Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Lis-Storja tal-Banda Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei
Il-Bidu
Fl-1990 ċertu Ġanni Bugeja, miżżewweg u joqgħod Marsaxlokk fettillu jipprova jagħmel xi ħaġa biex iwettaq il-ħolma li kellhu; dik li f’Marsaxlokk jifforma Għaqda Mużikali, jew kif nafuha aħjar Banda taħt il-patroċinju tal-Madonna ta’ Pompei; il-Festa titulari ta’ Marsaxlokk.
Ħidma biex tifforma l-Banda
Fittex minn hawn u fittex minn hemm huwa sab l-għajnuna ta’ ċertu Toni Carabott; sajjied xlukkajr li bl-għajnuna tiegħu sab aktar nies biex jgħinuh, u qabel spiċċat dik is-sena kien ġie ffurmat l-ewwel Kumitat tal-Għaqda Mużikali Pompei. Il-Kumitat kien avviċina lill mibki Mro. Giuseppe Maria Barbara, li kien xlukkajr ukoll pero joqgħod iż-Żejtun, u dan mill-ewwel aċċetta li jkun l-ewwel surmast direttur tal-Banda Pompei. Ġanni Bugeja; kien Żurrieqi ġej mill-familja mużikali, huwa għamel madwar 32 idoqq mal-banda tal-Karmnu taż-Żurrieq, dik li nafhuha bħala Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u dan mal-ewwel beda isib it-tfal minn Marsaxlokk biex jgħallimhom il-mużika.
L-Ewwel Aljevi u Post tal-każin
Sa sena u nofs wara kien diġa kellhu ħamest itfal lesti biex joħorġu jdoqqu mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei. Sa dan iż-żmien kienu ngħaqdu ħafna xlukkajri oħra mal-Banda, ġie ffurmat Statut, u nħareġ il-permess tal-Pulizija biex il-Banda tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei tkun tista tiffunzjona aħjar. Ma damx ma nqala benefattur li kera post lill Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei biex ikollha l-każin tagħha. L-għajnuna kompliet ġejja mix-xlukkajri u saru xi nvestimenti oħra mill-Ghaqda biex aktar tkun fis-sod.
Diffikultajiet
Il-Kumitati dejjem kienu attivi, u bdew jinbidlu minn ħin għal ieħor, biex dejjem jiddahlu l-aħjar nies fihom. Iżda bħal ma jiġri kullimkien, mhux dejjem il-Kumitati jimxu bil-għaqal. Kien hemm mumenti fejn ċertu Kumitati ma’ mxewx daqshekk bil-għaqal, u għalhekk l-Għaqda bagħtit ċerti konsegwenżi u waqgħet lura, tant li kien hemm żmien fejn ix-Xlukkajri sofortunatament tilfu kull fiduċja fl-Għaqda, u ma baqgħux jiffrekwentaw il-Każin, u l-Każin xi minn daqqiet kien jagħalaq għal xi żmien. Din kienet daqqa kbira għal jekk ma jkollox il-qalb taħdem tajjeb, il-ġisem jispiċċa ibgħatti.
Kien hemm żmien li l-Każin kien baqgħa jiffunżjona ftit bis-saħħa ta’ dan lill-lum huwa il- President Michael Psaila, li ma qatax qalbu, u ħabrek kemm felaħ biex ifittex ftit nies madwaru biex jiffurmaw il-Kumitat li hemm preżenti. Dan qabad jaħdem bis-sħieħ, u l-ewwel ma saret kienet tfitxija fil-beni tal-Għaqda, u sabu li kien hemm ammont sostanżjali ta’ djun ma diversi negozji, bandisti, s-surmast u xi nies oħra.
Il-Ħidma Tkompli
Pero l-Kumitat ma qatax qalbu, ħadem u stinka u ġie mifdi d-dejn kollu li kien hemm. Sa dan it-tant is-Surmast ta’ dak iż-żmien, Mro. Brian Cassar, kien inġaġġa ruħu ma baned oħra u iddeċieda li ma jkomplix mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei. Pero malajr instab Surmast ieħor; Mro. Etienne Spiteri, li kien għadhu jilħaq, kollu entuzjazmat u bravu, fil-bidu tal-karriera tiegħu, u bl-għajnuna tiegħu, tiegħu, peress li diġa kellhu esperjenza fit-tmexxija ta’ banda, l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei bdiet tqum fuq saqajja tajjeb.
Il-Banda Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei hija stabilita
Illum il-ġurnata l-Ghaqda Muzikali Pompei ghanda Kumitat komplut, kull membru ghandhu l-isfera tieghu x’jiehu hsieb, u l-Ghaqda issa qed taqqad il-banda taghha hija minghajr il-htiega ta’ konsulent.
Illum il-ġurnata l-Banda Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei hija rrikonoxxuta mill-Baned kollha ta’ Malta u Għawdex, u hija membru fl-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Għalkemm bħal issa l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei għandha numru sostanżjali ta’ Alievi, bandisti tal-lokal għandha ftit wisq, u għalhekk għada m’hix f’pożiżjoni li toħroġ tagħti servizzi barra l-pajjiż, pero s-servizzi kollha fil-Festa titulari jsiru mill-Banda Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei.
Ma dawn wieħed jista jsemmi l-Programm vokali/strumentali li jsir fit-tieni jum tat-Tridu tal-Festa, li issa qed isir fuq skala professjonali ħafna u li qed jattira ħafna interess mill-pubbliku dilettant ta’ dawn il-programmi.
Minn din l-istorja qasira ta’ Banda żgħira f’raħal żgħir, wieħed jista jinnota li fejn ikun hemm rieda tajba, f’xi ħin jistgħu jinstabu mogħodi kif Għaqda tinżam ħajja u tkompli timxi l-quddiem u bil-mod u tkompli tikber.
Tagħrif miġbur minn Angelo Baldacchino Ass.Segretarju Banda Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei Marsaxlokk
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Giuseppe Maria Barbara | 1991 | 1994 |
02 | Brian Cassar | 1994 | |
03 | Etienne Spiteri |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Anthony Carabott | 1990 | 1996 |
02 | Richard Farrugia | 1996 | 1997 |
03 | Carmelo Bugeja | 1997 | 1999 |
04 | Emanuel D'Amato | 1999 | |
05 | Michael Psaila | 2016 | |
06 | Angelo Baldacchino | 2016 | 2019 |
07 | Michael Psaila | 2020 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Jordy Brincat | 2015 | 2016 |
02 | Ivryn Mark Vella | 2017 | 2019 |
03 | Angelo Baldacchino | 2020 |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Pauline Grech | 2015 | 2016 |
02 | Etienne Gafa' | 2017 | 2018 |
03 | Duncan Baldacchino | 2019 | |
04 | Johan incorvarja | 2023 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes - Festive Marches | Year | Marches | Festive Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei (1992) | 1992 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei (1995) | 1995 | * |
Cd's
No | Name of Cd's - Festive Marches | Year | Marches | Festive Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei (2009) | 2009 | * | |||
02 | Marċi Brijużi 2021 - Mill-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei | 2021 | * |
Others
No | Villages | Band Clubs or Others | Name of Cd's | Date Issue | Type |
---|---|---|---|---|---|
01 | Marsaxlokk | Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei (Santwarju Madonna ta' Pompei Marsaxlokk) | Santwarju - Innijiet Marajni - Mużika mill-Festa Xlukkajra 2019 | 03.07.2019 | Marjan Anthems |