Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata

From M3P
Revision as of 08:55, 14 June 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Lis-Storja tas-Soċjeta' Filarmonika Marija Annunzjata Ħal Balzan

Soċjeta Filarmonika Marija Annuzjata Band Club

Is-Soċjeta’ tagħna ffurmat ruħha fl-1890, taħt l-isem ta’ Circolo L’Annunziata'' u minn dak iż-żmien ‘l hawn hija għaddiet minn bosta ġrajjiet.

L-iskop ewlieni tas-Soċjeta’ dejjem kien il-Festa ta’ Marija Annunzjata, u l-membri tagħha dejjem kienu jħabirku sabiex din il-Festa tkun mill-aqwa kemm tista’ tkun f’dak li huwa nar, armar u baned.

Il-membri tas-Soċjeta’ kienu wkoll anzjużi ħafna sabiex dejjem ikabbru l-lokal u dejjem ifittxu biex ikunu fiċ-ċentru ta’ Ħal Balzan. Dawn biddlu l-postijiet biex ikunu aħjar minn fejn kienu sa l-1920, sa meta din is-Socjeta’ kienet unika f’Ħal Balzan, u l-iskop ta’ din is-Soċjeta’ kien sabiex jgħin fil-bżonnijiet materjali tal-Parroċċa u fil-Festa Esterna tat-Titular tagħna.

Infatti, fl-1890 il-kappillan Dun Giovanni Sarreo li kien għadu kif laħaq, insista ħafna biex jibda l-invjar u l-iskultura tal-Parroċċa u hawn ħadmu kemm felħu l-membri ewlenin tas-Soċjeta’ tagħna li kienu dawn l-imgħallmin: Valent Falzon, Valent Muscat, Carmelo Sammut, Pio Ebejer, Valent Debono, Giuseppe Sammut u Pawlu Muscat. Dawn l-imgħallmin kienu megħjunin minn żgħażagħ oħrajn. Dawn kienu jappartjienu fil-kumitat tas-Soċjeta’, mill-President, Segretarju u Kaxxier wieħed wara l-ieħor.

Fil-bidu tal-eżistenza tiegħu, il-Każin kellu President Onorarju lill-avukat Dr.Vincenzo Frendo Azzopardi u li wara kien ukoll maħtur bħala President tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Dan is-Sinjur kien ta’ kull sena jistieden lil din il-Banda biex tagħmel programm għall-Festa tagħna u jispiċċa biex jitratta bi pranzu fis-sala tad-dar tiegħu. Wara dan is-Sinjur kellna Presidenti Onorarji lill-wisq nobbli s-Sur Konti Francesco Manduca, lill-Kappillan Dun Amabile Sisner, lil Sir Michael Angelo Refalo, President tal-Qorti, il-Maġistrat is-Sur William Soler LL.D., l-Onor. Prim Ministru, Chev. In-Nutar Ġorġ Borg Olivier, LL.D. M.L.A., lill-benefattur tar-raħal tagħna l-wisq nobbli Konti Bernardinu Manduca Piscopo Macedonia Zammit, lis-Sur Alber Fenech u lill-Onor. John Dalli fost l-oħrajn.

Il-membri tagħna, peress li fl-1900 kien sejjer jiġi ċċelebrat iċ-Ċentinarju ta’ l-Inkarnazzjoni t’ Alla, ma’ kullimkien, u billi dan kien jaffettwa l-misteru tal-Parroċċa tagħna, kienet saret festa solenni barra għall-ewwel darba u baqgħet issir sal-lum. Ħasbu biex iżanżnu bandalora bl-isem tas-Soċjeta’ ta’ “Circolo L’Annunziata Casal Balzan”.

Is-Soċjeta’ tagħna kellha tgħaddi minn diżgrazzja traġika sfortunata u storika li ġratilha nħar il-Ħamis fit-tmienja ta’ filgħaxija, fit-22 ta’ Ottubru 1903, meta f’daqqa waħda nstemgħat splużjoni qawwija li regħdet mhux biss lir-raħal tagħna, iżda lil pajjiżna wkoll. Ir-riżultat kien li l-każin waqa’ u miegħu waqgħu ż-żewġt idjar ta’ maġenb il-każin. Ir-raġuni ta’ dan kollu kien li żewġ membri li kienu dilettanti tan-nar, dak inhar ħalltu xi kuluri u allura telgħu fuq biex jgħarblu ftit u b’hekk ikkumnikat ruħha mat-tubu tal-lampa u minnufih sploda l-kartell mimli bil-kulur u allura tar kollox fl-ajru.

Dak iż-żmien il-każin kien bieb ma’ bieb mad-dar tal-kappillan tal-lum, li dak iż-żmien kien ir-Rev. Dun Amabile Sisner. F’din id-diżgrazzja kienu sfaw feruti 42 persuna, u minnhom mietu 6 li kienu dawn: Valent Debono, Toni Falzon, Paolo Muscat, Pio Muscat, Giuseppe Muscat u s-sinjorina Concetta Sisner, oħt il-Kappilan, u ftit wara mietet bl-istess kaġun Lonza Muscat. Għal din it-traċedja, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, organizzat ġbir flimkien ma’ dik tar-raħal tagħna sabiex jgħinu lill-familji tal-vittmi u għall-funerali tagħhom stess.

Is-Soċjeta’ tagħna reġgħet infetħet nhar l-ewwel tas-sena 1904 u propju hawn is-Socjeta’ bidlet isimha għas-“Soċjeta’ Marija Annunzjata” kif kien għadu sa’ l-1994. L-ewwel President wara din id-diżgrazzja kien is-Sur Edwardo Borg u l-ewwel Segretarju kien is-Sur Valentino Callus.

Il-membri tagħna dejjem bdew ifittxu post, u daru diversi djar, 225 il-Misraħ, 226 il-Misraħ, 75 Triq il-Kbira u 83 Triq il-Kbira, sakemm ingħazel il-post fejn naraw illum. Mill-ewwel is-Soċjeta’ bdiet taħseb biex tagħmel sett statwi ġodda biex jintramaw fil-Festa ta’ Marija Annunzjata u bit-tħabrik tal-president tagħha s-Sur Edwardo Borg l-ewwel ma sar kien il-Papa Leone XIII u mbagħad sar is-sett tal-profeti, li dan iż-żmien sar jintrama fin-naħa ta’ fuq tar-raħal mill-Każin ta’ San Gabriel. Wara x-xogħol ta’ L-istatwi, is-Soċjeta’ ħasbet biex tagħmel disinn għall-faċċata tal-knisja, u dan sar fl-1906 mis-Sur Joseph Gauci.

Fis-sena 1915 is-Soċjeta’ tagħna rregalat standard li jirraprezenta l-arma ta’ Ħal Balzan lill-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette tal-għarfien tar-relazzjonijiet tajba li dejjem kienu jeżistu bejn iż-żewġ każini.

Fis-sena 1917 il-każin tagħna ġie organizzat u riformat ħafna taħt il-kumitat tad-direzzjoni tal-President is-Sur Carmelo Gambin, is-Segretarju is-Sur Alfredo Camilleri u l-Kaxxier is-sur Luigi Briffa. Saru ħafna alterazzjonijiet fil-post li ninsabu fih illum u hekk sar wieħed mill-isbaħ każini fl-irħula. Fis-sena 1919 kif spiċċat l-ewwel gwerra dinjija, il-każin tagħna ħa parti attiva biex isir sett ta’ qniepen ġodda għall-Parroċċa flok il-qodma billi kien hemm xi wħud miksura.

Għalhekk ġie organizzat kumitat mill-istess membri tal-każin li kien iffurmat minn dawn is-Sinjuri: President is-Sur Guzeppi Vassallo, Segretarju n-Nutar. Lwiġi Gauci Forno u Kaxxiera kienu tlieta, s-Sur Tomaso Agius Fernandes, is-Sur Lwiġi Briffa u s-Sur Salv Pisani. Jingħad li waħda mir-raġunijiet għalfejn infirdu xi membri minn din is-Soċjeta, u waqqfu iċ-“Circolo San Gabriele” fis-sena 1920 kienet il-għaliex dan il-kumitat tal-qniepen issuġġerixxa li sabiex jinħabru l-fondi, jitħassru l-Festi Esterni ta’ Marija Annunzjata, iżda dawn ma qablux.

Fis-sena 1920 billi Malta u Għawdex xtaqu jieħdu l-awtonomija ta’ Self-Government, ġie ffurmat kumitat nazzjonali taħt il-promotur Sir Philip Sciberras. Għalekk il-każini kollha ta’ Malta ġew mitluba biex kull wieħed jibgħat żewġ delegati ħalli titlaqqa’ Assemblea Nazzjonali. Id-delegati bħala rappreżentanti tar-raħal tagħna kienu ż-żewġ Sinjuri n-Nutar Lwiġi Gauci Forno u Lwiġi Briffa li attendew għall-ewwel laqgħa li saret fil-Villa De Piro f’Ħal Lija taħt il-Presidenza tal-Professur Lwiġi Preziosi.

Fis-sena 1921 saret fiera f’San Anton b’riżq il-qniepen il-ġodda u l-membri tagħna ħadmu għadd ta’ ġugarelli u għenu bl-aħjar mod li setgħu.

Fl-1922 is-Socjeta’ ħatret lill-Kappillan Dun Amabile Sisner bħala President Onorarju u fl-istess sena s-Soċjeta’ tagħna laqgħet lill-Eċċellenza Reverendissima Mons. Isqof Mawru Caruana flimkien mal-Kappillan akkumpanjat mill-kleru fejn sarilhom trattament mill-kumitat u mill-membri tas-Soċjeta’.

Fis-17 ta’ Ġunju 1923, il-kumitat beda jagħmel it-teatrin fil-każin b’riżq il-qniepen il-ġodda u wkoll xi fiera. Fis-26 ta’ Awwissu, is-Soċjeta’ għamlet trattament ad unur tal-Kappillan il-ġdid Dun Francesco Saverio Zahra.

Fis-sena 1928 is-Socjeta’ tagħna żanżnet bandalora ġdida bl-isem ta’ “Marija Annunzjata” u bl-arma ta’ Ħal Balzan irrakmata bid-deheb u maħduma mis-Sinjorina Rożina Micallef minn B’Kara fuq disinn ta’ l-imgħallem Giuseppe Vassallo fi żmien il-President Carmelo Muscat u s-Segretarju Carmelo Pisani.

Fi żmien il-president Carmelo Muscat inżammet seduta fit-13 ta’ Ottubru 1929, fejn ġiet mgħoddija li joħorġu kontribuzzjoni biex isir Evanġelista fuq il-pedestall tal-vara ta’ Marija Annunzjata bil-kundizzjoni li ssir iskrizzjoni ta’ l-isem tas-Soċjeta’ taħt l-Evanġelista.

Fis-sena 1936 is-Soċjeta’ ġiet onorata bil-preżenza ta’ l-Eċċellenza tiegħu, il-Gvernatur Sir Charles Bonham Carter. Huwa ġie milguqħ mill-President is-Sur Carmelo Muscat fejn għamillu indirizz ta’ merħba, imbgħad l-Eċċellenza tiegħu rringrazzja lis-Soċjeta’ tat-trattament li għamlitlu u bħala tifkira tiegħu ppreżentalna ritratt tiegħu.

Fl-1940 is-Soċjeta’ tagħna għamlet il-parti tagħha wkoll fl-aħħar gwerra billi laqgħet evakwati fih ta’ tliet familji mill-Belt, mill-Marsa u mill-Birgu u għamlitha wkoll ta’ uffiċċju ta’ l-informazzjoni li kien jieħu ħsiebu l-ex Kaxxier Pietru Fenech.

Fl-1944 il-każin tagħna kellu x-xorti wkoll li jilqa’ fis-sala għal tlett ijiem sħaħ ix-xabla tal-fidda li ġiet irregalata lill-Gvernatur Lord Gort mill-Professur Philip Farrugia fit-12 ta’ Marzu fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ quddiem ir-rappreżentanti tal-każini ta’ Malta kollha li kkontribwew għal dan l-iskop, għall-qlubija li wera mal-gżira tagħna fl-eqqel tal-gwerra. Din ix-xabla ġiet ippreżentata fil-każin tagħna wara li marret fi rħula oħra biex kull min ried seta’ jaraha u responsabbli u ġuranti tagħha kien is-Segretarju s-Sur Lwiġi Briffa li ta’ kull filgħaxija kien jirtiraha d-dar tiegħu.

Fl-1945 il-membri kienu mgħarrfa li kien hemm xi kwistjoni fuq il-kera u għalekk il-kumitat wera lill-membri x’kien sar fil-każin minn meta daħlu f’dan il-post minn April 1919. Il-kumitat flimkien mal-membri ħadmu kemm felħu biex jaraw il-każin irranġat minħabba li kien fi stat ħażin. Huma rranġaw bejn is-sena 1920 u l-1927. F’dan iz-zmien sar il-madum t’isfel, l-appramorta, kanċell fil-bitħa, kumnikazzjoni mal-post bl-elettriku u tibjid, u b’hekk is-Soċjeta’ kompliet miexja.

Fl-14 ta’ April 1946, Fil-festa ta’ Marija Annunzjata, l-każin tagħna semma’ għall-ewwel darba f’Ħal Balzan l-innu ta’ tifħir lil Marija Annunzjata ta’ Wiġi Briffa, kantat mit-tfal tal-parroċċa flimkien mat-tenur u baxx akkumpanjati mill-banda Duke of Connaught Own Band Club ta' Birkirkara. Il-kliem kien tar-Rev. Monsinjur Prof. D. Karm. Psaila u mużika tas-surmast Giuseppe Schembri.

Fl-1947 is-Soċjeta’ tagħna rregalat żewġt iċrieket tad-deheb li ġew stmati għal 14-il lira sterlina, bħala riġal għall-qanpiena l-ġdida tal-parroċċa.

Fl-1948 is-Soċjeta’ ħasbet biex tirrestawra l-istatwa tal-Papa Leona XIII u ġie misbuh minn membru ta’ l-istess Soċjeta’ s-Sur Pawlu Chetcuti. Fl-1949 il-kumitat organizza għadd ta’ konferenzi reliġjuzi u soċjali u ta rigal lill-Kappillan Francesco Zahra li wara li qeda dmiru għal 27 sena f’din il-Parroċċa, laħaq Monsinjur.

Fid-29 ta’ Jannar 1950 il-kumitat iddeċieda li jagħti rigal xieraq lill-Kappillan il-ġdid Dun Ġużepp Minuti u fl-istess sena l-kumitat żanżan opra oħra għall-festa ta’ Marija Annunzjata, b’cable ġdid, u fl-istess sena wkoll is-Soċjeta’ ġiet onorata bil-preżenza ta’ l-Eċċellenza Tiegħu l-Gvernatur Sir Gerald Creasy K.C.M.G., O.B.E., nhar it-23 ta’ Novembru fejn ġie milqugħ mill-President is-Sur Albert Fenech. Il-President għamel indirizz mill-isbaħ u fakkar li fis-Soċjeta’ tagħna ġew żewġ Gvernaturi oħra, l-ewwel wieħed li kien ġie, kien l-Eċċellenza Tiegħu Sir Charles Bonham Carter, fid-19 ta’ Lulju 1936 u l-ieħor kien l-Eċċellenza Tiegħu Field Marshall Lord Gort, fit-13 ta’ Lulju 1944, imbgħad irrisponda l-Gvernatur li fost ħwejjeġ oħra qal li hu ħa pjair b’din il-laqgħa li saritlu.

Fis-sena 1951 inxtraw sett pilandri biex jintramaw fil-festa, mis-Sur Oreste Brincat u sarulhom sett vażi ġodda u ġew miżbugħin minn Valent Chetcuti, Carmelo Callus u Ġużeppi Calleja.

Fl-1953 is-Soċjeta’ tagħna laqgħet bil-ferħa ż-żjara tar-Reġina Eliżabetta II, iżjed u iżjed malli ntqal li ser tgħaddi mit-Triq il-Kbira għall-Pjazza minn ħdejn il-każin tagħna u tibqa’ sejra minn Triq Idmejda għall-Palazz ta’ San Anton. B’hekk is-Soċjeta’ tagħna ħadet parti attiva għal din l-okkazjoni billi ramat it-toroq minn fejn għaddiet ir-Reġina kif ukoll il-faċċata tal-każin.

Fis-sena 1954 saret opra sabiħa ħafna għas-Soċjeta’. Din kienet bandiera ġdida bl-arma ta’ Marija Annunzjata u ġiet maħduma ġewwa l-Ingilterra u fl-istess sena sar trattament lill-Kappillan il-ġdid Dun Carmelo Sciberras u ġie ppreżentat Missall mill-President tas-Soċjeta’ s-Sur Valentino Borg, assistit mis-Segretarju Carmelo Chetcuti u l-Kaxxier Joseph Pullicino u fl-istess sena wkoll ġie maħtur Direttur Spiritwali tas-Soċjeta’ Dun Giovanni Zammit Hammet.

Fis-sena 1955 is-Soċjeta’ kkontribwiet is-somma ta’ 5 liri sterlini għall-opra tal-pittura tal-Knisja Parrokkjali. F’din is-sena wkoll ġew miżbugħa l-pilandri mid-dilettanti tal-festa, Pawlu Grima, Angelo Ellul, Charles Chetcuti, Joe Falzon, Paul Chetcuti u Spiru Vella. F’dan iz-zmien ukoll insibu li s-Soċjeta’ kienet torganizza t-teatrin fil-bitħa tal-każin u għal dan l-iskop kien inħatar direttur is-Sur Alipo Sammut.

Fil-15 ta’ Settembru 1957 saret seduta ġenerali sabiex jiġi deċiż x’għotja kellha tingħata lill-Kappillan Dun Carmelo Sciberras għas-sala parrokkjali u f’din is-seduta ġie deċiż li tingħata d-donazzjoni ta’ 20 lira sterlina.

Fl-1959 insibu żewġ okkazjonijiet, waħda f’Novembru meta ġiet iffurmata l-fratellanza tad-Duluri fl-okkażjoni meta ġiet indurata l-bradella l-ġdida. F’dik l-okkażjoni kienu l-membri tal-każin tagħna li refgħu għall-ewwel darba din l-istatwa fil-purċissjoni. Il-ftehim kien li jerfgħu darba kull wieħed il-membri taż-żewġ każini, iżda l-każin tagħna kburi li misset lill-membri tiegħu biex jerfgħu l-ewwel darba. Fl-istess sena nhar it-13 ta’ Diċembru fil-parroċċa tagħna kien hawn il-festa ta’ l-istatwa l-ġdida ta’ San Mikiel. Għal din l-okkażjoni kien hawn l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arċisqof Sir Micheal Gonzi, li bierek din l-istatwa u li wara daret


I}

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Raymond Cremona 1993 2022
02 Christopher Tanti 2023

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Valent Falzon 1890 1897
02 Piju Ebejer 1898 1903
03 Edwardo Borg 1904 1916
04 Carmelo Gambin 1917 1918
05 Ġiuseppi Vassallo 1919 1923
06 Salvatore Pisani 1924
07 Carmelo Muscat 1925 1936
08 Salvatore Pisani 1937 1946
09 Valent Cardona 1947
10 Mario Borg 1948 1949
11 Albert J.Fenech 1950 1951
12 Ġiuseppe Chetcuti 1952 1953
13 Carmelo Zarb 1954
14 Valent Borg 1954
15 Paul Pullicino 1955 1956
16 Carmelo Zarb 1957
17 Paul Pullicino 1957 1998
18 Paul Grima 1959 1999
19 Joe Camilleri 1998
20 John Bray 1999
21 Daniel Muscat Caruana 2019

Secretarji

No Secretarji Minn Sa
01 Gabriel Muscat 2019

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 David Camilleri 2019

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festives Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 01) (1994) 1994 *
02 Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 02) (1996) 1996 *
03 Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 03) (2000) 2000 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - F'Għeluq l-Għaxar Snin Banda (1994-2004) Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2004) 2004 *
  • Cassette 2004 also publish on Cd too.

CD's

No Name of Cd's - Festives Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2006) 2006 *
01 Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2009) 2009 *

NB:- Cassette (2000) was published as Cd also.

Programmes and Publications

Memorials

External links