Raymond Busuttil

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Dr. Raymond Busuttil (MB, ChB, DCH, FRCGP, FFPH) twieled fid-19 ta' Ġunju 1957 fil-Floriana u għex l-ewwel snin ta' tfulitu fl-Isla. Hu gradwa MB ChB mill-Universita ta' Manchester fis-sena 1980 u ħadem bħala tabib tal-familja fir-Renju Unit sas-sena 1988. Mir-ritorn tiegħu f'Malta fl-1988, huwa għex għal dawn l-aħħar 35 sena f' Raħal Ġdid fejn ukoll serva bħala ta' tabib tal-familja.

Fis-sena ċentinarja tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re), fl-1998, it-tabib Busuttil ingħaqad mal-istess Socjeta bħala ċermen tal-Kummissjoni Festi ċentinarji li mexxiet iċ-ċelebrazzjonijiet sabiex jikkomemoraw dan l-avveniment kbir tas-Soċjetà. Fis-snin sussegwenti hu baqa jmexxi l-Kummissjoni Kultura fi ħdan l-istess Soċjetà u iktar tard nħatar bħala President tas-Sezzjoni Partitarji De Paule u viċi-president tas-Soċjetà, kariga li baqa' jokkupa sa din is- sena.

Fl-aħħar 25 sena okkupa diversi rwoli fi ħdan is-Soċjetà u l-kontribut tiegħu kien strumentali sabiex is-Soċjetà tkompli tikber fil-popolarita u l-organizazzjoni tagħha. Hu ħadem bħala Principal Medical Officer u iktar tard konsulent fid-dipartiment tas-saħħa sas-sena 1993 meta ġie appuntat Direttur għall-kura Primarja u l-Promozzjoni tas-Saħħa.

Fl-1999 huwa nħatar bħala Direttur Ġenerali u Supretendent tas-Saħħa Pubblika, kariga li baqa' jokkupa sa' Diċembru tas-sena 2013. Wara, ħadem bħala konsulent fid-direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta' Mard Infettiv.

Bejn l-1993 u s-sena 2019 it-Tabib Busuttil okkupa diversi karigi u mexxa ħafna kumitati u bordijiet fil-qasam tas-saħħa, kemm fuq livell lokali, Ewropew kif ukoll dinji. Bejn is- sena 1990 u s-sena 2016 it-Tabib Busuttil okkupa il-kariga ta' lettur fil-Mediċina tal- Familja fl-Universita ta' Malta. Huwa kien ukoll Chairman tal-Bord tad-Diretturi taċ- Ċentru Reġjonali Mediterranju għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża bejn l-1994 u l-2018. Serva wkoll bħala membru u ċermen tal-Commonwealth Advisory Committee on Health, mexxa ħafna delegazzjonijiet Maltin u preseda f'konferenzi dinjija tas-Saħħa u rrapreżenta lill-pajjiżna f'diversi assembleji internazzjonali u f'fora bħal Unjoni Ewropeja, il-Ġnus Magħquda u l-ECDC.

F'Settembru tas-sena 2011 huwa ġie elett membru fil-kumitat reġjonali tal-Ewropa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u chairman tal-istess kumitat bejn l-2013 u l-2014.

F'Settembru 2014 hu ġie elett president eżekuttiv tal-Kumitat Reġjonali tal-Ewropa tal- Għaqda Dinija għas-Saħħa (WHO) u f'Mejju tas-sena 2015 hu ġie elett membru fil-Bord Eżekuttiv tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) waqt l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa u chairman tal-istess Bord f' Mejju 2016.

It-Tabib Malti ġie onorat bil-midalja tad-deheb ta' din l-Għaqda Dinjija preżentata lilu mid-direttur ġenerali Dr. Margaret Chan għall-eċċellenza li biha mexxa l-kumitat eżekuttiv. F'Settembru 2019 Dr Busuttil ġie premjat mill-Kumitat Reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għall-kontribut straordinarju tiegħu fl-iżvilupp tas- saħħa tal-poplu Ewropew.

It-tabib Busuttil huwa l-14-il president tas-Soċjetà De Paule. Hu ħa t-tmun tas-Soċjetà mingħand is-Sur Joseph Boffa li mexxa s-Soċjetà għal 41 sena sħaħ u rtira mill-kariga fl eta ta' 91 sena. It-tabib Busuttil kien propost għal din il-kariga mis-Sur Boffa nnifsu li nħatar President Emeritus mis-seduta ġenerali.

President Ġdid tas-Soċjetà Filarmonika GM Fra Antoine De Paule Banda (Kristu Re) Dr Raymond Busuttil (MB, ChB, DCH, FRCGP, FFPH). It-Tabib Ray Busuttil huwa l-president il-ġdid tas-Soċjetà Filarmonika GM Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ta' Raħal Ġdid. Huwa ġie elett president ta' din is-Soċjetà b'vot mill-membri waqt is-seduta ġenerali tal-istess Soċjetà li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Frar 2023 fil-Każin De Paule.

Soċjetà Filarmonika GM Fra Antoine De Paule Banda (Kristu Re) tirringrazzja lis-Sur Joseph Boffa ghall-kontribut enromi li ta lill-istess Soċjetà, fl-istess waqt huwa ta’ unur kbir għal din is-Soċjetà li ħatret lit-tabib Busuttil bħala il-President tagħha.