Joseph Galea (bandmaster)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Joseph Galea

Is-Surmast Joseph Galea twieled ġewwa r-Rabat, fis-27 ta’ Ġunju fl-1948. Huwa bin il-mejjet Ċensu u martu Anastasia. Huwa miżżewweġ lil Michelle u għandhom tlett itfal, Denise, Stasienne u Joseph.

Il-karriera fil-qasam mużikali bdiet meta kellu tlettax-il sena, fejn beda jitgħallem il-Flicorno Basso fil-każin tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, u ħareġ idoqq mal-banda għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġużepp ta’ l-1963. Il-ħajra li kellu għal mużika ġiet imsaħħa taħt it-tmexxija tal-mibki s-Surmast Anton Muscat Azzopardi. Taħt dan is-Surmast tgħallem l-armonija, il-pjanu u anke l-kant. Tajjeb li ngħidu li s-Surmast Muscat Azzopardi ħajru għal mużika sagra tant hu hekk li ilu għal dawn l-aħħar bosta snin jidderieġi l-kor u l-orkestra fil-festa ta’ San Ġużepp fit-tlett ijiem tat-tridu u anke fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, li t-tnejn jiġu ċċelebrati fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, fir-Rabat.

Rigward il-kompożizzjoni mużikali nsibu li s-Surmast Joseph Galea għandu repertorju sabiħ ta’ marċi brijjużi u anke dawk funebri. Insibu wkoll mużika sagra. Fosthom insibu antifona ddedikata lil San Ġużepp, Joseph Figli David li tindaqq ta’ kull sena fit-tridu ta’ San Ġużepp, kif ukoll ikkompona innu fl-okkażjoni tas-VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp. Barra minhekk għandu wkoll preludju ddedikat lil San Ġużepp Ilqa’ minn qalbna kif ukoll il-mużika tad-dramm Int min int. Barra minn dawn għandu diversi xogħlijiet oħra mużikali kif ukoll arranġamenti. Fl-Għaqda Mużikali L’Isle Adam is-Surmast Joseph Galea nsibuh jokkupa l-kariga għal bosta snin, fil-kumitat u anke kien Delegat tal-Banda. Fl-1978 kien ġie maħtur bħala Assistent Surmast tal-banda u anke beda jieħu ħsieb it-tagħlim ta’ l-allievi. Nistgħu ngħidu li s-Surmast Joseph Galea, fis-sena 1985, kienet sena impenjattiva għalih peress li f’din is-sena s-Surmast Philip Gatt kien irtira minħabba saħħtu, kellu jkompli jmexxi l-banda hu. Din kienet is-sena fejn il-banda kienet qed tfakkar il-125 sena mit-twaqqif tagħha. Żewġ programmi mportanti matul is-sena 1985 kienu wieħed li sar fl-1 ta’ Ottubru ta’ l-1985 fl-Awditorjum ta’ Sant’ Agata, r-Rabat, fejn dakinhar dehret għall-ewwel darba l-Banda Żgħażagħ L’Isle Adam u l-ieħor kien fil-15 ta’ Diċembru fejn fit-Tejatru Manoel għal darba’ oħra l-banda reġgħet ħarġet rebbieħa fl-ewwel post għal aħjar interpretazzjoni ta’ mużika moderna. Fil-bidu tas-sena 1987 is-Surmast Joseph Galea ġie maħtur uffiċjalment Surmast Direttur tal-Banda L’Isle Adam, dan wara li l-mibki Surmast Philip Gatt irtira uffiċjalment minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

F’dawn snin li ilu Surmast tal-Banda L’Isle Adam, is-Surmast Joseph Galea mexxa l-Banda f’diversi avvenimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, nsemmu l-Akkademja li saret f’Marzu fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp fir-Rabat, iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 1990 f’ Ta’ Qali, fir-Rabat u fl-Imdina, fi programm li sar fil-bitħa tal-każin f’għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif tal-Fergħa Nisa, fis-Summit Internazzjonali ta’ Gorbachov u George Bush li sar f’Malta f’Diċembru ta’ l-1989. Is-Surmast Joseph Galea kellu x-xorti li għall-ewwel darba jidderieġi l-Banda L’Isle Adam fil-Katidral ta’ l-Imdina fil-Kunċert Vokali u Strumentali li sar nħar il-Ħamis, 23 ta’ Jannar, fejn ukoll ghall-ewwel darba żżanżan l-Innu, kompożizzjoni tiegħu stess, kif ukoll l-ewwel darba li ndaqq l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp u tant okkażjonijiet oħra li l-banda tiċċelebra matul is-snin.

Mro. Joseph Galea

Is-Surmast Galea wkoll iħobb idaħħal silta ta’ mużika moderna speċjalment minn xi musical. Ma nistgħux ma nsemmux il-Programm Tradizzjonali ta’ nħar l-Imnarja li hu programm li s-Surmast għandu ferm għal qalbu u jekk wieħed iħares lejn il-mużika li ndaqqet f’dawn l-aħħar snin jinduna waħdu kemm is-Surmast Joseph Galea kompla fuq l-istess pass tas-surmastrijiet ta’ qablu u aktar u aktar meta s-Surmast Galea l-mużika operistika hija wisq għal qalbu. Idderieġa l-banda wkoll waqt il-mawra li saret fl-Art Imqaddsa fis-sena 2000.

Barra l-Banda L’Isle Adam, Is-Surmast Joseph Galea mexxa l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Sliema ta’ tas-Sliema bejn is-snin 1986 u 2002. Huwa wkoll is-Surmast Direttur attwali tas-Soċjeta Filarmonika Victory tax-Xagħra. Għawdex, fejn ilu jokkupa din il-kariga mis-sena 1993.

Is-2007 tibqa’ miktuba żgur fl-istorja tas-Surmast Direttur tal-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam dan għaliex propju fl-1 t’ April 2007, il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Galea esegwiet għall-ewwel darba l-Kantanta t-Triq tas-Salib fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ kitba tiegħu stess. Barra min hemm is-sena 2007 kienet sena li is-Surmast għalaq 20 sena direttur tal-Banda tar-raħal twelidu. F’ Settembru ta’ l-istess sena is-Surmast Mro. Joseph Galea ġie mogħti Unur ir-Rabat mis-Sindku Frank Fabri (nominat mill-Għaqda Mużikali L’Isle Adam).

Fil-Bidu tas-sena 2019 is-Surmast Joseph Galea jirtira mit-tmexxija tal-Banda ta’ l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam u għadda it-tmexxija lill-Mro. William Debattista wara perjodu ta’ 32 sena.