Alan Schembri
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
The text on this page is in Maltese. Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space. This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Alan Schembri twieled nħar it-13 t'Ottubru, 1982, iben Martin Schembri u Rita neѐ Schembri it-tnejn minn Iż-Żurrieq. Fi tfulitu, Alan kien jattendi l-M.U.S.E.U.M u kien jagħmel parti mill-abbatini fil-Parroċċa taż-Żurrieq. Huwa kien jattendi l-iskola primarja taż-Żurrieq, l-iskola sekondarja ta' Santu Wistin tal-Pietà, u l-iskola post-sekondarja Paolino Vassallo f'Raħal Ġdid.
Alan beda l-ewwel studji mużikali tiegħu fl-1988 fl-età ta' 6 snin fil-Każin tal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. taħt id-direżżjoni tal-Assistent Surmast u għalliem tal-alljievi Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M.
Wara Mro. Sciberras, Alan kompla l-istudji mużikali tiegħu għand is-Surmast direttur tal-Banda Mro. Francis Falzon L (Mus) L.C.M., L.R.S.M. u baqa' sa ma ngħaqad mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Santa KatarinaV.M. fil-Milied tal-1996. Minn hemm Alan baqa' jattendi b'mod regolari għall-lezzjonijiet tal-banda, kunċerti u servizzi li jkollha tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.
Missieru Martin huwa wkoll bandist regolari mas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. fejn jokkupa l-kariga ta' solista tal-klarinett. Missieru kien beda bħala bandist mal-Banda mis-sena 1974. Alan kien ukoll membru fis-sotto kumitat tal-banda bejn is-sena 2003-2008. Alan kien ukoll Awditur tal-Każin bejn is-sena 2002-2005.
Sitt xhur biss wara li ngħaqad mal-banda, Alan esperjenza l-ewwel safra meta l-Banda marret iddoqq f'Bari ġewwa l-Italja fl-1997. Fis-sena 2000, Alan inħatar solista fuq il-kurunetta, kariga li żammha għal bosta snin.
Kien fil-programm vokali u strumentali tal-festa tas-sena 2000 fejn Alan għamel l-ewwel solo tiegħu bil-pistonin meta ndaqqet is-silta La Traviata ta' Giuseppe Verdi fejn interpreta l-parti tas-sopran. Minn hemm Alan baqa' jagħmel is-solijiet li kien jafdalu s-Surmast tal-Banda.
Xi siltiet oħra li daqq Alan bħala solista fuq il-kurunetta jew il-pistonin kienu: Il Trovatore ta' Giuseppe Verdi fejn interpreta wkoll il-parti tas-sopran, La Sonnambula ta' V. Bellini, is-silta famuża Granada, Spanish Trumpet ta' Rita Defoort, Trumpet Melody ta' Roberta Villata u ħafna oħrajn.
Ta' min jgħid li s-silta Granada, Alan daqqha wkoll bħala solist meta l-banda kienet imsiefra għall-ħames darba ġewwa Lucca (Firenze), l-Italja fis-sena 2004, u s-silta Trumpet Melody daqqha ġewwa Budapest fl-2009 dejjem akkumpanjat mis-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.
Alan ilu mis-sena 2001 idoqq mal-orkestri fil-knejjes. Fosthom, daqq fil-knejjes ta' San Pawl il-Belt Valletta, Sant' Andrija f' Ħal Luqa, Santa Tereża B'Kara u Santa Katarina V.M. ż-Żurrieq u f'diversi akkademji u oratorji fosthom l-Oratorju Santa Katarina ta' Lixandra, kompożizzjoni ta' Mro. Francis Falzon. Huwa jkun mistieden minn diversi baned lokali sabiex idoqq magħhom fosthom mal-Banda Ċittadina tas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta.
Alan baqa' jistudja privatament it-tagħlim tat-teorija għand is-Surmast Mro. Francis Falzon L.(Mus) L.C.M., L.R.S.M. Kien fis-sena 2002 meta Alan ikkompona l-ewwel marċ tiegħu u minn hemm baqa' jirregala marċi lis-Soċjetà kull meta l-Banda tkun se tipproduċi sett ta' marċi ġodda li jsir prattikament kull sentejn. Fosthom ma nistgħux ma nsemmux wieħed mill-marċi popolari tiegħu li jismu ‘Palm of Victory' li mhux biss huwa popolari fiż-Żurrieq iżda li jindaqq minn diversi baned Maltin u Għawdxin.
Sfortunatament, b'dieqa kbira kellu jieqaf jistudja minħabba saħħet is-Surmast fejn l-akbar ġerħa kienet meta waslet l-aħbar fis-26 t'Ottubru 2008 li s-Surmast Francis Falzon għadda għall-ħajja ta' dejjem.
Ta' min jgħid ukoll li Alan ma kienx attiv biss fil-banda, iżda wkoll fil-qasam pirotekniku fejn saħansitra kien attenda kors fl-2003 ġewwa d-depot tal-pulizija u wara kiseb illiċenzja ‘B' sabiex ikun jista' jattendi u jassisti ġewwa l-kamra tan-nar tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Hu baqa' jattendi u jaħdem in-nar sal-2009 fejn kellu jieqaf minħabba raġunijiet personali. Alan kien ukoll jagħmel parti mis-sotto kumitat tan-nar fejn mill-2006 - 2009 kien jokkupa l-kariga ta' kaxxier.
Fis-sena 2011, Alan ingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ ma' Stefania, neѐ Coleiro. Kienet propju hi u l-ġenituri tiegħu li reġgħu ħajru lil Alan sabiex ikompli l-istudju tat-teorija fil-mużika fejn kien ħalla mal-mibki Surmast Francis Falzon. Kien propju għalhekk li Alan ħa l-inkoraġġiment tal-familja tiegħu u avviċina lil Mro. Etienne Spiteri F.L.C.M. sabiex ikompli l-istudji tiegħu għandhu. Dan huwa l-istess surmast li kien diġa` wera l-fiduċja tiegħu f'Alan meta fis-sena 2010 għażlu sabiex jieħu f'idejh it-tagħlim tal-alljievi fis-sezzjoni tar-ram ġewwa l-każin tal-banda Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta’ Marsaxlokk.
F'Diċembru 2012, is-Surmast Josef J. Grech ġie maħtur Surmast Direttur tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. għalhekk ġiet vakata l-kariga ta' Assistent Surmast. Kien f'Jannar 2013, meta l-kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., wara laqgħa ta' konsultazzjoni mal-bandisti, ħatar lis-sur Alan Schembri bħala Assistent Surmast tal-banda Santa Katarina V.M. Din il-kariga tinvolvi wkoll it-tagħlim fis-sezzjoni tar-ram li jsir kull ġimgħa fil-Każin.
Il-Każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., kien investa sew fis-sala li kellu fil-każin u kienu iddeċidew li din tintrema tajjeb biex fiha jibdew isiru diversi rekordings tal-marċi għal bidu mill-banda tal-każin stess u Alan kien wieħed minn ta’ quddiem li kien ħa interess u bil-kunsens tal-kumita kien intrema studio u Alan kien inkarigat biex imexxieħ.
Il-Kelma ġierit u diversi baned oħrajn bdew jitħarrju li jagħmelu ir-rekordings tagħhom f’din is-Sala Santa Katarina V.M. Żurrieq fejn Alan kompla jesperjenza il-passjoni tiegħu u flimkien mal-każin dejjem ġabu l-aqwa apparat, investiment li kompla ikun milquħ minn diversi soċjetajiet u infittex għal diversi rekordings tal-Marċi Maltin.