Amante Attard

From M3P
Jump to navigation Jump to search
STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Amante Attard twieled Ħaż-Żebbuġ fil-25 ta’ Frar, 1926 iben Franġisku u Maria Carmela mwielda Gatt u kien il-ħames wild fost tmint’aħwa. Meta kellu 12 il-sena beda jistudja l-mużika u tgħallem idoqq il-klarinett mal-Għaqda Każin Banda San Filep taħt is-Surmast Adeodato Gatt. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-Liċeo. Wara li għadda mill-eżamijiet tal-GCE u laħaq għalliem fl-1947 fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, kompla bl-istudju tal-mużika għand is-Surmast Ġużeppe Casapinta u kiseb id-diploma A. (Mus.) L.C.M. fl-1949.

Bejn is-snin 1968 u 1970 ħuwa għallem il-Mużika u l-Lingwa Maltija fl-iskola sekondarja tan-Naxxar iżda peress li ma’ tantx kien għal qalbu rritorna fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Aktar tard huwa kien l-Assistent Kap ta’ din l-iskola sa ma’ l-Mulej sejjaħlu fit-2 ta’ Mejju 1983 fl-eta’ ta’ 57 sena. Meta s-Surmast Amante Attard ma’ baqax attiv fil-każin San Filep għal ħabta tal-1950, huwa waqqaf kor kompost minn tfal Żebbuġin li kien attiv fil-mużika speċjalment ġewwa l-knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ kif ukoll bil-kant fil-knejjes f’Malta u Għawdex ma’ l-orkestra ta’ Mro. Frank Diacono u dik ta’ Mro. Giuseppe Camilleri. Dam jidderiġi dan il-kor għal 25 sena. Huwa kkompona mużika sagra ‘Stabat Mater’ li kienet għal bosta snin tiġi eżekwita ġewwa l-knisja Arċipretali ta’ raħal twelidu fil-Ġimgħa Mqaddsa. Huwa dam jidderiġi din il-mużika flimkien ma’ kor bi tlett vuċijiet sal-1982. Għal xi żmien huwa kien ukoll jilgħab il-futbol mat-tim taż-Żebbug Rangers F.C.

Meta f’Ottubru 1961 twaqqaf każin ieħor ġdid f’Ħaż-Żebbuġ dak ta’ 12th May Band and Social Club, Amante Attard kien inħatar bħala Direttur tal-Mużika sabiex ikun l-ewwel Surmast ta’ din il-Banda. Huwa beda jgħallem il-mużika lill-allievi u malajr il-banda fformat ruħha. Fost il-ħafna kompożizzjoni tiegħu, l-aktar popolari nsibu l-Innu marċ ‘It-Tnax ta’ Mejju 1962’ magħruf bħala ‘Reġa wasal il-Jum’ li jqajjem entużjażmu kbir fost iż-Żebbuġin speċjalment il-partitarji ta’ din il-banda. Mro. Attard jibqa mfakkar għal żewġ programmi kbar li l-Banda 12th May daqqet taħt id-direzzjoni tiegħu; wieħed fl-1967 ġewwa l-Belt Valletta fi Pjazza Reġina fl-okkażjoni tal-festa tat-8 ta’ Settembru u l-ieħor f’Ħaż-Żebbuġ fl-okkazjoni tal-10 anniversarju tas-soċjeta. Fl-1967, Mro. Attard inħatar Surmast Direttur tal-Banda San Pawl il-Baħar Soċjetà Mużikali San Pawl. Huwa ddeċida li jtemm dawn iż-żewġ karigi fl-1981.

Mro. Amante Attard kien miżżewweġ lil Doris nee’ Baldacchino u kellhom żewġ ulied Romuald u Hilary. Il-funeral ta’ Mro. Amante Attard sar fl-4 ta’Mejju 1983 akkumpanjat mil-Banda 12th May fejn ħa sehem il-poplu Żebbuġi kollu, rappreżentanti ta’ Baned Maltin kif ukoll l-għola uffiċjali tat-tlett każini tal-baned Żebbuġin. Huwa jinsab midfun fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f’Ħaż-Żebbuġ.

Festive Marches

No Marches
01 Innu Marċ It-12 ta’ Mejju 1962
02 Innu Banda 12th May
03 Lil San Filep
04 Silver Monument
05 Glorious Day
06 My Friend Philip
07 Silver Wedding Day
08 Doriam
09 Romuald
10 Hilary
11 Jum il-Festa
12 Lil Maria Addolorata
13 Sunrise
14 Lil Mro. Henry Camilleri
15 Johnnie Bobby
16 Charlie London
17 Ronnin
18 Mixed Feelings
19 Up goes the Rangers
20 Sirens
21 Mercury
22 Fiesta Brava
23 Noisy Pimpernel

Funeral Marches

No Marches
01 Father is no more
02 ‘L Omm tad-Duluri