Luke Vella

From M3P
Jump to navigation Jump to search
STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Luke Vella

Mro. Luke Vella twieled fit-23 ta’ Mejju, 1997 fir-Rabat, Malta.

Beda jitgħallem il-klarinett ġewwa l-Akkademja tal-Mużika Vincenzo Ciappara fi ħdan is-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru fl-2003 u fl-2018 kiseb il-Baċellerat fil-kompożizzjoni mill-Universita’ ta’ Malta. Għadu jitħarreġ fil-klarinet għand Godfrey Mifsud u jattendi għal-lezzjonijiet fid-direzzjoni mużikali għand Peter Stark u Mro.Roderick Bugeja.

Mro. Luke Vella

Fl-2016 kien mistieden mill-Banda Dechový orchestr Zábřeh sabiex jidderieġi l-Preludju Friendship li kiteb għal din l-okkażjoni u li regolarment baqgħu jesegwixxu xogħolijiet tiegħu. Fl-2017 rebaħ il-Yamaha Scholarship Award fil-klarinett. Luke Vella attenda għal diversi masterclasses fl-istudji tiegħu tal-klarinett ma’ David Campbell, Roberto Meoni u Fabrizio Meloni fost l-oħrajn. Attenda ukoll għal diversi masterclasses tad-direzzjoni ma’ Roberto Beltran Zavala, Peter Stark u Roberto Ferrer fost l-oħrajn.

Kiseb ukoll Dip.LCM in Clarinet Performance u Dip.Mus LCM u l-A.Mus LCM fit-Teorija mill-Universita’ ta’ West London. Luke huwa għalliem il-Malta School of Music fejn jgħallem it-Teorija Mużikali. Vella huwa ukoll għalliem tal-istrumenti tal-qasba mal-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta’ Marsaxlokk, u l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta, Inħatar Assistent Surmast Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru, assistent surmast u għalliem mal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 ta’ Ħal-Għaxaq, kif ukoll direttur mużikali ta’ Tikka Banda.

Fil-2018 beda jagħllem, mal-Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja il-Kalkara, waqt fl-Jannar ta’ 2021, laħaq bħala Assistent Surmast ma’ l-istess Banda.

Fil-25 ta' Frar, 2023 Luke Vella wara diversi snin ta' ħidma bħala Assistent Surmast, ħa f'idejħ għall-ewwel darba bħala Surmast Direttur it-tmexxija tal-banda tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru li qabel kienet immexxija minn Mro. James S. Chappell.