Brian Cassar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Brian Cassar twieled l-Isla minn Alfred u Grace nee’ Mallia nħar l-24 ta' Mejju 1971.

Huwa ġej minn familja fejn il-mużika dejjem kienet minn ta' quddiem nett. Beda l-istudji mużikali tiegħu meta kellu disa' snin mas-Surmast Alfred Callus ġewwa I-Każin tal-Banda Queen's Own ta' I-Isla illum magħrufa bħala La Vincitrice Band Club.

Studja l-mużika mal-klarinettista Freddie Mizzi u daħal jistudja ġewwa l-Universita ta' Malta fejn iggradwa fl-1998.

Studja wkoll rna' diversi mużiċisti barranin, fosthom il-klarinettisti Inglizi Jeffrey Haydock u David Campbell.

Huwa liċenżjat ukoll mill-London College of Music. Is-Surmast huwa kompożitur ta' diversi marċi, innijiet kif ukoll arranġamenti ghall-banda. Dawn insibuhom jindaqqu f'diversi baned madwar Malta kif ukoll barra, bħall-Italja u l-Awstralja.

Fl-1999 huwa kiseb it-tieni post ġewwa festival tal-marċi organizzat f'Malta permezz tal-marċ Barellos.

Daqq ukoll rna' baned barranin fosthom mal-Banda Germaniza Postkapelle Koblenz meta kiseb it-tielet post f'kompetizzjoni għall-mużiċisti żgħażagħ. Barra milli huwa membru ta' Freddie Mizzi Clarinet Choir, huwa għandu wkoll it-trio tiegħu Tunes & Co.

U huwa nvolut ukoll f' ġuriji ta' song festivals ġewwa Malta. Fl-1998 huwa nħatar Surmast mas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp (Ħal Kirkop), u barra minn hekk huwa wkoll Surmast tal-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta’ Marsaxlokk.

Mro. Cassar huwa miżżewweġ IiI Lorraine nee’ Catania u fil-preżent joqogħdu San Ġwann.