Difference between revisions of "James S. Chappell"
Line 221: | Line 221: | ||
|- | |- | ||
| Fjur ta' Magdala - Innu lil Santa Marija Maddalena||2009|||||| | | Fjur ta' Magdala - Innu lil Santa Marija Maddalena||2009|||||| | ||
|- | |||
|} | |||
==Kompożizzjonijiet għall-Parroċċa ta' San Ġużepp, Imsida== | |||
{| class="wikitable" | |||
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Isem tax-Xogħol''' | |||
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Sena''' | |||
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Banda''' | |||
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Lokalità''' | |||
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Videos''' | |||
|- | |||
| Ingħaqdu Magħna Misidjani||2017|||||| | |||
|- | |||
| Wettaq Xoghol Idejna Mulej - Salm Responsorjali f'Jum is-Solennità ta' San Ġużepp Ħaddiem||2018|||||| | |||
|- | |||
| In-Nisel Tiegħu Jibqa' għal Dejjem - Salm Responsorjali f'Jum is-Solennità ta' San Ġużepp ||2012|||||| | |||
|- | |- | ||
|} | |} |
Revision as of 12:03, 4 November 2021
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Mro. James Chappell ALCM LLCM CMI twieled fl-10 ta’ Marzu 1970. Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda Dekana Għaqda Mużikali L'Isle Adam tar-Rabat, fejn ħareġ idoqq il-klarinett fl-1983. Fl-1984 ingħaqad mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.
Studja l-klarinett taħt il-Professur Freddie Mizzi, armonija u kompożizzjoni mal-Professur Dr. Charles Zammit u Mro. Lawrence Borg u d-direzzjoni orkestrali taħt Mro. Joseph Sammut. Kiseb id-diplomi Associate u Licentiate mill-London College of Music.
Matul is-snin, Mro. Chappell ta’ diversi kunċerti kif ukoll kien mistieden bħala solista fil-kunċerti tal-MCI (Malta Cultural Institute), fil-Maltafest, kif ukoll bħala klarinettista solista ma’ orkestra taż-żgħażagħ f’mawriet fl-Italja u fil-Ġermanja, fosthom kunċert memorabbli fil-Vatikan fil-preżenza tal-QT il-Papa San Ġwanni Pawlu II.
Kariġi fil-Baned
Żamm il-kariga ta’ Għalliem u Assistant Surmast Direttur u Solista mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal-Qormi (1994-1996) u Banda Ċittadina tas-Soċjeta Filarmonika Sliema (1987-1999).
Fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ Mro. Joseph Sammut, il-Filarmonica Nazionale La Valette fl-2002 ħatritu uffiċċjalment Klarinettista Solista u Leader tal-Banda. F’Jannar tal-2008 ħatritu Assistent Surmast Direttur.
F’Lulju tas-sena 2007 ġie maħtur Assistent Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina Popolari tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-mibki l-Professur Mro. Joseph Vella. Fl-2014 l-istess Banda Ċittadina Popolari Konti Ruġġieru ħatret lil Mro. Chappell bħala s-Surmast Direttur tagħha.
Maestro di Cappella
Fl-1995 ġiet fdata f’ idejh id-direzzjoni tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli tal-Parroċċa Arċipretali ta’ Ħad-Dingli. Fl-2009 l-istess Parroċċa ħatritu Maestro di Cappella.
Fl-2012 ġie maħtur Maestro di Cappella residenti fil-parroċċa ta’ San Ġużepp l-[[L-Imsida] ] .
Kemm ‘il darba kien mistieden jagħti s-servizzi tiegħu bħala Maestro di Cappella fil-[[Parroċċa ta’ Santu Wistin] ] fil-Belt Valletta kif ukoll biex jidderieġi l-orkestra, kor u solisti waqt il-Prima Messa ta’ diversi saċerdoti u pussessi ta’ Kappillani u Arċiprieti ġodda.
Radju
Mro. Chappell itella’ u jippreżenta programmi ta’ mużika serja u klassika fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju, Radju Malta I.
1993 - 2000: Producer u preżentatur ta’ programmi tar-radju mal-PBS fuq Radju Malta 1 u fuq Radju FM Bronja, fejn kien wieħed mill-ewwel producers / preżentaturi nvoluti fit-twaqqif ta’ dan l-istazzjon li kien esklussivament iddedikat għall-kultura.
Sensiliet ta’ programmi: Dizzjunarju Mużikali (approċċ alfabetiku tal-mużika) Pjaneti Mużikali (ispirat minn The Planets ta’ Gustav Holst), Nocturne (programm ta’ sagħtejn għal matul il-lejl), Awguri Maestro! (jiċċelebra dati u anniversarji ta’ matul il-ġimgħa).
Mill-2019: Producer u preżentatur tal-programm ta’ 90 minuta Awguri Maestro! li jixxandar fuq Radju Malta and Radju Malta 2.
Ripertorju
Ir-ripertorju ta’ Mro. Chappell jinkludi diversi kompożizzjonijiet varji. Għandu numru kbir ta’ marċi festivi u marċi funebri. Ikkompona valzi u concert pieces għall-banda fosthom Elegy, Salve Conte Ruggiero, The Governor’s Garden Party u tislima lill-Belt Valletta bl-isem L’Umilissima; is-suites bandistiċi Ir-Rabat ta’ San Pawl, Tu Es Vas Electionis u Vocatio Paolo; numru ta’ innijiet fosthom Innu lil San Pawl Missierna fl-okkażjoni tas-sena Pawlina 2008-2009, Innu ta’ Glorja lil Santu Wistin, Omm il-Faraġ – innu f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura, l-innu Ingħaqdu Magħna Misidjani, Innu lil San Luqa, Innu lil Santa Marija Maddalena, Innu lil Kristu Rxoxt u l-Innu Tempju tat-Tempji fl-okkażjoni tal-elevazzjoni tal-Kolleġġjata Proto-Parroċċa Matriċi ta’ San Pawl tar-Rabat għad-dinjitá ta’ Bażilika. Fil-qasam orkestrali Mro. Chappell ikkompona wkoll mużika sagra u korali fosthom salmi, Salve Regina, Ave Maria, Pater Noster, Ave Maris Stella, Primi u Secondi Vespri ta’ Santa Marija u l-mużika liturġika ta’ jum is-solennità ta’ Santa Marija Assunta fosthom l-Antifona Hodie Maria li hija l-antifona ewlenija tal-parroċċa Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.
Fl-2008 Mro. James Chappell ingħata ġieħ għall-mużika mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fejn jgħix. Huwa Commander fl-Ordni Militari u Ospedalier ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm.
Fl-1995 Mro. James Chappell iżżewweġ lil Marica neè Cascun u fl-1999 kellhom wild wieħed, Matthew Chappell.
Mużika Bandistika, Orhestrali u Korali
Marċi Brijjużi
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Hispaniola | 1992 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
Gaudium Magnum | 1995 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Imperial Eagle | 2008 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Gates of Damascus | 2009 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Viva Pablo | 2010 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
Ulied Pawlu | 2011 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Galazja | 2012 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Fidei Difensor | 2013 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
Centoquaranta | 2014 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Anno Domini 67 | 2017 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Valletta 18 | 2018 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Anatolia | 2020 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Żgħażagħ Rabtin Pawlini | 2008 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
140th Anniversary | 2009 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
Centenary Bells | 2011 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
Hautville | 2017 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
Roma 67 | 2017 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
25 ta' Lulju 1869 | 2019 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
La Señorita Rachela | 2019 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruggieru | Rabat | (Click for Video) |
George Cross Golden Jubliee | 1992 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | |
10 ta' Mejju 1923 | 1993 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | |
Ġużeppi tad-Damask | 1994 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | |
Monte Cervino | 1995 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | |
Iberia | 1997 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | (Click for Video) |
Blue Eagle | 2018 | Filarmonica Cittadina Sliema | Sliema | (Click for Video) |
Santiago | 1991 | Banda Dekana L'Isle Adam | Rabat | (Click for Video) |
Maria Carmela | 1993 | Banda La Stella | Gudja | |
De Fonseca | 1995 | Banda San Sebastjan, Società Filarmonica Pinto | Qormi | (Click for Video) |
La Grande | 2019 | Banda Marija Assunta | Gudja | (Click for Video) |
Haifa | 2021 | Banda Tal-Karmnu | Balluta |
Marċi Funebri
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Alla Memoria di Paolo Spiteri (1924-2003) | 2012 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Alla Memoria di Victor Enriquez / Consummatum Est | 2013 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
In Memory of Ernest Chappell | 2014 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Alla Memoria di Carmelo Micallef | 2015 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Alla Memoria di Paolo Tabone | 2017 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
Alla Memoria di Carmelo Grima | 2019 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | (Click for Video) |
Mysterium Fidei - B'Tifkira tal-Kanonku Rev. Dun John Ciarlo | 2020 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta | |
B'Tifkira ta' Joe Sapiano / Condoglianze | 2014 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
B'Tifkira ta' Ġużi Scerri | 2017 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
B'Tifkira ta' Henry Tanti | 2017 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
Tislima lil Salvu Giordimaina | 2018 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
Alla Carissima Memoria del Prof Mro Joseph Vella | 2018 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
B'Tifkira ta' Piju Scerri | 2018 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
Un Amico Perso - Tifkira tal-Bandist Mario Attard | 2018 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
B'Tifkira tal-Bandisti u l-Membri | 2019 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
In Memory of Professor Paul S. Mangani | 2019 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | (Click for Video) |
Alla Memoria di Giovanni Gatt / In Memoriam | 1994 | Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan | Qormi | |
Campo Santo | 1997 | Soċjeta Filarmonika Sliema | Sliema | (Click for Video) |
B'Tifkira tas-Surmastrijiet, Bandisti u Membri | 2021 | Għaqda Melita Banda San Ġużepp, Msida | L-Imsida |
Valzi tal-Għid Il-Kbir
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Waltz for Marica | 1994 | - | - | |
Bolheim Waltz | 2010 | Għaqda Mużikali Beland | Iż-Żejtun | |
Valse De Provence | 2011 | Società Filarmonica Nazionale La Valette | Valletta |
Innijiet
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Tempju tat-Tempji - Innu tal-Bażilika | 2020 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | |
Innu Lil San Pawl Missierna - Sena Pawlina 2008-2009 | 2008 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | ||
Innu Popolari lil San Luqa | 2009 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | Rabat | |
Fanfarra lil San Pawl | 2009 | Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru | ||
Anzjani Ferħanin | 2017 | - | ||
Ave Maria Lourdes (arranġament għall-banda) | 2016 | - | ||
Innu lil Kristu Rxoxt | 2017 | - |
Kompożizzjonijiet għall-Parroċċa ta' Santa Marija, Ħad-Dingli
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Salve Regina | 2009 | |||
Ave Maris Stella | 2009 | |||
L Ewwel Għasar ta' Santa Marija | 2009 | |||
In Assumptione Beatæ Mariæ Virginis - Secondi Vespri (Alassio/Chappell) | 2010 | |||
Cantate Domino - Introjtu f'Jum is-Solennità ta' Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema | 2011 | |||
Ascendat Ad Te Domine - Offertorju f'Jum is-Solennità ta' Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema | 2011 | |||
F'Lemintek is Sultana - Salm Responsorjali f'Jum is-Solennità ta' Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema | 2013 | |||
Uffiċċju tal-Qari fil-Lejl tal-Milied | 2013 | |||
Fjur ta' Magdala - Innu lil Santa Marija Maddalena | 2009 |
Kompożizzjonijiet għall-Parroċċa ta' San Ġużepp, Imsida
Isem tax-Xogħol | Sena | Banda | Lokalità | Videos |
Ingħaqdu Magħna Misidjani | 2017 | |||
Wettaq Xoghol Idejna Mulej - Salm Responsorjali f'Jum is-Solennità ta' San Ġużepp Ħaddiem | 2018 | |||
In-Nisel Tiegħu Jibqa' għal Dejjem - Salm Responsorjali f'Jum is-Solennità ta' San Ġużepp | 2012 |
External Links
(YouTube channel: The Music of James Chappell)