika sagra u funebri akkumpanjata minn qari letterarju u rifflessjonijiet fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu Kristu. Impenn ieħor huwa dak fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Impenn importanti ħafna għas-Soċjeta De Paule fejn il-Banda Kristu Re tesegwixxi marċI funebri mill-aqwa li jagħmlu parti mir-repertorju vast ta’ dawn il-marċi li tipposjedi din il-Banda. Hawn jindaqqu l-aqwa marċi funebri ta’ surmastrijiet bħal Giuseppe Stivala, Vincenzo Ciappara, Hector H. Dalli u Ġużeppi Maria Dalli, Vincenzo Carabott, Carmelo Caruana (bandmaster), Ġianni Vella, Nikola Montebello, Angelo Melilli, Antonio Miruzzi u ħafna oħrajn. Il-Banda ilha tieħu sehem f’din il-purċissjoni b’mod regolari sa mil-bidu tas-snin sebgħin meta hemmekk żdiedu l-vari u bdew joħorġu l-persunaġġi. Tradizzjonalment il-Banda iddoqq quddiem il-Vara l-Kbira lejn tmiem il-purċissjoni u wara l-Vara tal-Veronka.
Il-Banda tieħu sehem ukoll fil-Purċissjoni ta’ Kristu Irxoxt f’Ħadd il-Għid filgħodu bid-daqq ta’ marċi Brijużi li jiċċelebraw il-Qawmien ta’ Sidna Ġesu Kristu mill-Imwiet.
Is-Surmast preżenti huwa Mro. David Joseph Sammut li inħatar Surmast direttur f’Lulju 2008. Surmast żagħżugħ li beda l-karriera mużikali tiegħu fl-istess Soċjeta. Infatti din is-sena il-Banda fakkret il-Ħames anniversarju mill-ħatra tas-Surmast Sammut billi preżentatlu bakketta tal-fidda fil-programm ta’ lejlet il-festa.
Fis-sena 2010 il-Banda Kristu Re kellha sehem kbir fil-Festi ċentinarji tal-Parroċċa. Kienet ukoll s-sena li fiha fakkret il-mitt anniversarju tal-Qawmien mill-ġdid ta’ din is-Soċjeta fl-1910. Biex dawn l-avvenimenti storċi jibqgħu imfakkra s-Soċjeta ħasbet f’diversi inizjattivi. Fil-Ftuħ tal-Festi Ċentinarji s-Soċjeta De Paule rregalat ir-Rigal ta` Ċentinarju lill-Parroċċa – Missal tal-Fidda li beda jintuża fil-funzjonijiet speċjali.
Fl-10 ta’ Lulju 2010 ġie inawgurat proġett ġdid biex ifakkar dan l-avvenimenti kbir. Arkivju artistiku mill-isbaħ u s-sala tiegħu biex hemm jinġabru t-teżori mużikali li tipposjedi din il-Banda. Dawn ġew inawgurati mill-E.T. Dr. George Abela president ta’ Malta u mbierka minn Mons. Pawlu Cremona Arċisqof ta’ Malta.
Organisation
Band Masters
No | Band Masters | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Rev. Carmelo Bologna | 1898 | 1910 |
02 | Carlo Ronsisvale | 1910 | 1911 |
03 | Ignazio Catania | 1911 | 1921 |
04 | Francesco Parisi | 1921 | 1923 |
05 | Carmelo Busuttil | 1923 | 1930 |
06 | Carmelo Camilleri | 1930 | 1935 |
07 | Ġużeppi Stivala | 1935 | 1948 |
08 | Carmelo Baldacchino | 1948 | 1954 |
09 | Francesco Busuttil | 1954 | 1980 |
10 | Joseph Xuereb | 1980 | 1986 |
11 | Andrew Coleiro | 1986 | 1987 |
12 | Carmelo Caruana | 1987 | 1993 |
13 | Archibald Mizzi | 1993 | 2008 |
14 | David Joseph Sammut | 2009 |
Presidenti
No | Presidents | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Rev. Fr. Karm Bologna | 1898 | 1910 |
02 | Dr. Giancarlo Borg M.D. | 1910 | 1915 |
03 | Luigi Galea | 1915 | 1919 |
04 | Antonio Nicholas | 1919 | 1923 |
05 | Carmelo Cutajar | 1923 | 1926 |
06 | Antonio Nicholas | 1926 | 1929 |
07 | Francesco Degiovanni | 1929 | 1930 |
08 | Vittorio Pace | 1930 | 1932 |
09 | Emilio Camilleri | 1932 | 1941 |
10 | Joseph Camenzuli | 1941 | 1945 |
11 | Emilio Camilleri | 1945 | 1951 |
12 | Carmelo Dimech | 1951 | 1982 |
13 | Joseph Boffa | 1982 | 2022 |
14 | Dr. Raymond Busuttil | 2023 |
Secretaries
No | Secretarji | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Gordon Dalli | 2001 |
Treasurers
No | Treasurers | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Joseph Cassar | 2020 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes Festive Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijużi - (1910 - 1987) Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1987) | 1987 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1995) | 1995 | * | |||
03 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1997) | 1997 | * | |||
04 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2001) | 2001 | * | |||
05 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2003) | 2003 | * |
Cd's
No | Name of Cd's Festive Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others | |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festi Ċentinarji 1898 - 1998 - Mis-Soċjeta Filarmonka Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re (1998) | 1998 | * | ||||
02 | Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) | [[Festive Marches - Marċi Brijuzi 2023 - Mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) (2023)] | 2023 | * |
No | Name of Cd's Funeral Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Funeral Marches - Marċi Funebri - Tlic Est Homo - 'Hawn hu l-Bniedem' (2014) - Mis-Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re (2014) | 2014 | * | |||
02 | Funeral Marches - Marċi Funebri - Eternita' (2023) (Vol.20) - Mis-Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re (2023) | 2023 | * |
- Il-Marċi minn 1988 sa 2006 kienu ħarġu fuq Cassettes u Cd's.