Wayne Bartolo

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Wayne Bartolo twieled fil-11 t’April.1996. u huwa mill-Mellieħa.

Beda l-istudji mużikali tiegħu fis-sena 2004 mas-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa, fejn aktar 'il quddiem avvanza fl-istudji tiegħu billi attenda diversi lezzjonijiet privati kif ukoll ingħaqad mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina - Mellieħa.

Fis-6 ta’ Settembru 2005 ħareġ idoqq it-tanbur għall-ewwel darba mal-Banda La Vittoria fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Marija Bambina tal-Mellieħa u fis-sena 2009 ħareġ idoqq għall-ewwel darba bil-baxx mal-istess banda. Apparti t-tagħlim ma’ din is-Soċjetà, huwa kompla jitgħallem fuq livell aktar professjonali mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, mas-Sur Joseph Camilleri, Christopher Spiteri u Mro Raymond Sciberras.

Wayne kiseb Baċċellerat bl-Unuri fil-mużika fis-sena 2017 u Masters fl-edukazzjoni mużikali fis-sena 2019, it-tnejn li huma mill-Università ta’ Malta. Huwa kiseb ukoll Diploma fil-prattika tad-Drum Set, kif ukoll Diploma fil-prattika tal-Baxx. Fis-sena 2011 ingħaqad mal-Malta Youth Orchestra, li dak iż-żmien kienet taħt id-direzzjoni tal-Prof Joseph Vella u daqq f’okkażjonijiet mal-Malta Philharmonic Orchestra.

Fis-sena 2014, Wayne kien ukoll ifforma brass quintet bl-isem ta’ ‘Melbrass’. Hu kellu wkoll numru ta' opportunitajiet fejn serva bħala solist f’diversi kunċerti. Illum il-ġurnata, Wayne jgħallem il-mużika fuq bażi full-time fl-iskola San Andrea l-Imġarr, jgħallem ukoll mas-Soċjetà tagħna, mas-Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mġarr, mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa u jgħallem b’mod privat.

Fis-sena 2017 beda jmexxi l-Junior Choir and Orchestra fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, eventwalment beda wkoll jidderieġi l-banda tas-Soċjetà tagħna f’okkażjonijiet diversi. S’issa ikkompona żewġ marċi brijużi u tliet marċi funebri, iżda jagħmel għadd ta’ arranġamenti b’mod regolari kemm għall-banda kif ukoll għall-orkestra.