Soċjetà Mużikali San Pawl

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

L-Istorja tal-Każin Banda San Pawl

TWAQQIF TAS-ST PAUL'S BAY CLUB

Fl-1945, inħatar bħala d-disa’ Kappillan tal-Parroċċa ddekidata lill-Madonna tad-Duluri, Patri Ġann Franġisk Grima OFM Conv. Kienu s-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjijja u l-poplu Malti kien għadu qed jistejqer minn din it-traġedja, li sfortunatament messet lil San Pawl il-Baħar ukoll. Patri Ġann Franġisk ried jieħu ħsieb il-bniedem fil-milja tiegħu, jiġifieri ir-ruħ u l-ġisem. Ħadem u stinka kemm felaħ sabiex il-Pawlini jkunu moqdija spiritwalment bl-aħjar mod possibbli, imma ma’ waqafx hemm.

Nħar is-26 ta’ Marzu 1946 sejjaħ fl-uffiċċju tiegħu, fil-Kunvent, lil Francis X Dingli, Dr. Joseph Bonavia MD, Dr. Joseph Caruana MD, is-Sur Felix Grech u lis-Sur Joe Catania. L-għan li għalieh kienet issejħet din il-laqgħa kien biex f’San Pawl il-Baħar jinfetaħ Każin Soċjali, fejn l-irġiel ikollhom fejn jiltaqgħu u jqattgħu ftit tal-ħin. Għal dan il-għan, fl-istess laqgħa ġie ffurmat Kumitat temporanju li kellu jibda’ bit-tħejjijiet għat-twaqqif tal-Każin.

Fl-istess laqgħa il-Kumitat iddiskuta u aċċetta l-kundizzjonijiet li kellhu quddiemu fuq il-post numru 61, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u ġie deċiż li dan il-post, li qabel kien rekweżit mis-Servizz, isir is-sede tal-każin il-ġdid. Is-Segretarju tqabbad biex jagħmel abbozz tar-regolamenti għall-Każin.

L-EWWEL STATUT

Fit-tieni laqgħa li saret fl-1 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan, il-Kumitat approva unanimament ir-regolamenti u b’hekk ġie ffurmat l-Istatut tal-Każin.

STATUT

  • 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB
  • 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż.
  • 3. Il-Każin jista’ jifforma banda, orkestra jew teams ta’ sports pero’ ma’ jieħu ebda’ parti biex jgħin jew ifixkel xi partit politiku, filarmoniku, filodrammatiku, team ta’ sport jew xi korp ieħor kostitwit.
  • 4. Il-Każin ikun immexxi minn Kumitat magħmul minn President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u tlett membri oħra.
  • 5. Il-Kappillan tar-raħal biss jista’ jkun President Onorarju.
  • 6. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier għandhom kull sena, f’seduta Ġenerali, jagħtu riżultat tax-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena.
  • 7. Dan l-Istatut jista’ biss jiġi emendat f’seduta ġenerali li fiha jivvotaw tlett kwarti favur u li tkun ġiet imsejjħa apposta.

Kumitat

  • 1. Kull sena jiġi maħturin b’votazzjoni f’seduta ġenerali, il-membri tal-Kumitat li bejniethom jagħżlu l-uffiċċjalita’.
  • 2. Meta’ xi membru tal-Kumitat jispiċċa, jinħatar għal dik is-sena, il-membru mhux maħtur li jkun ġab l-aktar voti fl-aħħar votazzjoni.
  • 3. Il-kworum ikun ta’ ħames membri jew iżjed.
  • 4. Il-President jivvota biss fl-equalita’ ta’ voti.
  • 5. Is-Segretarju jżomm ir-reġistri tas-Seduti kollha u l-korrispondenza tas-Soċjeta’ bil-Malti.
  • 6. Il-Kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jkollha s-Soċjeta’ u għandu jagħti tifsir ta’ l-amministrazzjoni tiegħu lill-Kumitat. Ma jistax iżomm aktar minn £ 50, somma akbar tkun imqegħda f’bank magħżul mill-Kumitat. Mill-bank ma jistgħawx jinġibdu flus ħlief bil-firma tal-President, tal-Kaxxier u tas-Segretarju. Jista’ jagħżel kollettur li jieħu 1/8 f’kull lira li jiġbor, pero’il-kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jiġbor il-kollettur.
  • 7. Il-Viċi President, l-Assistent Segretarju u l-Assistent Kaxxier jassistu lill-President, lis-Segretarju u lill-Kaxxier u jaġixxu flokhom meta’ dawn ikunu assenti.
  • 8. Iż-żewġ Membri tal-Kumitat li ma’ jkollhomx kariga, jaġixxu ta’ riservi.

Proċedura Ġenerali

  • 1. Kwalunkwe bniedem il fuq minn tmintax il-sena, jista’ jkun soċju, iżda id-dħul tas-Soċi huwa amministrat mill-Kumitat. Is-Soċi jkunu effettivi biss.
  • 2. Kull sena għandu jitħallas : 5/- bħala entratura ; 2/6 kull tlett xhur bil-quddiem bħala menswalita’. Meta’ Soċu jkun sitt xhur lura fil-ħas tal-menswalita’, il-Kumitat jista’ ma jikkunsidraħ aktar bħla Soċu u hu jitlef id-drittijiet kollha tiegħu.
  • 3. Fejn fl-opinjoni tal-Kumitat ikun hemm xi nuqqas ta’ mġieba tajba ta’ kwalunkwe Soċju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tkun finali.
  • 4. Il-Kworum ta’ Seduta Ġenerali jkun ta’ ħames Membri tal-Kumitat u ħamsin Soċju.
  • 5. Seduta Ġenerali issir mill-anqas darba kull sena u l-Kumitat jispjega l-amministrazzjoni tiegħu mill-aħħar Seduta Ġenerali. Biex seduta tkun siewja trid tkun avżata mill-anqas tmien t’ijiem qabel.
  • 6. Proposti li xi Soċju jkun irid iġib fis-Seduta Ġenerali għandhom ikunu rreġistrati għad is-Segretarju qabel jitwaħħal l-avviż tas-Seduta. Kwalunkwe proposta oħra tista’ tiġi rreġistrata mill-President.
  • 7. Għoxrin Soċju għandhom id-dritt li jitolbu Seduta Ġenerali permezz ta’ talba bil-miktub li jkun fiha l-isem u ‘l kunjom, il-laqam u l-indirizz ta’ dawn is-Soċi, lis-Segretarju barra mis-suġġetti li għalihom tkun se tiġi msejjħa l-laqgħa.
  • 8. Kwestjonijiet li fuqhom dawn ir-regolamenti ma jitkellmux ikunu deċiżi mill-Kumitat.

Xoljiment

Biex il-Każin jiddikjara xoljiment, trid issir Seduta Ġenerali avżata apposta u li fiha tlett kwarti tas-Soċi jivvotaw favur u f’dan il-każ is-Soċi jiddeċiedu b’maġġoranza sempli`i x’jagħmlu bil-propjeta’ tal-Każin.

  • Frans X. Dingli

Segretarju

  • Dun. Ġann Frangisk Grima

President

Fil-5 t’April 1946, il-Kumitat proviżorju, reġa ltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan. F’din is-seduta imtlew il-postijiet li kien hemm vakanti fl-uffiċċjalita’, skond l-istatut il-ġdid u nbidlu xi karigi:-

  • President Onorarju - Rev Kappillan Ġian Franġisk Grima
  • President - Dr Joseph Bonavia MD
  • Segretarju - Francis X Dingli
  • Kaxxier - Dr. Joseph Caruana MD
  • Viċi President - Felix Grech
  • Asst. Segretarju - Joseph Vassallo
  • Asst. Kaxxier - Joe Catania
  • Membru - Manwel Chetcuti
  • Membru - Manwel Bonnici

F’din is-seduta ġie deċiż ukoll li l-ewwel laqgħa ġenerali ssir fl-14 t’April 1946 u li l-Kumitat proviżorju jiġi approvat għal ewwel sena mingħajr votazzjoni. Fil-laqgħa li saret fid-9 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan inħatret kummissjoni ffurmata mill-istess Kappillan, Joseph Catania, Manwel Chetcuti u Manwel Bonnici biex tħejji għall-Laqgħa Ġenerali. Saret diskussjoni wkoll biex tinkera kamra li tifforma parti mid-dar numru 60, Triq San Pawl, biex ikun hemm aktar spazju fil-Każin.

L-EWWEL LAQGĦA ĠENERALI

Il-jum mistenni ta’ l-14 t’April 1946 wasal u fil-5.30 ta filgħaxija fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, li dak iż-żmien kienet fi Triq San Pawl, fuq il-Ġifen (ħanut tax-xorb), inġabru s-Soċi li n-numru tagħhom kien jammonta għal madwar 150. L-aġenda kellha fuqa żewġ punti, jiġifieri.

(1) Biex is-soċi jiġu nfurmati b’dak kollu li sar s’issa u japprovaw ir-regolamenti li għamel il-Kumitat. (2) Biex il-Kumitat jiġi awtorizzat ikompli għal sena mingħajr ma’ ssir votazzjoni.

Kien hemm deċiżjoni unanima li r-regolamenti jgħaddu kif proposti u l-Kumitat inħatar biex imexxi għal sena mingħajr ma’ saret votazzjoni.

Jumejn wara l-laqgħa ġenerali, il-Kumitat iltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan sabiex jiddiskuti l-ħruġ ta’ l-offerti għall-bottegin. Il-Kumitat qabel unanimament li jiżdiedu żewġ regolamenti fl-istatut, li kienu :

(09). Il-Każin ikun miftuħ kulljum sa nofs il-lejl. Fil-Milied, fl-Istrina u fid-Duluri jista’ jibqa miftuħ il-lejl kollhu. (10). Il-Każin ikollu bottegin li jservi għas-soċi biss u għal mistednin tagħhom. Pero’ ħadd ma jista’ jħallas ħlief is-soċi.

Fl-ewwel laqgħa uffiċċjali tiegħu il-Kumitat ġie affaċċjat bl-ewwel riżenja, dik ta’ l-Assistant Segretarju, Joe Vella. Minnfloku il-Kumitat ħatar bħala membru ġdid tiegħu lil Antonio Cassar.

L-EWWEL LAQGĦAT FIL-KAŻIN, L-ARMA U L-BOTTEGIN

Ir-regolamenti tal-bottegin li ġew approvati fil-laqgħa li saret fis-16 t’ April 1946, kiedu dawn : 01. Il-Kumitat jista’ jaċċetta jew jirrifjuta kwalunkwe offerta kemm vantaġġjuża jew żvantaġġjuża. 02. Membri tal-Każin u li jkunu jgħixu regolari is-sena kollha f’San Pawl il-Baħar biss, jistgħu jagħmlu offerta għall-Bottegin 03. L’ebda membru tal-Kumitat ma’ jista’ jagħmel offerta. 04. Il-Botteginar irid jiftaħ il-Każin kuljum u iżommu miftuħ mill-anqas sa l-għaxra ta’ bil-lejl u jekk ikun hemm bżonn anke sa’ nofs il-lejl. 05. Irid iżomm il-post nadif a sodisfazzjon tal-Kumitat 06. Irid jieħu ħsieb il-buon ordni tal-post u jirraporta lill-Kumitat kwalunkwe irregolarita’ tas-Soċi li jkun jaf biha. 07. Irid iforni fil-bottegin birra, nbid, spirti, luminata, te, kafe’, u affarijiet oħra ta’ dan il-ġeneru skond kif jordna il-Kumitat, u jrid iżomm prezzijiet skond il-liġi. 08. Il-bottegin jingħata għal sentejn, bil-kera titħallas sitt xhur bil-quddiem. 09. Jekk fl-opinjoni tal-Kumitat, il-botteginar ma jġibx ruħu tajjeb biżżejjed, fi kwalunkwe ħaġa, kemm fil-bottegin u kemm fil-każin, il-Kumitat ikollu d-dritt jagħtih tlett xhur żmien u jieħu lura il-bottegin u f’dan il-każ il-botteginar ma’ jkollux dritt għall-kera li jkun ħallas u għal ebda’ rikumpens ieħor, 10. Il-botteginar irid iforni l-Każin b’karti tal-logħob a spejjeż tiegħu u mill-ġbir li jiġbor jieħu 5/- fil-lira. Il-flus jinġabru ġo kaxxa maqfula li tkun fuq l-imwejjed tal-logħob u tinfetaħ kull tant żmien mill-Kaxxier fil-preżenza tal-botteginar. 11. Il-botteginar jista’ anke jkun kollettru tal-menswalita’ 12. Il-botteginar irid jieħu ħsieb huwa personalment jakkwista il-permessi kollha li jkollu bżonn għat-tmexxija tal-bottegin. 13. Il-botteginar ma’ jkollu l’ebda dritt minn tombli, lotteriji jew xi ġbir ieħor li jorganiżża l-Kumitat. 14. L’ispejjeż tal-fossa, ilma u l’elettriku ma humiex a karigu tal-botteginar.

Frans X. Dingli Segretarju

Dr. J Bonavia MD President








Kitba u tagħrif miġbur minn Keith Muscat

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Emmanuel Gauci 1948
02 Salvino Vella 1950 1967
03 Amante Attard 1967 1981
04 Charles Cachia 1981

Presidents

No President From Until
01 Fr. Ġann Franġisk Grima OFM Conv. 1947 1949
02 Dr. Ġużeppi Attard Montaldo 1949 1955
03 Dr. Mario Sant Cassia M.A. 1955 1981
04 John Bray 1981 1994
05 Paul Bugeja 1994
06 Saviour Bugeja
07 Gilbert Bugeja 2019

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - St Paul's Band Club (St Paul's Bay) (1995) 1995 *

Cd's

Programmes and Publications

Memorials

External links