Soċjetà Mużikali San Pawl

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

L-Istorja tal-Każin Banda San Pawl

Twaqqif tas-St Paul's Bay CLub

Fl-1945, inħatar bħala d-disa’ Kappillan tal-Parroċċa ddekidata lill-Madonna tad-Duluri, Patri Ġann Franġisk Grima OFM Conv. Kienu s-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjijja u l-poplu Malti kien għadu qed jistejqer minn din it-traġedja, li sfortunatament messet lil San Pawl il-Baħar ukoll. Patri Ġann Franġisk ried jieħu ħsieb il-bniedem fil-milja tiegħu, jiġifieri ir-ruħ u l-ġisem. Ħadem u stinka kemm felaħ sabiex il-Pawlini jkunu moqdija spiritwalment bl-aħjar mod possibbli, imma ma’ waqafx hemm.

Nħar is-26 ta’ Marzu 1946 sejjaħ fl-uffiċċju tiegħu, fil-Kunvent, lil Francis X Dingli, Dr. Joseph Bonavia MD, Dr. Joseph Caruana MD, is-Sur Felix Grech u lis-Sur Joe Catania. L-għan li għalieh kienet issejħet din il-laqgħa kien biex f’San Pawl il-Baħar jinfetaħ Każin Soċjali, fejn l-irġiel ikollhom fejn jiltaqgħu u jqattgħu ftit tal-ħin. Għal dan il-għan, fl-istess laqgħa ġie ffurmat Kumitat temporanju li kellu jibda’ bit-tħejjijiet għat-twaqqif tal-Każin.

Fl-istess laqgħa il-Kumitat iddiskuta u aċċetta l-kundizzjonijiet li kellhu quddiemu fuq il-post numru 61, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u ġie deċiż li dan il-post, li qabel kien rekweżit mis-Servizz, isir is-sede tal-każin il-ġdid. Is-Segretarju tqabbad biex jagħmel abbozz tar-regolamenti għall-Każin.

L-Ewwel Statut

Fit-tieni laqgħa li saret fl-1 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan, il-Kumitat approva unanimament ir-regolamenti u b’hekk ġie ffurmat l-Istatut tal-Każin.

Statut

  • 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB
  • 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż.
  • 3. Il-Każin jista’ jifforma banda, orkestra jew teams ta’ sports pero’ ma’ jieħu ebda’ parti biex jgħin jew ifixkel xi partit politiku, filarmoniku, filodrammatiku, team ta’ sport jew xi korp ieħor kostitwit.
  • 4. Il-Każin ikun immexxi minn Kumitat magħmul minn President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u tlett membri oħra.
  • 5. Il-Kappillan tar-raħal biss jista’ jkun President Onorarju.
  • 6. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier għandhom kull sena, f’seduta Ġenerali, jagħtu riżultat tax-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena.
  • 7. Dan l-Istatut jista’ biss jiġi emendat f’seduta ġenerali li fiha jivvotaw tlett kwarti favur u li tkun ġiet imsejjħa apposta.

Kumitat

  • 1. Kull sena jiġi maħturin b’votazzjoni f’seduta ġenerali, il-membri tal-Kumitat li bejniethom jagħżlu l-uffiċċjalita’.
  • 2. Meta’ xi membru tal-Kumitat jispiċċa, jinħatar għal dik is-sena, il-membru mhux maħtur li jkun ġab l-aktar voti fl-aħħar votazzjoni.
  • 3. Il-kworum ikun ta’ ħames membri jew iżjed.
  • 4. Il-President jivvota biss fl-equalita’ ta’ voti.
  • 5. Is-Segretarju jżomm ir-reġistri tas-Seduti kollha u l-korrispondenza tas-Soċjeta’ bil-Malti.
  • 6. Il-Kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jkollha s-Soċjeta’ u għandu jagħti tifsir ta’ l-amministrazzjoni tiegħu lill-Kumitat. Ma jistax iżomm aktar minn £ 50, somma akbar tkun imqegħda f’bank magħżul mill-Kumitat. Mill-bank ma jistgħawx jinġibdu flus ħlief bil-firma tal-President, tal-Kaxxier u tas-Segretarju. Jista’ jagħżel kollettur li jieħu 1/8 f’kull lira li jiġbor, pero’il-kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jiġbor il-kollettur.
  • 7. Il-Viċi President, l-Assistent Segretarju u l-Assistent Kaxxier jassistu lill-President, lis-Segretarju u lill-Kaxxier u jaġixxu flokhom meta’ dawn ikunu assenti.
  • 8. Iż-żewġ Membri tal-Kumitat li ma’ jkollhomx kariga, jaġixxu ta’ riservi.

Proċedura Ġenerali

  • 1. Kwalunkwe bniedem il fuq minn tmintax il-sena, jista’ jkun soċju, iżda id-dħul tas-Soċi huwa amministrat mill-Kumitat. Is-Soċi jkunu effettivi biss.
  • 2. Kull sena għandu jitħallas : 5/- bħala entratura ; 2/6 kull tlett xhur bil-quddiem bħala menswalita’. Meta’ Soċu jkun sitt xhur lura fil-ħas tal-menswalita’, il-Kumitat jista’ ma jikkunsidraħ aktar bħla Soċu u hu jitlef id-drittijiet kollha tiegħu.
  • 3. Fejn fl-opinjoni tal-Kumitat ikun hemm xi nuqqas ta’ mġieba tajba ta’ kwalunkwe Soċju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tkun finali.
  • 4. Il-Kworum ta’ Seduta Ġenerali jkun ta’ ħames Membri tal-Kumitat u ħamsin Soċju.
  • 5. Seduta Ġenerali issir mill-anqas darba kull sena u l-Kumitat jispjega l-amministrazzjoni tiegħu mill-aħħar Seduta Ġenerali. Biex seduta tkun siewja trid tkun avżata mill-anqas tmien t’ijiem qabel.
  • 6. Proposti li xi Soċju jkun irid iġib fis-Seduta Ġenerali għandhom ikunu rreġistrati għad is-Segretarju qabel jitwaħħal l-avviż tas-Seduta. Kwalunkwe proposta oħra tista’ tiġi rreġistrata mill-President.
  • 7. Għoxrin Soċju għandhom id-dritt li jitolbu Seduta Ġenerali permezz ta’ talba bil-miktub li jkun fiha l-isem u ‘l kunjom, il-laqam u l-indirizz ta’ dawn is-Soċi, lis-Segretarju barra mis-suġġetti li għalihom tkun se tiġi msejjħa l-laqgħa.
  • 8. Kwestjonijiet li fuqhom dawn ir-regolamenti ma jitkellmux ikunu deċiżi mill-Kumitat.

Xoljiment

Biex il-Każin jiddikjara xoljiment, trid issir Seduta Ġenerali avżata apposta u li fiha tlett kwarti tas-Soċi jivvotaw favur u f’dan il-każ is-Soċi jiddeċiedu b’maġġoranza sempli`i x’jagħmlu bil-propjeta’ tal-Każin.

  • Frans X. Dingli

Segretarju

  • Dun. Ġann Frangisk Grima

President

Fil-5 t’April 1946, il-Kumitat proviżorju, reġa ltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan. F’din is-seduta imtlew il-postijiet li kien hemm vakanti fl-uffiċċjalita’, skond l-istatut il-ġdid u nbidlu xi karigi:-

  • President Onorarju - Rev Kappillan Ġian Franġisk Grima
  • President - Dr Joseph Bonavia MD
  • Segretarju - Francis X Dingli
  • Kaxxier - Dr. Joseph Caruana MD
  • Viċi President - Felix Grech
  • Asst. Segretarju - Joseph Vassallo
  • Asst. Kaxxier - Joe Catania
  • Membru - Manwel Chetcuti
  • Membru - Manwel Bonnici

F’din is-seduta ġie deċiż ukoll li l-ewwel laqgħa ġenerali ssir fl-14 t’April 1946 u li l-Kumitat proviżorju jiġi approvat għal ewwel sena mingħajr votazzjoni. Fil-laqgħa li saret fid-9 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan inħatret kummissjoni ffurmata mill-istess Kappillan, Joseph Catania, Manwel Chetcuti u Manwel Bonnici biex tħejji għall-Laqgħa Ġenerali. Saret diskussjoni wkoll biex tinkera kamra li tifforma parti mid-dar numru 60, Triq San Pawl, biex ikun hemm aktar spazju fil-Każin.

L-Ewwel Laqgħa Ġenerali

Il-jum mistenni ta’ l-14 t’April 1946 wasal u fil-5.30 ta filgħaxija fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, li dak iż-żmien kienet fi Triq San Pawl, fuq il-Ġifen (ħanut tax-xorb), inġabru s-Soċi li n-numru tagħhom kien jammonta għal madwar 150. L-aġenda kellha fuqa żewġ punti, jiġifieri.

(1) Biex is-soċi jiġu nfurmati b’dak kollu li sar s’issa u japprovaw ir-regolamenti li għamel il-Kumitat. (2) Biex il-Kumitat jiġi awtorizzat ikompli għal sena mingħajr ma’ ssir votazzjoni.

Kien hemm deċiżjoni unanima li r-regolamenti jgħaddu kif proposti u l-Kumitat inħatar biex imexxi għal sena mingħajr ma’ saret votazzjoni.

Jumejn wara l-laqgħa ġenerali, il-Kumitat iltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan sabiex jiddiskuti l-ħruġ ta’ l-offerti għall-bottegin. Il-Kumitat qabel unanimament li jiżdiedu żewġ regolamenti fl-istatut, li kienu :

(09). Il-Każin ikun miftuħ kulljum sa nofs il-lejl. Fil-Milied, fl-Istrina u fid-Duluri jista’ jibqa miftuħ il-lejl kollhu. (10). Il-Każin ikollu bottegin li jservi għas-soċi biss u għal mistednin tagħhom. Pero’ ħadd ma jista’ jħallas ħlief is-soċi.

Fl-ewwel laqgħa uffiċċjali tiegħu il-Kumitat ġie affaċċjat bl-ewwel riżenja, dik ta’ l-Assistant Segretarju, Joe Vella. Minnfloku il-Kumitat ħatar bħala membru ġdid tiegħu lil Antonio Cassar.

L-Ewwel Laqgħat fil-Każin , L-Arma u l-Bottegin

Ir-regolamenti tal-bottegin li ġew approvati fil-laqgħa li saret fis-16 t’ April 1946, kiedu dawn :

  • 01. Il-Kumitat jista’ jaċċetta jew jirrifjuta kwalunkwe offerta kemm vantaġġjuża jew żvantaġġjuża.
  • 02. Membri tal-Każin u li jkunu jgħixu regolari is-sena kollha f’San Pawl il-Baħar biss, jistgħu jagħmlu offerta għall-Bottegin
  • 03. L’ebda membru tal-Kumitat ma’ jista’ jagħmel offerta.
  • 04. Il-Botteginar irid jiftaħ il-Każin kuljum u iżommu miftuħ mill-anqas sa l-għaxra ta’ bil-lejl u jekk ikun hemm bżonn anke sa’ nofs il-lejl.
  • 05. Irid iżomm il-post nadif a sodisfazzjon tal-Kumitat
  • 06. Irid jieħu ħsieb il-buon ordni tal-post u jirraporta lill-Kumitat kwalunkwe irregolarita’ tas-Soċi li jkun jaf biha.
  • 07. Irid iforni fil-bottegin birra, nbid, spirti, luminata, te, kafe’, u affarijiet oħra ta’ dan il-ġeneru skond kif jordna il-Kumitat, u jrid iżomm prezzijiet skond il-liġi.
  • 08. Il-bottegin jingħata għal sentejn, bil-kera titħallas sitt xhur bil-quddiem.
  • 09. Jekk fl-opinjoni tal-Kumitat, il-botteginar ma jġibx ruħu tajjeb biżżejjed, fi kwalunkwe ħaġa, kemm fil-bottegin u kemm fil-każin, il-Kumitat ikollu d-dritt jagħtih tlett xhur żmien u jieħu lura il-bottegin u f’dan il-każ il-botteginar ma’ jkollux dritt għall-kera li jkun ħallas u għal ebda’ rikumpens ieħor,
  • 10. Il-botteginar irid iforni l-Każin b’karti tal-logħob a spejjeż tiegħu u mill-ġbir li jiġbor jieħu 5/- fil-lira. Il-flus jinġabru ġo kaxxa maqfula li tkun fuq l-imwejjed tal-logħob u tinfetaħ kull tant żmien mill-Kaxxier fil-preżenza tal-botteginar.
  • 11. Il-botteginar jista’ anke jkun kollettru tal-menswalita’
  • 12. Il-botteginar irid jieħu ħsieb huwa personalment jakkwista il-permessi kollha li jkollu bżonn għat-tmexxija tal-bottegin.
  • 13. Il-botteginar ma’ jkollu l’ebda dritt minn tombli, lotteriji jew xi ġbir ieħor li jorganiżża l-Kumitat.
  • 14. L’ispejjeż tal-fossa, ilma u l’elettriku ma humiex a karigu tal-botteginar.

Frans X. Dingli Segretarju

Dr. J Bonavia MD President

F’Mejju 1946 sar festin fl-okkażżjoni tal-futħ tal-Każin.

Fit-28 ta’ Awissu 1946, il-Kumitat iltaqa’ għal ewwel darba fil-Każin, bil-għan li jinfetħu l-offerti għall-bottegin. L-offerti kienu hekk:

  • Nazzarenu Bugeja L 15.00.0 fis-sena
  • Grezju Gauci u Joseph Borg L 18.00.0 fis-sena
  • Paul Gauci u Carmelo Farrugia L 35.00.0 fis-sena
  • Carmelo Cassar u Ninu Cutajar L 35.00.0 fis-sena

Peress li l-għola żewġ offerenti kienu qed joffru l’istess somma, il-Kumitat qabel li dawn l-offerenti jissejħu quddiemu u tittellgħa x-xorti rigward min kien se jieħu l-bottegin.

Din il-proċedura saret fil-laqgħa li ssejħet fit-3 ta’ Mejju 1946, fil-Każin. Ix-xorti messet lil Paul Gauci u Carmelo Farrugia u għalhekk dawn is-sinjuri saru l-ewwel botteginari tas-St Paul’s Bay Club.

Fl-istess laqgħa ġie approvat abbozz ta’ arma għall-Każin, liema abbozz tħejja minn Patri Felic Sammut OFM Conv.

Twaqqif ta' Fergħat - Arti Drammatika, Sport Armar ta' Barra Fil-Festa u Orkestra

Fil-laqgħa li saret fil-15 ta’ Mejju 1946 bdew iseħħu żviluppi nteressanti. Ġiet aċċettata il-proposta li ressaq Antonio Cassar sabiex fil-Każin tiġi ffurmata fergħa għall-arti drammatika. Il-Kumitat ħatar lill-istess Antonio Cassar sabiex ikun responsabbli minn din il-fergħa.

Proposta oħra din id-darba mressqa minn Manwel Chetcuti kienet biex titwaqqaf fergħa biex tieħu ħsieb l-armar ta’ barra tal-festa tad-Duluri. Il-Kumitat qabel ma din il-proposta u ħatar lil Manwel Chetcuti biex jieħu ħsieb din il-fergħa.

Is-Sur Joe Catania ippropona u nħatar biex imexxi fergħa oħra, din id-darba assoċċjata ma l-organizazzjoni ta l-isport.

Prosta oħra importanti li saret kienet ukoll imressqa minn Joe Catania li ppropona li tingħaqad orkestra mis-soċi tal-Każin. Ġie deċiż li jintagħżlu żewġ mużiċisti biex jifformaw l-orkestra.

Tibdil fil-Kumitat

Fl-istess laqgħa il-Kumitat aċċetta ir-riżenja tal-Viċi President Felix Grech, tal-Kaxxier Dr.G Caruana u tal-Membru Manwel Bonici. Minflokhom ġew proposti li jinħatru Dr. Joseph Attard Montalto LLD, Baskal Sammut ta’ Mnajjar u lil Joseph Sammut ta’ Frendo.

Fil-25 ta’ April 1946 ingħataw il-karigi lill-membri l-ġodda u l-Kumitat ġie ffurmat hekk :

  • President Onorarju Rev. Kappillan F. Ġann Franġisk Grima
  • President Dr. Joseph Bonavia MD
  • Viċi President Dr. Joseph Attard Montalto LLD
  • Segretarju Frans X. Dingli
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Asst Segretarju Joseph Vassallo
  • Asst Kaxxier Joseph Sammut
  • Membri Manwel Chetcuti
  • Membri Antonio Cassar
  • Membri Baskal Sammut

Sar ukoll xi tibdil fit-tmexxija tal-fergħat. Baskal Sammut ingħata l-inkarigu biex imexxi l-fergħa ddrammatika minflok Toni Cassar li ngħata l-inkarigu li jmexxi l-andament ta’ l-orkestra minflok Frans X. Dingli.

Fil-laqgħa li saret fit-28 ta’ Mejju 1946, ġie deċiż fost affarijiet oħra li l-Każin ikun abbonat fil-ġurnali Times of Malta u l-Berqa.

Waqt laqgħa li saret fit-3 ta’ Lulju 1946 ġie deċiż li d-dawl li jintrama għall-festa tad-Duluri jinxtgħel u jitħallas mill-Każin.

Fil-laqgħa li saret fit-23 ta’ Lulju 1946, il-Kumitat aċċetta ir-riżenja ta’ Joseph Vassallo mill-Kumitat. Inħatar bħala Assistent Segretarju minfloku John Muscat. Fl-istess laqgħa Joseph Catania, E Chetcuti u T Cassar ġew maħtura mill-Kumitat biex jissorvelljaw il-baned mistiedna għall-festa.

Fis-27 ta’ Awwissu 1946 irriżenja s-Segretarju Frans X. Dingli, il-kumitat ħatar lil Dr. Joseph Attard Montalto LLD bħala Segretarju fil-5 ta’ Ottubru 1946.

It-Tieni Laqgħa Ġenerali

It-Tieni Laqgħa Ġenerali saret fil-Każin, fid-19 ta’ Jannar 1947. F’din il-laqgħa ġie emendat l-Istatut, fis-sens li għandhom jiġu nominati sitt membri minflok tlieta u li setgħu jiġu nnominati aktar persuni bħala Presidenti Onorarji, apparti l-Kappillan tar-raħal. Il-Laqgħa Ġenerali eleġġiet dan il-Kumitat :

  • President Dr. Joseph Attard Montalto LLD
  • Vici President Lewis Borg
  • Segretarju John Muscat
  • Asst. Segretarju Peter Campbell
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Asst. Kaxxier Anthony Cassar
  • Membri Vincent Dimech
  • Membri Gamri Galea
  • Membri Emmanuel Chetcuti
  • Membri Joseph Magro
  • Membri Joseph Busuttil
  • Membri Benjamin Sammut

Il-Kumitat fl-ewwel laqgħa tiegħu li saret fit-22 ta’ Jannar 1947, fil-Każin, ħatar lil Mro. Emmanuel Chetcuti bħala Direttur tal-Każin. Ġie deċiz ukoll li b’effett mis-7 ta’ Jannar 1947 l-ħlas tal-menswalita’ jiġi ridott minn 2/6 għal 1/6. Fit-tieni laqgħa, li saret fil-5 ta’ Frar 1947, il-Kumitat ħatar lit-Tabib Bonavia u lil Baruni Victor Chappelle bħala Presidenti Onorarji, il-Kappillan Ġian Franġisk Grima inħatar ex ufficcio. Is-Sur Ġużi Magro inħatar bħala Awditur. F’laqgħa li saret fid-19 ta’ Frar 1947 ġiet aċċettata l-proposta ta’ Manwel Chetcuti sabiex isir standart. Lewis Borg u l-istess Chetcuti ġew ikkummissjonati sabiex jiġbru l-fondi għal istandart.

It-Twaqqif tal-Banda

Fil-laqgħa li saret fis-26 ta’ Frar 1947, il-Kappillan ppreżenta lista ta’ persuni nteressati li jifformaw parti mill-orkestra. Ftit taż-żmien qabel, il-Kappillan, waqt il-quddies kien għamel appell għal żgħażagħ li kienu nteressati li jitgħallmu xi strument biex javviċinawh u jinkitbu.

Ġamri Galea u Joseph Magro ġew inkarigati biex javviċinaw persuna adatta bħala Direttur ta’ l-Orkestra. Fil-laqgħa li saret fil-5 ta’ Marzu 1947, Ġamri Galea nforma lill-Kumitat li kien avviċina lis-Surmast Ġanni Vella, tal-Banda tal-Mosta, biex jibda’ jieħu ħsieb il-banda. Jekk ma’ jkunx hemm qbil fuq il-kundizzjonijiet mas-Surmast Ġanni Vella, kellu jiġi avviċinat is-Surmast Emanuele Gauci minn Naxxar.

Fit-12 ta’ Marzu 1947, waqt laqgħa tal-Kumitat, Mro. Emanuele Gauci ġie maħtur bħala l-ewwel Surmast tal-banda. Il-Kumitat approva li Mro. Gauci jkollu salarju ta’ L 4 fix-xahar minbarra t-trasport u li l-lezzjonijiet, li kellhom isiru kull nhar ta’ Sibt fl-Iskola tal-Gvern, jibdew fl-1 t’April 1947.

Fil-21 ta’ Marzu 1947, Is-SEegretarju nforma lill-Kummissarju tal-Pulizija Li Fil-Każin San Pawl kienet ġiet iffurmata Banda

LISTA TAS-SOĊI - 1946/47 - L-EWWEL SOĊI TAL-KAŻIN

Ġiet ippreżemtata lista ta ' xejn inqas minn 263 membru b'isem il-laqam u l-indirizz ta fejn joqgħodu, firxa li tkopri postijiet bħal San Pawl il-Baħar, Salina, Qawra, Xemxija, San Pawl Milqi, Buġibba, Erba' Mwieżeb, Pawles, l-Għerien, San Martin, Manikata, Burmarrat, Għajn Nastas, Għajn Raħana, Qarbuni, Wardija, Għajn Tuffieħa, Limbordin, Palma.

F'dak iż-żmien il-laqam kien importanti għax kulħadd kien ikun magħruf biħ, Aġġarti dan f'San Pawl il-Baħar żgur li kien hemm inqas toroq mill-illum, biss kien hemm mmebri mill-inħawi ta' id-dawra ta' San Pawl il-Baħar. Dawn il-263 membri għal dik is-sena kienu inġabru bejn is-7 t’ April, 1946 u s-26 ta’ Ottubru 1947

L-ISTRUMENTATURA

Il-Kumitat, meta twaqqfet il-Banda San Pawl fl-1947, kien iffurmat hekk :

  • Presidenti Onorarji: W.R. Patri Ġann Franġisk Grima OFM. Conv.

Dr. Bonavia Baruni Victor Chappelle

  • President: Dr. J Attard Montalto LLD
  • Viċi President Lewis Borg
  • Segretarju John Muscat
  • Assistent Segretarju Peter Campbell
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Assistent Kaxxier Anthony Cassar
  • Direttur Emmanuel Chetcuti
  • Membri Vincent Dimech
  • Membri Ġamri Galea
  • Membri Joseph Magro
  • Membri Joseph Busuttil
  • Membri Benjamin Sammut
  • Membri
  • Awditur Ġuże Murgo
  • Surmast Direttur Mro. Emanuele Gauci

Fis-seduta li saret fil-Każin fit-30 ta’ Marzu 1947 naraw kif il-Kumitat iddeċieda li jixtri l-istrumentatura tal-Banda mingħand is-Sur Lucia tal-Belt Valletta. Saru wkoll l-arranġamenti neċessarji sabiex is-Surmast Emanuele Gauci jkun jista’ jabita fil-Każin meta’ jkun hemm il-lezzjonijiet.

Fil-laqgħa li saret fit-8 ta’ Ġunju 1947 il-President Dr J Attard Montalto LLD u l-Kaxxier Joseph Catania intgħażlu mill-Kumitat sabiex jirrappreżentaw lill-Kumitat f’laqgħa tal-Każini li kellha ssir fl-Universita’ Rjali ta’ Malta, nhar l-14 ta’ Ġunju 1947. Fl-istess laqgħa ġie deċiż ukoll li kull bandist li kien qiegħed jitgħallem kellu jħallas is-somma ta’ 6 d fil-ġimgħa.

Għall-festa li saret f’Lulju ta’ dik is-sena nsibu li l-Każin ħallas l-ispejjeż tan-nar li kien jikkonsisti fi tlett elef biċċa musketterija, elfejn murtal tal-kulur u elf bomba. Dawn nħadmu minn Ċensu ta’ Bistra flimkien ma xi nies oħra.

IT-TIELET LAQGĦA ĠENERALI

It-tielet Laqgħa Ġenerali saret fil-Każin nhar l-4 ta’ Jannar 1948 u għaliha attendew 33 soċju. Il-Kumitat għas-sena 1948 ġie elett b’votazzjoni sigrieta u kien iffurmat hekk :

  • President Onorarju W R Patri Ġann Franġisk Grima OFM Conv.
  • President Dr. J. Attard Montalto LLD
  • Viċi President Lewis Borg
  • Segretarju Dr. George Muscat MD
  • Asst. Segretarju Joseph Briffa
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Asst. Kaxxier Anthony Cassar
  • Membru Ġanni Galea
  • Membru Midju Kirkop
  • Membru Dwardu Sammut
  • Membru Joseph Cuschieri
  • Membru Pawlu Chetcuti
  • Membru Giuseppe Briffa
  • Membru Joseph Busuttil
  • Membru Bennie Sammut
  • Membru Vincent Dimech

L-ewwel laqgħa tal-Kumitat saret fil-Każin fl-4 ta’ Frar 1948. Mro. Emanuele Gauci nħatar mill-Kumitat sabiex jirrappreżenta lill-Każin mal-Malta Band Clubs Association. Is-Surmast ġie nkarigat ukoll sabiex jixtri l-mużika għall-Banda. Ġamri Galea inħatar bħala Arkivista filwaqt li Pawlu Chetcuti ingħata l-inkarigu li jieħu ħsieb l-istrumentatura. Il-Kumitat f’din is-seduta iddeċieda li japplika għal Banka tal-Lottu. Fis-seduta li saret nhar it-28 ta’ Settembru 1948, Joseph Catania inħatar bħala Segretarju minflok Dr. George Muscat MD. Naraw ukoll li fl-4 ta’ Lulju 1948 kienet saret fiera. L-Ewwel Servizz

Il-Banda San Pawl, fost il-ferħ tal-partitarji, għamlet l-ewwel servizz tagħha nhar il-25 ta’ Lulju 1948, f’San Pawl il-Baħar fl-okkażżjoni tal-festa titulari. F’din l-okkażjoni l-Każin ġie ppreżentat b’bandalora sabiex tibqa tifkira ta’ dan il-jum storiku.

Fil-laqgħa li saret fit-8 ta’ Ottubru 1948 naraw li l-programm li l-Banda kellha tagħmel f’Burmarrad ġie trasferit minħabba li kienet mietet persuna mill-post. Giuseppe Sammut ġie maħtur bħala Kaxxier minflok Joseph Catania li kien ingħata l-inkarigu ta’ Segretarju. Il-programm tal-Banda ġie deċiż li jsir fis-17 ta’ Ottubru 1948, ġie deċiż ukoll li l-Bandisti tal-post jiġu eżentati milli jħallsu l-menswalita’. Fil-laqgħa li saret fit-22 ta’ Ottubru 1948 il-Kumitat iddeċieda li jiġu stampati 100 kopja tar-regolamenti tal-Bottegin għand Scicluna Press. Kellhom jiġu stampati wkoll listi bil-Membri tal-Kumitat u s-Soċji. Toni Cassar, Wiġi Borg, Joseph Catania u Joseph Sammut ġew inkarigati sabiex nhar ta’ Ħadd joqgħodu fl-intrata tal-Każin sabiex dawk li ma kinux membri ma’ jitħallewx jidħlu fil-bottegin. Għal dan l-iskop twaħħlet tabella fl-intrata li kienet taqra Minn mhux soċi ma jistax jidħol.

F’laqgħa li saret fit-8 ta’ Novembru 1948 is-Surmast Gauci għamel talba għal żieda ta L 3 fis-slarju li sa dak in-nhar kien ta’ L 9 fix-xahar u talab sabiex il-kunċerti jitnaqqsu għal tlieta fil-ġimgħa. Fl-istess laqgħa ġie nnotat ukoll li l-Każin kien għad baqalu xi kontijiet pendenti mas-Sur Luċija fuq l-istrumentatura. Fil-laqgħa li saret fit-23 ta’ Novembru 1948 tqanqlu xi mistoqsijiet fuq xi materji finanzjarji rigward donazzjoni li saret lill-Klabb tal-water polo. Fil-laqgħa li saret fis-7 ta’ Diċembru 1948 kien hemm qbil li s-salarju tas-Surmast isir ta L12 fix-xahar.

IR-RABA’ LAQGĦA ĠENERALI

Ir-raba’ Laqgħa Ġenerali saret fil-Każin nhar il-Ħadd, 9 ta’ Jannar 1949 bl-iskop li jinħatar il-Kumitat għal dik is-sena. Il-Kumitat inħatar kif jidher hawn taħt :

  • President Dr J Attard Montalto LLD
  • Viċi President Lewis Borg
  • Segretarju Joseph Mizzi
  • Asst. Segretarju Caristu Muscat
  • Kaxxier Joseph Sammut
  • Asst. Kaxxier Joseph Briffa
  • Direttur Ġenerali Pawlu Briffa
  • Membru Edwardo Sammut
  • Membru Joseph Busuttil
  • Membru Emanuel Chetcuti
  • Rappreżentanti Gio Maria Galea

tal-Banda Emanuel Gauci (Surmast) Paulo Tanti (Assistent Surmast)

Fil-laqgħa li saret fis-16 ta’ Jannar 1949 in-Nobbli Konti Prof. Sir Luigi Preziosi, in-Nobbli V. Chappelle u s-Sur Lewis Bonaci ġew maħtura bħala Presidenti Onorarji. Il-Kappillan W. R. Ġann Franġisk Grima OFM Conv. inħatar bħala Direttur Spiritwali. Mill-minuti ta l-istess laqgħa nsibu li l-Kumitat kien ordna leġiji għall- bandisti li ġew maħduma minn Anthony Vella. Ġie emendat ukoll il-ħlas ta’ l-entratura li minn 5/ tnaqqas għal 1/. Waqt il-laqgħa li saret fit-23 ta’ Jannar 1949, Gio Maria Galea u Joseph Gauci ġew maħtura mill-Kumitat biex jirrappreżentaw lill-Każin mal-Malta Band Clubs Association.

POSSIBILITA' TA' BDIL FUS-SEDE

Fis-seduta tal-25 ta’ Jannar 1949 insibu li l-Kumitat kien inkwetat li seta’ jitlef is-sede tiegħu għax il-kuntratt tal-kera kien se jagħlaq tul is-sena ta’ wara. Il-Kumitat iddiskuta l-proposta li jekk il-kera ma tiġġeddidx kellhom isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex tinkera dar viċin l-għassa tal-Pulizija fi Triq San Pawl. Il-Ħadd, 13 ta’ Frar 1949 il-Banda San Pawl esegwiet marċ u programm f’San Pawl il-Baħar fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Pawl.

IL-KAPPILLAN GRIMA JIRTIRA MINN DIRETTUR SPIRITWALI

Fil-laqgħa li saret fid-19 ta’ Frar 1949, li għaliha kien preżenti l-Kappillan Grima, il-Wisq Reverendu spjega li minħabba npenji li kellu fil-parroċċa b’dispjaċir ma setax ikompli fil-kariga ta’ Direttur Spiritwali tal-Każin u minfloku nnomina lil Patri Geraldo Levanzin. B’ġest ta’ apprezzament lejn il-ħidma li l-Fundatur kien wettaq fi ħdan il-Banda, il-Kumitat irregalalu arloġġ tad-deheb.

BNADAR, MARĊI FUNEBRI U L-PLANĊIER

Fl-istess seduta nsibu li l-Kumitat kien xtara sett marċi funebri mingħand Carabott tal-Belt Valletta. Sar qbil li jiġu ordnati żewġ bnadar għall-arblu tal-każin, dawn kienu tal-Papa u ta’ Malta. Fl-istess seduta Benny Sammut ġie maħtur b’mod unanimu bħala membru tal-Kumitat. Is-Sur John Carabott ġie nkarigat biex jaħdem planċier għall-banda wara li jiġu sottomessi l-prospetti.

Fil-laqgħa li saret fil-5 ta’ Marzu 1949 il-kumitat irċieva żewġ riżenji. L-ewwel waħda kienet ta’ l-Asst. Kaxxier Joseph Briffa li ma ġietx milqugħa u t-tieni kienet ta’ l-Asst. Segretarju Caristu Muscat li kien qiegħed jirriżenja minħabba li daħal fil-Militar. Ir-riżenja tiegħu ġiet aċċettata. Fl-20 ta’ Marzu 1949 saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja bl-iskop li jiġi amendat l-istatut. Il-laqgħa bdiet nofs siegħa tard minħabba li ma kienx hemm kworum. Sfortunatament fil-Minuti tal-laqgħa ma hemmx imniżżel x’kienu dawn l-emendi iżda nafu li dawn għaddew b’xi tibdil żgħir.

SERVIZZI BARRA R-RAĦAL

Fil-laqgħa li saret fil-21 ta’ Marzu 1949 il-kumitat sema’ l-ilment tas-Surmast li qal li waqt li l-banda kienet qed takkumpanja l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-festa li saret f’San Pawl il-Baħar nhar id-19 ta’ Marzu, hu kellu battibekk ma xi bandisti fuq rimarki li għaddewlu għax il-programm spiċċa aktar kmieni milli kien previst sabiex hu jkun jista’ jattendi għall-festa ta’ San Filep. Fil-battibekk li kien hemm Gio Marija Galea offra r-riżenja tiegħu imma din ma’ ġietx aċċettata. Fit-8 ta’ Mejju 1949 il-Banda għamlet servizz f’Ħaż-Zebbuġ fl-okkazzjoni tal-festa ta’ San Filep. Fl-20 u 22 ta’ Mejju il-Banda għamlet programm f’Ħal Qormi għal festa ta’ San Ġorġ. Fit-3 ta’ Lulju 1949 il-Banda għamlet marċ f’Tas-Sliema għall-festa tas-Sacro Cuor.

Fis-seduta li saret nhar it-28 ta’ Lulju 1949 il-Kumitat qabel li l-marċ tal-Ġimgħa kellu jibda minn ħdejn il-Lamacca fix-Xemxija fit-8.00pm. Is-Sibt il-banda kellha terġa tagħmel servizz fl-okkażżjoni tal-festa. Il-Kumitat qabel li tingħata L1 bħala ħlas lil bandisti barranin li kienu mill-Banda Imperial tal-Mellieħa. Fis-6 ta’ Awissu 1949 il-banda għamlet servizz f’Ħal-Lija fl-okkażżjoni tal-festa tas-Salvatur u fl-istess xahar programm fil-festa tal-Madonna ta’ Liesse fil-Belt Valletta. Fl-istess sena il-banda għamlet servizzi fil-Mellieħa u n-Naxxar.





Kitba u tagħrif miġbur minn Keith Muscat

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Emmanuel Gauci 1948
02 Salvino Vella 1950 1967
03 Amante Attard 1967 1981
04 Charles Cachia 1981

Presidents

No President From Until
01 Fr. Ġann Franġisk Grima OFM Conv. 1947 1949
02 Dr. Ġużeppi Attard Montaldo 1949 1955
03 Dr. Mario Sant Cassia M.A. 1955 1981
04 John Bray 1981 1994
05 Paul Bugeja 1994
06 Saviour Bugeja
07 Gilbert Bugeja 2019

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - St Paul's Band Club (St Paul's Bay) (1995) 1995 *

Cd's

Programmes and Publications

Memorials

External links