Difference between revisions of "Soċjetà Mużikali San Pawl"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 160: Line 160:
Fis-27 ta’ Awwissu 1946 irriżenja s-Segretarju Frans X. Dingli, il-kumitat ħatar lil Dr. Joseph Attard Montalto LLD bħala Segretarju fil-5 ta’ Ottubru 1946.
Fis-27 ta’ Awwissu 1946 irriżenja s-Segretarju Frans X. Dingli, il-kumitat ħatar lil Dr. Joseph Attard Montalto LLD bħala Segretarju fil-5 ta’ Ottubru 1946.


== IT-TIENI LAQGĦA ĠENERALI ==
It-Tieni Laqgħa Ġenerali saret fil-Każin, fid-19 ta’ Jannar 1947.  F’din il-laqgħa ġie emendat l-Istatut, fis-sens li għandhom jiġu nominati sitt membri minflok tlieta u li setgħu jiġu nnominati aktar persuni bħala Presidenti Onorarji, apparti l-Kappillan tar-raħal.  Il-Laqgħa Ġenerali eleġġiet dan il-Kumitat :


* President     Dr. Joseph Attard Montalto LLD
* Vici President Lewis Borg
* Segretarju John Muscat
* Asst. Segretarju Peter Campbell
* Kaxxier     Joseph Catania
* Asst. Kaxxier Anthony Cassar
* Membri     Vincent Dimech
* Membri Gamri Galea
* Membri Emmanuel Chetcuti
* Membri Joseph Magro
* Membri     Joseph Busuttil
* Membri     Benjamin Sammut
Il-Kumitat fl-ewwel laqgħa tiegħu li saret fit-22 ta’ Jannar 1947, fil-Każin, ħatar lil Mro. [[Emmanuel Chetcuti]] bħala Direttur tal-Każin.  Ġie deċiz ukoll li b’effett mis-7 ta’ Jannar 1947 l-ħlas tal-menswalita’ jiġi ridott minn 2/6 għal 1/6.  Fit-tieni laqgħa, li saret fil-5 ta’ Frar 1947, il-Kumitat ħatar lit-Tabib Bonavia u lil Baruni [[Victor Chappelle]] bħala Presidenti Onorarji, il-Kappillan Ġian Franġisk Grima inħatar ex ufficcio.  Is-Sur '''Ġużi Magro''' inħatar bħala Awditur.  F’laqgħa li saret fid-19 ta’ Frar 1947 ġiet aċċettata l-proposta ta’ Manwel Chetcuti sabiex isir standart.  Lewis Borg u l-istess Chetcuti ġew ikkummissjonati sabiex jiġbru l-fondi għal istandart.
== IT-TWAQQIF TAL-BANDA ==
Fil-laqgħa li saret fis-26 ta’ Frar 1947, il-Kappillan ppreżenta lista ta’ persuni nteressati li jifformaw parti mill-orkestra.  Ftit taż-żmien qabel, il-Kappillan, waqt il-quddies kien għamel appell għal żgħażagħ li kienu nteressati li jitgħallmu xi strument biex javviċinawh u jinkitbu.
'''Ġamri Galea''' u '''Joseph Magro''' ġew inkarigati biex javviċinaw persuna adatta bħala Direttur ta’ l-Orkestra.  Fil-laqgħa li saret fil-5 ta’ Marzu 1947, Ġamri Galea nforma lill-Kumitat li kien avviċina lis-Surmast [[Ġanni Vella]], tal-Banda tal-Mosta, biex jibda’ jieħu ħsieb il-banda.  Jekk ma’ jkunx hemm qbil fuq il-kundizzjonijiet mas-Surmast Ġanni Vella, kellu jiġi avviċinat is-Surmast Emanuele Gauci minn [[Naxxar]]. 
Fit-12 ta’ Marzu 1947, waqt laqgħa tal-Kumitat, Mro. Emanuele Gauci ġie maħtur bħala l-ewwel Surmast tal-banda.  Il-Kumitat approva li Mro. Gauci jkollu salarju ta’ L 4 fix-xahar minbarra t-trasport u li l-lezzjonijiet, li kellhom isiru kull nhar ta’ Sibt fl-Iskola tal-Gvern, jibdew fl-1 t’April 1947. 
== FIL-21 ta’ MARZU 1947, IS-SEGRETARJU NFORMA L-KUMISSARJU TAL-PULIZIJA LI FIL-KAŻIN SAN PAWL KIENET ĠIET IFFURMATA BANDA ==
==LISTA TAS-SOĊI - 1946/47  - L-EWWEL SOĊI TAL-KAŻIN==
No. Name & Surname Nickname Door No. / Street Name
01. Toni Fenech Iċ-Ċiaċiu 200 St Paul’s Street
02. Pacik Zammit Tal-Figjan 30 Isward Street
03. Joseph Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street
04. Paul Chetcuti Ta’ Valent 7 St Francis Street
05. John Mary Vella Tas-Salina Salina Bay
06. Benjamin Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street
07. Andrea Sammut Tar-Re[ina 8 Qawra
08. Giamri Galea Ta’ Valent 4 Our Lady of Sorrow
09. Paolo Gauci 2 Xemxija
10. Joseph Deguara Ta’ Lantika 41 San Pawl Milqi’
11. Ventur Schembri Ta’ Nardu St Paul’s Street
12. Giamri Muscat Ta’ |arenu 357 High Street
13. John Fenech Il-Paradise 388 St Paul’s Street
14. Nikola Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street
15. Luka Magro Ta’ Ċenes Buġibba
16. Grezzju Gauci Ta’ Cenes 9 Erba’ Mwieżeb
17. Pinu Vella Pwales
18. Wistin Bartolo Tan-Naħla Pwales
19. Joseph Stellini 8 Parish Street
20. Carmel Deguara Ta’ Lantika 41 San Pawl Milqi’
21. Baskal Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street
22. Salvu Schembri Tad-Dudu 59 St Paul’s Street
23. Felic Cauchi Tal-Midneb 4 Isward Street
24. Joseph Camilleri Ta’ Berkuku Pwales
25. Anthony Cassar Ta’ Vira 5 St Francis Street
26. John Dimech Ta’ Supra Limbordin
27. Carmel Micallef Tal-Veċċ 6 Stella Maris Street
28. Joseph Chetcuti Ta’ Xmun Għerien
29. Andrea Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street
30. Mikiel Deguara Ta’ Lantika 4 Bu[ibba
31. Francis Borg Tal-Furjana 257 St Paul’s Street
32. Anthony Gauci Tal-Mink 5 Steps Street
33. Carmel Deguara Ta’ Lantika 7 Bu[ibba
34. Francis Gauci Tal-Mink 5 Steps Street
35. Joseph Cassar Ta’ Vira 6 Parish Street
36. Joseph Busuttil Tal-Bajjad 4 Steps Street
37. Geraldu Muscat Taż-Żokra Limbordin
38. Joseph Sciberras Tas-Sawran Qawra
39. Saver Sant Ta’ Manini 3 Isward Street
40. Francis Galea Tal-Veċċ Ġnien Borġ
41. Giamri Sant Ta’ Xewwex Irkupru
42. Carmel Sant Ta’ Xewwex Irkupru
43. Paul Altair Tad-Dadu 35 Isward Street
44. Carmel Cassar Ta’ Vira 6 Parish Street
45. Pawlu Gauci Tal-Farfett Limbordin
46. Geraldu Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street
47. Joseph Trapani Tal-Forn 301 St Paul’s Street
48. Pacik Vassallo Ta’ Miju San Martin
49. Manwel Fenech Ta’ Maħrisu San Martin
50. Carmelo Micallef Ta’ Ġiakki 18 St Paul’s Street
51. Salvu Sant Ta’ Giam Giam Qawra
52. Joseph Tanti 37 St John the Baptist
53. Anthony Frendo 2 St Joseph Street
54. Carmel Azzopardi Ta’ Ħaxxi 15 Buġibba
55. Bertu Sammut Ta’ Sajpura Qawra
56. Toni Vella Ta’ Beraħ 25 Isward Street
57. Joseph Agius 375 St Paul’s Street
58. Joseph Galea Tal-Widni Razzett, Tax-Xema
59. Eucharistico Muscat 69 H St Paul’s Street
60. Vincent Deguara Ta’ Beraħ 4 Buġibba
61. Spiro Brincat 27 Parish Street
62. Joseph Farrugia Villa Chappelle
63. Saver Altair Tad-Dadu 35 Isward Street
64. Carmelo Micallef Il-Lurin 230 St Paul’s Street
65. Paul Gauci Ta’ Fiset 6 Erba’ Mwieżeb
66. Francis Micallef Tal-Veċċ 6 Stella Maris Street
67. Toni Agius Tal-Għaweija 239 St Paul’s Street
68. Joseph Gauci Tal-Mink 28 Step Street
69. Joseph Mifsud Ta’ Bsiebes 12 Stella Maris Street
70. Francis Agius Tal-Għaweija 239 St Paul’s Street
71. Joseph Vella Ta’ Beraħ 25 C Isward Street
72. Joseph Vella Ix-Xikli 30 F Isward Street
73. Joseph Micallef Tal-Lurin 230 St Paul’s Street
74. Carmelo Bezzina Il-Bobes 21 Church Street
75. Toni Grech Tar-Ross 235 St Paul’s Street
76. Nazzarenu Sant Tal-Linja Limbordin
77. Joseph Muscat Tal-Bon` Għerien
78. Carlu Cassar Tal-Qorru 178 H St Paul’s Street
79. Pawlu Muscat Tal-Bon` Għerien
80. Mikiel Bonanno Ta’ Ciatna Manikata
81. Pawlu Dimech Tas-Supra Gnien Borġ
82. John Dimech Tas-Supra Gnien Borġ
83. Carmel Vella Tal-Mallun Għerien
84. Pawlu Micallef Tal-Lurin 230 St Paul’s Street
85. Carmnu Galea Tal-Veċċ Gnien Borġ
86. Manwel Chetcuti Ta’ Valent 294 St Paul’s Street
87. Manuel Sammut Ta’ Giam Giam 6 Qawra
88. Carmnu Schembri Ta’ Busewdin Busewdin
89. Carmnu Sant Ta’ Ħeża’ 25 Isward Street
90. Toni Borg Tal-Fiss 19 Church Street
91. Joseph Bonello Ta’ Vitor 5 Xemxija
92. Joseph Galea Tal-Widni Għajn Nastas
93. Vincent Dimech Ta’ Bistra 90 Burmarrat
94. Joseph Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat
95. Salvu Sant Ta’ Wenzina 61 Burmarrat
96. Francis Agius Taz-Zosfi 117 Burmarrat
97. Giamri Galea Ta’ Aroba 45 Burmarrat
98. Salvu Borg Tal-Mellieħi 49 Burmarrat
99. Joseph Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat
100. Grabiel Briffa Tal-Qormi 81 Burmarrat
101. M. Angelo Gatt Tal-Gżejri Għajn Raħana
102. George Briffa Tal-Qormi 87 Burmarrat
103. Marcel Agius Ta’ Mattew 10 Burmarrat
104. Fedele Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat
105. Vincent Gauci Ta’ Seraka 110 Burmarrat
106. Joseph Dimech Ta’ Bistra 90 Burmarrat
107. Paul Camilleri Ta’ Listoċċ 6 Burmarrat
108. Paul Agius Tal-Kumpass 44 Burmarrat
109. Paul Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat
110. Domenico Gauci Ta’ Seraka 119 Burmarrat
111. Salvu Camilleri Tac-Cupa 6 St Paul’s Street
112. John Xuereb Ta’ Grima Għajn Raħana
113. John Agius Kebbes 7 Burmarrat
114. Nikol Vella Ta’ Balinja Burmarrat
115. Carmel Camilleri Ta’ Listoċċ 6 Burmarrat
116. Angelo Agius Tal-Kumpass 59 Burmarrat
117. Joseph Agius Tal-Kumpass 59 Burmarrat
118. Angelo Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat
119. John Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat
120. Joseph Gatt Tal-Magna 14 Burmarrat
121. Francis Bonnici Tan-Nemusa 32 Burmarrat
122. Salvu Borg Tal-Mellieħi 48 Burmarrat
124. Joseph Catania Tas-Sanita’ 13 Stella Maris Street
125. Patrick Vella 109 St Paul’s Street
126. Nazzareno Muscat Tad-Dudu St Paul’s Street
127. Anthony Camilleri Tat-Te 62A St Paul’s Street
128. Carmelo Xiberras Tal-Cappella 380 St Paul’s Street
129. Manuel Gauci Ta’ Fiset 6 Erba’ Mwie\eb
130. Carmnu Altair Id-Di Di 380 St Paul’s Street
131. Manuel Stellini 8 Parish Street
132. Carmelo Vella Tal-Fizzjala 407 St Paul’s Street
133. Manuel Magro Ta’ Mnajjar 5 Bugibba
134. Joseph Agius Tal-Għawdxija 239 St Paul’s Street
135. Edward Maistre 8 St Francis Street
136. Joseph Sammut Tan-Nisa Qarbuni
137. Nenu Gauci Ta’ Vitor 2 Xemxija
138. Mr Grech Ta’ Saċċi My Nest St Paul’s Street
139. Francis Micallef Tal-Gerfux 206 St Paul’s Street
140. John Gauci Tal-Mink 28 Steps Street
141. Carlu Grima Tad-Doqdi 163 St Paul’s Street
142. Joseph Cilia Tac-Cakkar 8 Xemxija
143. Manuel Camilleri Ta’ Ġorġ 377 St Paul’s Street
144. Toni Cutajar Tal-Laħam 306 St Paul’s Street
145. Salvatore Cauchi Tal-Midneb 3 Isward Street
146. Pacik Galea Tal-Widni Għajn Nastas
147. Mose’ Fenech Tac-Ciaciu 4 Pwales
148. Pawlu Galea Tal-Widni Għajn Nastas
149. Joseph Galea Tal-Widni Għajn Nastas
150. Gianni Galea Tal-Widni Għajn Nastas
151. Joseph Borg Ta’ Grezz 343 St Paul’s Street
152. Joseph Stellini 8 Parish Street
153. Salvatore Gauci Tal-Fratell 2 Qawra
154. Pawlu Vella Ta’ Grezziu 2 Pwales
155. Joseph Agius Ta’ Ħaxwex 1 Qawra
156. Rafel Grech Tal-Mitħna 67 Bugibba
157. Manuel Zammit 16 Steps Street
158. Joseph Vella Tal-Fizziala 407 St Paul’s Street
159. Manuel Gauci Ta’ Cenes 4 Parish Street
160. Joseph Grima Ix-Xixa 4 Stella Maris Street
161. Carmnu Cremona Tal-Gillieru 66 St Paul’s by the Sea
162. Cikku Sciberras Ta’ Cappella 380 St Paul’s Street
163. Manuel Xuereb Tax-Xaħmija 29 Bugibba
164. Joseph Vassallo 327 St Paul’s Street
165. Giamri Agius Ta’ Bertuldu Irkupru
166. Carmel Fenech Id-Difer 9   Steps Street
167. Joseph Magro Ta’ Mnajjar 14 Church Street
168. Geroge Sant Ta’ Saver tal-Linja  3  Pwales
169. Salvu Muscat Tal-Ħabib 34 Wardija
170. Manuel Muscat Tal-Kejken 25 Parish Street
171. Nurat Sammut Ta’ Żakkew Qawra
172. Giuseppi Altari Tad-Dadu 35 Isward Street
173. John Brummer 62 F St Paul’s Street
174. Toni Sant Ta’ Żeża 25 Isward Street
175. Carmnu Gauci Ta’ Cenes 7 Erba’ Mwieżeb
176. Nazzareno Bugeja Taż-Żobri 58 St Paul’s Street
177. Manuel Bonnici Tan-Nemusa 32 Burmarrat
178. John Bartolo Tan-Naħla San Martin
179. Joseph Valla Ta’ Naziettu Għajn Tuffieħa
180. Grezzju Vella Ta’ Naziettu G]ajn Tuffieħa
181. Midju Chirchop Il-Helegis 349 St Paul’s Street
182. Vincent Cauchi Tal-Midneb Isward Street
183. Francis Cremona Tal-Gillieru St Paul’s by the Sea
184. Giamri Vella Ta’ Maħriżu San Martin
185. Carmelo Farrugia 9 Via Puales
186. Joseph Bonavia Dr St Paul’s Street
187. Francis Sant Cassia Konti Tower Road
188. Victor Chapelle Nobbli Villa Chapelle
189. Joseph Falzon 10 Church Street
190. Joseph Fenech Tal-Biank Pwales
191. Joseph Montalto LLD St Paul’s Street
192. Andrea Pisani Taż-Żingar Xemxija
193. Charles Portelli Ta’ Pupull 25 Isward Street
194. Francis Sammut Ta’ Bertu tas-Seipur Qawra
195. Francis X Dingli 329 St Paul’s Street
196. Gerald Dimech Tas-Supra Gnien Borg
197. Gio Maria Galea Ta’ Baskal Gnien Borg
198. Nazzarenu Sammut Ta’ Salvu ta’ Sottros Bugibba
199. Charles Zarb Ta’ Giusepp tan-Nemusa Għajn Tuffieħa
200. Mikil Catania 178B Fountain Street
201. John Chetcuti Ta’ Karmnu ta’ Xmun Għerien
202. Paul Camilleri Ta’ Rassa Għerien
203. George Quattromani 13 Our Lady of Sorrows
204. John Muscat Ta’ Barabanja 316 St Paul’s Street
205. Giamri Fenech Tal-Posta 384 St Paul’s Street
206. Giamri Sammut In-Nejju 396 St Paul’s Street
207. Joseph Bartolo Ta’ Wistin tan-Naħla Limbordin
208. Charles Calleja 386 St Paul’s Street
209. Gejtu Bonavia Fountain Street
210. Carmelo Busuttil Tal-Bajjad 22 St Publius Street
211. Spiro Vella Lord Nelson St Paul’s Str
212. John Zarha
213. Carmelo Bezzina Ta’ Giusti
214. Manwel Sammut Tal-Bilbel Burmarrat
215. Joseph Muscat Ta’ Barabanja 375 St Paul’s Street
216. Borg Lewis Tal-Glory St Paul’s Street
217. Vincent Gauci Tac-Cenes Erba’ Mwieżeb
218. Joseph Bugeja St Paul’s Street
219. Dwardu Sammut L’iskarpan 341 St Paul’s Street
220. Joseph D’Agostino 315 St Paul’s Street
221. Saver Muscat Ta’ Ġużepp Palma
222. Francis Vassallo Tal-Vaxxell Palma
223. Giovanni Vassallo Tal-Vaxxell Palma
224. Ventura Gauci Tal-Ventur Wardija
225. Toni Zarb Palma
226. John Bartolo Tan-Naħla San Martin
227. Vincent Bartolo Ta’ Wistin 111 Burmarrat
228. Salvu Tabone St Paul’s by the Sea
229. Emanuel Borg Tal-Fiss St Paul’s Street
230. Emanuel Musu’ Chatidral Street
231. Carmel Portelli Tal-Katik Church Street
232. Tony Sant Cassia St Paul’s Street
233. Paul Vella Ta’ Gaħa 102 Burmarrat
234. Toni Sammut
235. Jospeh Cuschieri Il-Marozz 32 Parish Street
236. Luigi Borg Ta’ Gużepp 34 Parish Street
237. Domenico Cassar 3 Our Lady of Sorrows
238. Emmanuele Micallef Ta’ |eppa Imdawwra
239. Baskal Galea Tal-Ve`` Ġnien Borg
240. Salvatore Gauci Ta’ Salvu ta’ Brodu Ġnien Borg
241. Constantino Micallef Ta’ Fazolu 2 Msida Rd (B’Kara)
242. Joseph Mizzi 99 Fleur de Lys (B’Kara)
243. Lewis Cassar Ta’ Vira 320 St Paul’s Street
244. Gianni Carabott 3 St Paul’s Street
245. Wi[i Pirotta       Miramar Hotel Tower Road
246. Joe Cuschieri 336 St Paul’s Street
248. Joseph Briffa
249. Gustu Debono 41 John the Babtist Str
250. Carlo Agius 375 St Paul’s Street
251. Carmelo Galea Tal-Widni Għajn Nastas
252. Manwel Saliba 62 I St Paul’s Street
253. Manwel Camilleri 30 St John the Baptist
254. Joseph Agius 12 Għajn Nastas
255. Angelo Agius Ta’ Buduldu Għajn Tuffieħa Rd.
256. Carmelo Agius 12 Erba’ Mwieżeb
257. Carmelo Xuereb 82 Chruch Street
258. Charles Pace Axiaq St Paul’s Street
259. John Muscat 357 St Paul’s Street
260. Carmelo Mizzi Fleru de Lys (Birkirkara)
261. Mikiel Camilleri Tac-Cupa 1 Our Lady of Sorrow
262. Tanti Paolo 28 A St Francis Street
263. Muscat Amabile 26 St Paul’s by the Sea





Revision as of 14:39, 2 August 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

L-Istorja tal-Każin Banda San Pawl

TWAQQIF TAS-ST PAUL'S BAY CLUB

Fl-1945, inħatar bħala d-disa’ Kappillan tal-Parroċċa ddekidata lill-Madonna tad-Duluri, Patri Ġann Franġisk Grima OFM Conv. Kienu s-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjijja u l-poplu Malti kien għadu qed jistejqer minn din it-traġedja, li sfortunatament messet lil San Pawl il-Baħar ukoll. Patri Ġann Franġisk ried jieħu ħsieb il-bniedem fil-milja tiegħu, jiġifieri ir-ruħ u l-ġisem. Ħadem u stinka kemm felaħ sabiex il-Pawlini jkunu moqdija spiritwalment bl-aħjar mod possibbli, imma ma’ waqafx hemm.

Nħar is-26 ta’ Marzu 1946 sejjaħ fl-uffiċċju tiegħu, fil-Kunvent, lil Francis X Dingli, Dr. Joseph Bonavia MD, Dr. Joseph Caruana MD, is-Sur Felix Grech u lis-Sur Joe Catania. L-għan li għalieh kienet issejħet din il-laqgħa kien biex f’San Pawl il-Baħar jinfetaħ Każin Soċjali, fejn l-irġiel ikollhom fejn jiltaqgħu u jqattgħu ftit tal-ħin. Għal dan il-għan, fl-istess laqgħa ġie ffurmat Kumitat temporanju li kellu jibda’ bit-tħejjijiet għat-twaqqif tal-Każin.

Fl-istess laqgħa il-Kumitat iddiskuta u aċċetta l-kundizzjonijiet li kellhu quddiemu fuq il-post numru 61, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u ġie deċiż li dan il-post, li qabel kien rekweżit mis-Servizz, isir is-sede tal-każin il-ġdid. Is-Segretarju tqabbad biex jagħmel abbozz tar-regolamenti għall-Każin.

L-EWWEL STATUT

Fit-tieni laqgħa li saret fl-1 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan, il-Kumitat approva unanimament ir-regolamenti u b’hekk ġie ffurmat l-Istatut tal-Każin.

STATUT

  • 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB
  • 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż.
  • 3. Il-Każin jista’ jifforma banda, orkestra jew teams ta’ sports pero’ ma’ jieħu ebda’ parti biex jgħin jew ifixkel xi partit politiku, filarmoniku, filodrammatiku, team ta’ sport jew xi korp ieħor kostitwit.
  • 4. Il-Każin ikun immexxi minn Kumitat magħmul minn President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u tlett membri oħra.
  • 5. Il-Kappillan tar-raħal biss jista’ jkun President Onorarju.
  • 6. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier għandhom kull sena, f’seduta Ġenerali, jagħtu riżultat tax-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena.
  • 7. Dan l-Istatut jista’ biss jiġi emendat f’seduta ġenerali li fiha jivvotaw tlett kwarti favur u li tkun ġiet imsejjħa apposta.

Kumitat

  • 1. Kull sena jiġi maħturin b’votazzjoni f’seduta ġenerali, il-membri tal-Kumitat li bejniethom jagħżlu l-uffiċċjalita’.
  • 2. Meta’ xi membru tal-Kumitat jispiċċa, jinħatar għal dik is-sena, il-membru mhux maħtur li jkun ġab l-aktar voti fl-aħħar votazzjoni.
  • 3. Il-kworum ikun ta’ ħames membri jew iżjed.
  • 4. Il-President jivvota biss fl-equalita’ ta’ voti.
  • 5. Is-Segretarju jżomm ir-reġistri tas-Seduti kollha u l-korrispondenza tas-Soċjeta’ bil-Malti.
  • 6. Il-Kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jkollha s-Soċjeta’ u għandu jagħti tifsir ta’ l-amministrazzjoni tiegħu lill-Kumitat. Ma jistax iżomm aktar minn £ 50, somma akbar tkun imqegħda f’bank magħżul mill-Kumitat. Mill-bank ma jistgħawx jinġibdu flus ħlief bil-firma tal-President, tal-Kaxxier u tas-Segretarju. Jista’ jagħżel kollettur li jieħu 1/8 f’kull lira li jiġbor, pero’il-kaxxier huwa responsabbli għall-flus li jiġbor il-kollettur.
  • 7. Il-Viċi President, l-Assistent Segretarju u l-Assistent Kaxxier jassistu lill-President, lis-Segretarju u lill-Kaxxier u jaġixxu flokhom meta’ dawn ikunu assenti.
  • 8. Iż-żewġ Membri tal-Kumitat li ma’ jkollhomx kariga, jaġixxu ta’ riservi.

Proċedura Ġenerali

  • 1. Kwalunkwe bniedem il fuq minn tmintax il-sena, jista’ jkun soċju, iżda id-dħul tas-Soċi huwa amministrat mill-Kumitat. Is-Soċi jkunu effettivi biss.
  • 2. Kull sena għandu jitħallas : 5/- bħala entratura ; 2/6 kull tlett xhur bil-quddiem bħala menswalita’. Meta’ Soċu jkun sitt xhur lura fil-ħas tal-menswalita’, il-Kumitat jista’ ma jikkunsidraħ aktar bħla Soċu u hu jitlef id-drittijiet kollha tiegħu.
  • 3. Fejn fl-opinjoni tal-Kumitat ikun hemm xi nuqqas ta’ mġieba tajba ta’ kwalunkwe Soċju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tkun finali.
  • 4. Il-Kworum ta’ Seduta Ġenerali jkun ta’ ħames Membri tal-Kumitat u ħamsin Soċju.
  • 5. Seduta Ġenerali issir mill-anqas darba kull sena u l-Kumitat jispjega l-amministrazzjoni tiegħu mill-aħħar Seduta Ġenerali. Biex seduta tkun siewja trid tkun avżata mill-anqas tmien t’ijiem qabel.
  • 6. Proposti li xi Soċju jkun irid iġib fis-Seduta Ġenerali għandhom ikunu rreġistrati għad is-Segretarju qabel jitwaħħal l-avviż tas-Seduta. Kwalunkwe proposta oħra tista’ tiġi rreġistrata mill-President.
  • 7. Għoxrin Soċju għandhom id-dritt li jitolbu Seduta Ġenerali permezz ta’ talba bil-miktub li jkun fiha l-isem u ‘l kunjom, il-laqam u l-indirizz ta’ dawn is-Soċi, lis-Segretarju barra mis-suġġetti li għalihom tkun se tiġi msejjħa l-laqgħa.
  • 8. Kwestjonijiet li fuqhom dawn ir-regolamenti ma jitkellmux ikunu deċiżi mill-Kumitat.

Xoljiment

Biex il-Każin jiddikjara xoljiment, trid issir Seduta Ġenerali avżata apposta u li fiha tlett kwarti tas-Soċi jivvotaw favur u f’dan il-każ is-Soċi jiddeċiedu b’maġġoranza sempli`i x’jagħmlu bil-propjeta’ tal-Każin.

  • Frans X. Dingli

Segretarju

  • Dun. Ġann Frangisk Grima

President

Fil-5 t’April 1946, il-Kumitat proviżorju, reġa ltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan. F’din is-seduta imtlew il-postijiet li kien hemm vakanti fl-uffiċċjalita’, skond l-istatut il-ġdid u nbidlu xi karigi:-

  • President Onorarju - Rev Kappillan Ġian Franġisk Grima
  • President - Dr Joseph Bonavia MD
  • Segretarju - Francis X Dingli
  • Kaxxier - Dr. Joseph Caruana MD
  • Viċi President - Felix Grech
  • Asst. Segretarju - Joseph Vassallo
  • Asst. Kaxxier - Joe Catania
  • Membru - Manwel Chetcuti
  • Membru - Manwel Bonnici

F’din is-seduta ġie deċiż ukoll li l-ewwel laqgħa ġenerali ssir fl-14 t’April 1946 u li l-Kumitat proviżorju jiġi approvat għal ewwel sena mingħajr votazzjoni. Fil-laqgħa li saret fid-9 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan inħatret kummissjoni ffurmata mill-istess Kappillan, Joseph Catania, Manwel Chetcuti u Manwel Bonnici biex tħejji għall-Laqgħa Ġenerali. Saret diskussjoni wkoll biex tinkera kamra li tifforma parti mid-dar numru 60, Triq San Pawl, biex ikun hemm aktar spazju fil-Każin.

L-EWWEL LAQGĦA ĠENERALI

Il-jum mistenni ta’ l-14 t’April 1946 wasal u fil-5.30 ta filgħaxija fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, li dak iż-żmien kienet fi Triq San Pawl, fuq il-Ġifen (ħanut tax-xorb), inġabru s-Soċi li n-numru tagħhom kien jammonta għal madwar 150. L-aġenda kellha fuqa żewġ punti, jiġifieri.

(1) Biex is-soċi jiġu nfurmati b’dak kollu li sar s’issa u japprovaw ir-regolamenti li għamel il-Kumitat. (2) Biex il-Kumitat jiġi awtorizzat ikompli għal sena mingħajr ma’ ssir votazzjoni.

Kien hemm deċiżjoni unanima li r-regolamenti jgħaddu kif proposti u l-Kumitat inħatar biex imexxi għal sena mingħajr ma’ saret votazzjoni.

Jumejn wara l-laqgħa ġenerali, il-Kumitat iltaqa’ fl-Uffiċċju tal-Kappillan sabiex jiddiskuti l-ħruġ ta’ l-offerti għall-bottegin. Il-Kumitat qabel unanimament li jiżdiedu żewġ regolamenti fl-istatut, li kienu :

(09). Il-Każin ikun miftuħ kulljum sa nofs il-lejl. Fil-Milied, fl-Istrina u fid-Duluri jista’ jibqa miftuħ il-lejl kollhu. (10). Il-Każin ikollu bottegin li jservi għas-soċi biss u għal mistednin tagħhom. Pero’ ħadd ma jista’ jħallas ħlief is-soċi.

Fl-ewwel laqgħa uffiċċjali tiegħu il-Kumitat ġie affaċċjat bl-ewwel riżenja, dik ta’ l-Assistant Segretarju, Joe Vella. Minnfloku il-Kumitat ħatar bħala membru ġdid tiegħu lil Antonio Cassar.

L-EWWEL LAQGĦAT FIL-KAŻIN, L-ARMA U L-BOTTEGIN

Ir-regolamenti tal-bottegin li ġew approvati fil-laqgħa li saret fis-16 t’ April 1946, kiedu dawn :

  • 01. Il-Kumitat jista’ jaċċetta jew jirrifjuta kwalunkwe offerta kemm vantaġġjuża jew żvantaġġjuża.
  • 02. Membri tal-Każin u li jkunu jgħixu regolari is-sena kollha f’San Pawl il-Baħar biss, jistgħu jagħmlu offerta għall-Bottegin
  • 03. L’ebda membru tal-Kumitat ma’ jista’ jagħmel offerta.
  • 04. Il-Botteginar irid jiftaħ il-Każin kuljum u iżommu miftuħ mill-anqas sa l-għaxra ta’ bil-lejl u jekk ikun hemm bżonn anke sa’ nofs il-lejl.
  • 05. Irid iżomm il-post nadif a sodisfazzjon tal-Kumitat
  • 06. Irid jieħu ħsieb il-buon ordni tal-post u jirraporta lill-Kumitat kwalunkwe irregolarita’ tas-Soċi li jkun jaf biha.
  • 07. Irid iforni fil-bottegin birra, nbid, spirti, luminata, te, kafe’, u affarijiet oħra ta’ dan il-ġeneru skond kif jordna il-Kumitat, u jrid iżomm prezzijiet skond il-liġi.
  • 08. Il-bottegin jingħata għal sentejn, bil-kera titħallas sitt xhur bil-quddiem.
  • 09. Jekk fl-opinjoni tal-Kumitat, il-botteginar ma jġibx ruħu tajjeb biżżejjed, fi kwalunkwe ħaġa, kemm fil-bottegin u kemm fil-każin, il-Kumitat ikollu d-dritt jagħtih tlett xhur żmien u jieħu lura il-bottegin u f’dan il-każ il-botteginar ma’ jkollux dritt għall-kera li jkun ħallas u għal ebda’ rikumpens ieħor,
  • 10. Il-botteginar irid iforni l-Każin b’karti tal-logħob a spejjeż tiegħu u mill-ġbir li jiġbor jieħu 5/- fil-lira. Il-flus jinġabru ġo kaxxa maqfula li tkun fuq l-imwejjed tal-logħob u tinfetaħ kull tant żmien mill-Kaxxier fil-preżenza tal-botteginar.
  • 11. Il-botteginar jista’ anke jkun kollettru tal-menswalita’
  • 12. Il-botteginar irid jieħu ħsieb huwa personalment jakkwista il-permessi kollha li jkollu bżonn għat-tmexxija tal-bottegin.
  • 13. Il-botteginar ma’ jkollu l’ebda dritt minn tombli, lotteriji jew xi ġbir ieħor li jorganiżża l-Kumitat.
  • 14. L’ispejjeż tal-fossa, ilma u l’elettriku ma humiex a karigu tal-botteginar.

Frans X. Dingli Segretarju

Dr. J Bonavia MD President

F’Mejju 1946 sar festin fl-okkażżjoni tal-futħ tal-Każin.

Fit-28 ta’ Awissu 1946, il-Kumitat iltaqa’ għal ewwel darba fil-Każin, bil-għan li jinfetħu l-offerti għall-bottegin. L-offerti kienu hekk:

  • Nazzarenu Bugeja L 15.00.0 fis-sena
  • Grezju Gauci u Joseph Borg L 18.00.0 fis-sena
  • Paul Gauci u Carmelo Farrugia L 35.00.0 fis-sena
  • Carmelo Cassar u Ninu Cutajar L 35.00.0 fis-sena

Peress li l-għola żewġ offerenti kienu qed joffru l’istess somma, il-Kumitat qabel li dawn l-offerenti jissejħu quddiemu u tittellgħa x-xorti rigward min kien se jieħu l-bottegin.

Din il-proċedura saret fil-laqgħa li ssejħet fit-3 ta’ Mejju 1946, fil-Każin. Ix-xorti messet lil Paul Gauci u Carmelo Farrugia u għalhekk dawn is-sinjuri saru l-ewwel botteginari tas-St Paul’s Bay Club.

Fl-istess laqgħa ġie approvat abbozz ta’ arma għall-Każin, liema abbozz tħejja minn Patri Felic Sammut OFM Conv.

TWAQQIF TA’ FERGĦAT – ARTI DRAMMATIKA, SPORT, ARMAR TA’ BARRA FIL-FESTA U ORKESTRA

Fil-laqgħa li saret fil-15 ta’ Mejju 1946 bdew iseħħu żviluppi nteressanti. Ġiet aċċettata il-proposta li ressaq Antonio Cassar sabiex fil-Każin tiġi ffurmata fergħa għall-arti drammatika. Il-Kumitat ħatar lill-istess Antonio Cassar sabiex ikun responsabbli minn din il-fergħa.

Proposta oħra din id-darba mressqa minn Manwel Chetcuti kienet biex titwaqqaf fergħa biex tieħu ħsieb l-armar ta’ barra tal-festa tad-Duluri. Il-Kumitat qabel ma din il-proposta u ħatar lil Manwel Chetcuti biex jieħu ħsieb din il-fergħa.

Is-Sur Joe Catania ippropona u nħatar biex imexxi fergħa oħra, din id-darba assoċċjata ma l-organizazzjoni ta l-isport.

Prosta oħra importanti li saret kienet ukoll imressqa minn Joe Catania li ppropona li tingħaqad orkestra mis-soċi tal-Każin. Ġie deċiż li jintagħżlu żewġ mużiċisti biex jifformaw l-orkestra.

TIBDIL FIL-KUMITAT

Fl-istess laqgħa il-Kumitat aċċetta ir-riżenja tal-Viċi President Felix Grech, tal-Kaxxier Dr.G Caruana u tal-Membru Manwel Bonici. Minflokhom ġew proposti li jinħatru Dr. Joseph Attard Montalto LLD, Baskal Sammut ta’ Mnajjar u lil Joseph Sammut ta’ Frendo.

Fil-25 ta’ April 1946 ingħataw il-karigi lill-membri l-ġodda u l-Kumitat ġie ffurmat hekk :

  • President Onorarju Rev. Kappillan F. Ġann Franġisk Grima
  • President Dr. Joseph Bonavia MD
  • Viċi President Dr. Joseph Attard Montalto LLD
  • Segretarju Frans X. Dingli
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Asst Segretarju Joseph Vassallo
  • Asst Kaxxier Joseph Sammut
  • Membri Manwel Chetcuti
  • Membri Antonio Cassar
  • Membri Baskal Sammut

Sar ukoll xi tibdil fit-tmexxija tal-fergħat. Baskal Sammut ingħata l-inkarigu biex imexxi l-fergħa ddrammatika minflok Toni Cassar li ngħata l-inkarigu li jmexxi l-andament ta’ l-orkestra minflok Frans X. Dingli.

Fil-laqgħa li saret fit-28 ta’ Mejju 1946, ġie deċiż fost affarijiet oħra li l-Każin ikun abbonat fil-ġurnali Times of Malta u l-Berqa.

Waqt laqgħa li saret fit-3 ta’ Lulju 1946 ġie deċiż li d-dawl li jintrama għall-festa tad-Duluri jinxtgħel u jitħallas mill-Każin.

Fil-laqgħa li saret fit-23 ta’ Lulju 1946, il-Kumitat aċċetta ir-riżenja ta’ Joseph Vassallo mill-Kumitat. Inħatar bħala Assistent Segretarju minfloku John Muscat. Fl-istess laqgħa Joseph Catania, E Chetcuti u T Cassar ġew maħtura mill-Kumitat biex jissorvelljaw il-baned mistiedna għall-festa.

Fis-27 ta’ Awwissu 1946 irriżenja s-Segretarju Frans X. Dingli, il-kumitat ħatar lil Dr. Joseph Attard Montalto LLD bħala Segretarju fil-5 ta’ Ottubru 1946.

IT-TIENI LAQGĦA ĠENERALI

It-Tieni Laqgħa Ġenerali saret fil-Każin, fid-19 ta’ Jannar 1947. F’din il-laqgħa ġie emendat l-Istatut, fis-sens li għandhom jiġu nominati sitt membri minflok tlieta u li setgħu jiġu nnominati aktar persuni bħala Presidenti Onorarji, apparti l-Kappillan tar-raħal. Il-Laqgħa Ġenerali eleġġiet dan il-Kumitat :

  • President Dr. Joseph Attard Montalto LLD
  • Vici President Lewis Borg
  • Segretarju John Muscat
  • Asst. Segretarju Peter Campbell
  • Kaxxier Joseph Catania
  • Asst. Kaxxier Anthony Cassar
  • Membri Vincent Dimech
  • Membri Gamri Galea
  • Membri Emmanuel Chetcuti
  • Membri Joseph Magro
  • Membri Joseph Busuttil
  • Membri Benjamin Sammut

Il-Kumitat fl-ewwel laqgħa tiegħu li saret fit-22 ta’ Jannar 1947, fil-Każin, ħatar lil Mro. Emmanuel Chetcuti bħala Direttur tal-Każin. Ġie deċiz ukoll li b’effett mis-7 ta’ Jannar 1947 l-ħlas tal-menswalita’ jiġi ridott minn 2/6 għal 1/6. Fit-tieni laqgħa, li saret fil-5 ta’ Frar 1947, il-Kumitat ħatar lit-Tabib Bonavia u lil Baruni Victor Chappelle bħala Presidenti Onorarji, il-Kappillan Ġian Franġisk Grima inħatar ex ufficcio. Is-Sur Ġużi Magro inħatar bħala Awditur. F’laqgħa li saret fid-19 ta’ Frar 1947 ġiet aċċettata l-proposta ta’ Manwel Chetcuti sabiex isir standart. Lewis Borg u l-istess Chetcuti ġew ikkummissjonati sabiex jiġbru l-fondi għal istandart.

IT-TWAQQIF TAL-BANDA

Fil-laqgħa li saret fis-26 ta’ Frar 1947, il-Kappillan ppreżenta lista ta’ persuni nteressati li jifformaw parti mill-orkestra. Ftit taż-żmien qabel, il-Kappillan, waqt il-quddies kien għamel appell għal żgħażagħ li kienu nteressati li jitgħallmu xi strument biex javviċinawh u jinkitbu.

Ġamri Galea u Joseph Magro ġew inkarigati biex javviċinaw persuna adatta bħala Direttur ta’ l-Orkestra. Fil-laqgħa li saret fil-5 ta’ Marzu 1947, Ġamri Galea nforma lill-Kumitat li kien avviċina lis-Surmast Ġanni Vella, tal-Banda tal-Mosta, biex jibda’ jieħu ħsieb il-banda. Jekk ma’ jkunx hemm qbil fuq il-kundizzjonijiet mas-Surmast Ġanni Vella, kellu jiġi avviċinat is-Surmast Emanuele Gauci minn Naxxar.

Fit-12 ta’ Marzu 1947, waqt laqgħa tal-Kumitat, Mro. Emanuele Gauci ġie maħtur bħala l-ewwel Surmast tal-banda. Il-Kumitat approva li Mro. Gauci jkollu salarju ta’ L 4 fix-xahar minbarra t-trasport u li l-lezzjonijiet, li kellhom isiru kull nhar ta’ Sibt fl-Iskola tal-Gvern, jibdew fl-1 t’April 1947.

FIL-21 ta’ MARZU 1947, IS-SEGRETARJU NFORMA L-KUMISSARJU TAL-PULIZIJA LI FIL-KAŻIN SAN PAWL KIENET ĠIET IFFURMATA BANDA

LISTA TAS-SOĊI - 1946/47 - L-EWWEL SOĊI TAL-KAŻIN

No. Name & Surname Nickname Door No. / Street Name 01. Toni Fenech Iċ-Ċiaċiu 200 St Paul’s Street 02. Pacik Zammit Tal-Figjan 30 Isward Street 03. Joseph Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street 04. Paul Chetcuti Ta’ Valent 7 St Francis Street 05. John Mary Vella Tas-Salina Salina Bay 06. Benjamin Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street 07. Andrea Sammut Tar-Re[ina 8 Qawra 08. Giamri Galea Ta’ Valent 4 Our Lady of Sorrow 09. Paolo Gauci 2 Xemxija 10. Joseph Deguara Ta’ Lantika 41 San Pawl Milqi’ 11. Ventur Schembri Ta’ Nardu St Paul’s Street 12. Giamri Muscat Ta’ |arenu 357 High Street 13. John Fenech Il-Paradise 388 St Paul’s Street 14. Nikola Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street 15. Luka Magro Ta’ Ċenes Buġibba 16. Grezzju Gauci Ta’ Cenes 9 Erba’ Mwieżeb 17. Pinu Vella Pwales 18. Wistin Bartolo Tan-Naħla Pwales 19. Joseph Stellini 8 Parish Street 20. Carmel Deguara Ta’ Lantika 41 San Pawl Milqi’ 21. Baskal Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street 22. Salvu Schembri Tad-Dudu 59 St Paul’s Street 23. Felic Cauchi Tal-Midneb 4 Isward Street 24. Joseph Camilleri Ta’ Berkuku Pwales 25. Anthony Cassar Ta’ Vira 5 St Francis Street 26. John Dimech Ta’ Supra Limbordin 27. Carmel Micallef Tal-Veċċ 6 Stella Maris Street 28. Joseph Chetcuti Ta’ Xmun Għerien 29. Andrea Sammut Ta’ Mnajjar 398 St Paul’s Street 30. Mikiel Deguara Ta’ Lantika 4 Bu[ibba 31. Francis Borg Tal-Furjana 257 St Paul’s Street 32. Anthony Gauci Tal-Mink 5 Steps Street 33. Carmel Deguara Ta’ Lantika 7 Bu[ibba 34. Francis Gauci Tal-Mink 5 Steps Street 35. Joseph Cassar Ta’ Vira 6 Parish Street 36. Joseph Busuttil Tal-Bajjad 4 Steps Street 37. Geraldu Muscat Taż-Żokra Limbordin 38. Joseph Sciberras Tas-Sawran Qawra 39. Saver Sant Ta’ Manini 3 Isward Street 40. Francis Galea Tal-Veċċ Ġnien Borġ 41. Giamri Sant Ta’ Xewwex Irkupru 42. Carmel Sant Ta’ Xewwex Irkupru 43. Paul Altair Tad-Dadu 35 Isward Street 44. Carmel Cassar Ta’ Vira 6 Parish Street 45. Pawlu Gauci Tal-Farfett Limbordin 46. Geraldu Sammut Ta’ Frendu 266 St Paul’s Street 47. Joseph Trapani Tal-Forn 301 St Paul’s Street 48. Pacik Vassallo Ta’ Miju San Martin 49. Manwel Fenech Ta’ Maħrisu San Martin 50. Carmelo Micallef Ta’ Ġiakki 18 St Paul’s Street 51. Salvu Sant Ta’ Giam Giam Qawra 52. Joseph Tanti 37 St John the Baptist 53. Anthony Frendo 2 St Joseph Street 54. Carmel Azzopardi Ta’ Ħaxxi 15 Buġibba 55. Bertu Sammut Ta’ Sajpura Qawra 56. Toni Vella Ta’ Beraħ 25 Isward Street 57. Joseph Agius 375 St Paul’s Street 58. Joseph Galea Tal-Widni Razzett, Tax-Xema 59. Eucharistico Muscat 69 H St Paul’s Street 60. Vincent Deguara Ta’ Beraħ 4 Buġibba 61. Spiro Brincat 27 Parish Street 62. Joseph Farrugia Villa Chappelle 63. Saver Altair Tad-Dadu 35 Isward Street 64. Carmelo Micallef Il-Lurin 230 St Paul’s Street 65. Paul Gauci Ta’ Fiset 6 Erba’ Mwieżeb 66. Francis Micallef Tal-Veċċ 6 Stella Maris Street 67. Toni Agius Tal-Għaweija 239 St Paul’s Street 68. Joseph Gauci Tal-Mink 28 Step Street 69. Joseph Mifsud Ta’ Bsiebes 12 Stella Maris Street 70. Francis Agius Tal-Għaweija 239 St Paul’s Street 71. Joseph Vella Ta’ Beraħ 25 C Isward Street 72. Joseph Vella Ix-Xikli 30 F Isward Street 73. Joseph Micallef Tal-Lurin 230 St Paul’s Street 74. Carmelo Bezzina Il-Bobes 21 Church Street 75. Toni Grech Tar-Ross 235 St Paul’s Street 76. Nazzarenu Sant Tal-Linja Limbordin 77. Joseph Muscat Tal-Bon` Għerien 78. Carlu Cassar Tal-Qorru 178 H St Paul’s Street 79. Pawlu Muscat Tal-Bon` Għerien 80. Mikiel Bonanno Ta’ Ciatna Manikata 81. Pawlu Dimech Tas-Supra Gnien Borġ 82. John Dimech Tas-Supra Gnien Borġ 83. Carmel Vella Tal-Mallun Għerien 84. Pawlu Micallef Tal-Lurin 230 St Paul’s Street 85. Carmnu Galea Tal-Veċċ Gnien Borġ 86. Manwel Chetcuti Ta’ Valent 294 St Paul’s Street 87. Manuel Sammut Ta’ Giam Giam 6 Qawra 88. Carmnu Schembri Ta’ Busewdin Busewdin 89. Carmnu Sant Ta’ Ħeża’ 25 Isward Street 90. Toni Borg Tal-Fiss 19 Church Street 91. Joseph Bonello Ta’ Vitor 5 Xemxija 92. Joseph Galea Tal-Widni Għajn Nastas 93. Vincent Dimech Ta’ Bistra 90 Burmarrat 94. Joseph Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat 95. Salvu Sant Ta’ Wenzina 61 Burmarrat 96. Francis Agius Taz-Zosfi 117 Burmarrat 97. Giamri Galea Ta’ Aroba 45 Burmarrat 98. Salvu Borg Tal-Mellieħi 49 Burmarrat 99. Joseph Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat 100. Grabiel Briffa Tal-Qormi 81 Burmarrat 101. M. Angelo Gatt Tal-Gżejri Għajn Raħana 102. George Briffa Tal-Qormi 87 Burmarrat 103. Marcel Agius Ta’ Mattew 10 Burmarrat 104. Fedele Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat 105. Vincent Gauci Ta’ Seraka 110 Burmarrat 106. Joseph Dimech Ta’ Bistra 90 Burmarrat 107. Paul Camilleri Ta’ Listoċċ 6 Burmarrat 108. Paul Agius Tal-Kumpass 44 Burmarrat 109. Paul Bartolo Ta’ Wistin 23 Burmarrat 110. Domenico Gauci Ta’ Seraka 119 Burmarrat 111. Salvu Camilleri Tac-Cupa 6 St Paul’s Street 112. John Xuereb Ta’ Grima Għajn Raħana 113. John Agius Kebbes 7 Burmarrat 114. Nikol Vella Ta’ Balinja Burmarrat 115. Carmel Camilleri Ta’ Listoċċ 6 Burmarrat 116. Angelo Agius Tal-Kumpass 59 Burmarrat 117. Joseph Agius Tal-Kumpass 59 Burmarrat 118. Angelo Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat 119. John Gauci Ta’ Seraka 111 Burmarrat 120. Joseph Gatt Tal-Magna 14 Burmarrat 121. Francis Bonnici Tan-Nemusa 32 Burmarrat 122. Salvu Borg Tal-Mellieħi 48 Burmarrat 124. Joseph Catania Tas-Sanita’ 13 Stella Maris Street 125. Patrick Vella 109 St Paul’s Street 126. Nazzareno Muscat Tad-Dudu St Paul’s Street 127. Anthony Camilleri Tat-Te 62A St Paul’s Street 128. Carmelo Xiberras Tal-Cappella 380 St Paul’s Street 129. Manuel Gauci Ta’ Fiset 6 Erba’ Mwie\eb 130. Carmnu Altair Id-Di Di 380 St Paul’s Street 131. Manuel Stellini 8 Parish Street 132. Carmelo Vella Tal-Fizzjala 407 St Paul’s Street 133. Manuel Magro Ta’ Mnajjar 5 Bugibba 134. Joseph Agius Tal-Għawdxija 239 St Paul’s Street 135. Edward Maistre 8 St Francis Street 136. Joseph Sammut Tan-Nisa Qarbuni 137. Nenu Gauci Ta’ Vitor 2 Xemxija 138. Mr Grech Ta’ Saċċi My Nest St Paul’s Street 139. Francis Micallef Tal-Gerfux 206 St Paul’s Street 140. John Gauci Tal-Mink 28 Steps Street 141. Carlu Grima Tad-Doqdi 163 St Paul’s Street 142. Joseph Cilia Tac-Cakkar 8 Xemxija 143. Manuel Camilleri Ta’ Ġorġ 377 St Paul’s Street 144. Toni Cutajar Tal-Laħam 306 St Paul’s Street 145. Salvatore Cauchi Tal-Midneb 3 Isward Street 146. Pacik Galea Tal-Widni Għajn Nastas 147. Mose’ Fenech Tac-Ciaciu 4 Pwales 148. Pawlu Galea Tal-Widni Għajn Nastas 149. Joseph Galea Tal-Widni Għajn Nastas 150. Gianni Galea Tal-Widni Għajn Nastas 151. Joseph Borg Ta’ Grezz 343 St Paul’s Street 152. Joseph Stellini 8 Parish Street 153. Salvatore Gauci Tal-Fratell 2 Qawra 154. Pawlu Vella Ta’ Grezziu 2 Pwales 155. Joseph Agius Ta’ Ħaxwex 1 Qawra 156. Rafel Grech Tal-Mitħna 67 Bugibba 157. Manuel Zammit 16 Steps Street 158. Joseph Vella Tal-Fizziala 407 St Paul’s Street 159. Manuel Gauci Ta’ Cenes 4 Parish Street 160. Joseph Grima Ix-Xixa 4 Stella Maris Street 161. Carmnu Cremona Tal-Gillieru 66 St Paul’s by the Sea 162. Cikku Sciberras Ta’ Cappella 380 St Paul’s Street 163. Manuel Xuereb Tax-Xaħmija 29 Bugibba 164. Joseph Vassallo 327 St Paul’s Street 165. Giamri Agius Ta’ Bertuldu Irkupru 166. Carmel Fenech Id-Difer 9 Steps Street 167. Joseph Magro Ta’ Mnajjar 14 Church Street 168. Geroge Sant Ta’ Saver tal-Linja 3 Pwales 169. Salvu Muscat Tal-Ħabib 34 Wardija 170. Manuel Muscat Tal-Kejken 25 Parish Street 171. Nurat Sammut Ta’ Żakkew Qawra 172. Giuseppi Altari Tad-Dadu 35 Isward Street 173. John Brummer 62 F St Paul’s Street 174. Toni Sant Ta’ Żeża 25 Isward Street 175. Carmnu Gauci Ta’ Cenes 7 Erba’ Mwieżeb 176. Nazzareno Bugeja Taż-Żobri 58 St Paul’s Street 177. Manuel Bonnici Tan-Nemusa 32 Burmarrat 178. John Bartolo Tan-Naħla San Martin 179. Joseph Valla Ta’ Naziettu Għajn Tuffieħa 180. Grezzju Vella Ta’ Naziettu G]ajn Tuffieħa 181. Midju Chirchop Il-Helegis 349 St Paul’s Street 182. Vincent Cauchi Tal-Midneb Isward Street 183. Francis Cremona Tal-Gillieru St Paul’s by the Sea 184. Giamri Vella Ta’ Maħriżu San Martin 185. Carmelo Farrugia 9 Via Puales 186. Joseph Bonavia Dr St Paul’s Street 187. Francis Sant Cassia Konti Tower Road 188. Victor Chapelle Nobbli Villa Chapelle 189. Joseph Falzon 10 Church Street 190. Joseph Fenech Tal-Biank Pwales 191. Joseph Montalto LLD St Paul’s Street 192. Andrea Pisani Taż-Żingar Xemxija 193. Charles Portelli Ta’ Pupull 25 Isward Street 194. Francis Sammut Ta’ Bertu tas-Seipur Qawra 195. Francis X Dingli 329 St Paul’s Street 196. Gerald Dimech Tas-Supra Gnien Borg 197. Gio Maria Galea Ta’ Baskal Gnien Borg 198. Nazzarenu Sammut Ta’ Salvu ta’ Sottros Bugibba 199. Charles Zarb Ta’ Giusepp tan-Nemusa Għajn Tuffieħa 200. Mikil Catania 178B Fountain Street 201. John Chetcuti Ta’ Karmnu ta’ Xmun Għerien 202. Paul Camilleri Ta’ Rassa Għerien 203. George Quattromani 13 Our Lady of Sorrows 204. John Muscat Ta’ Barabanja 316 St Paul’s Street 205. Giamri Fenech Tal-Posta 384 St Paul’s Street 206. Giamri Sammut In-Nejju 396 St Paul’s Street 207. Joseph Bartolo Ta’ Wistin tan-Naħla Limbordin 208. Charles Calleja 386 St Paul’s Street 209. Gejtu Bonavia Fountain Street 210. Carmelo Busuttil Tal-Bajjad 22 St Publius Street 211. Spiro Vella Lord Nelson St Paul’s Str 212. John Zarha 213. Carmelo Bezzina Ta’ Giusti 214. Manwel Sammut Tal-Bilbel Burmarrat 215. Joseph Muscat Ta’ Barabanja 375 St Paul’s Street 216. Borg Lewis Tal-Glory St Paul’s Street 217. Vincent Gauci Tac-Cenes Erba’ Mwieżeb 218. Joseph Bugeja St Paul’s Street 219. Dwardu Sammut L’iskarpan 341 St Paul’s Street 220. Joseph D’Agostino 315 St Paul’s Street 221. Saver Muscat Ta’ Ġużepp Palma 222. Francis Vassallo Tal-Vaxxell Palma 223. Giovanni Vassallo Tal-Vaxxell Palma 224. Ventura Gauci Tal-Ventur Wardija 225. Toni Zarb Palma 226. John Bartolo Tan-Naħla San Martin 227. Vincent Bartolo Ta’ Wistin 111 Burmarrat 228. Salvu Tabone St Paul’s by the Sea 229. Emanuel Borg Tal-Fiss St Paul’s Street 230. Emanuel Musu’ Chatidral Street 231. Carmel Portelli Tal-Katik Church Street 232. Tony Sant Cassia St Paul’s Street 233. Paul Vella Ta’ Gaħa 102 Burmarrat 234. Toni Sammut 235. Jospeh Cuschieri Il-Marozz 32 Parish Street 236. Luigi Borg Ta’ Gużepp 34 Parish Street 237. Domenico Cassar 3 Our Lady of Sorrows 238. Emmanuele Micallef Ta’ |eppa Imdawwra 239. Baskal Galea Tal-Ve`` Ġnien Borg 240. Salvatore Gauci Ta’ Salvu ta’ Brodu Ġnien Borg 241. Constantino Micallef Ta’ Fazolu 2 Msida Rd (B’Kara) 242. Joseph Mizzi 99 Fleur de Lys (B’Kara) 243. Lewis Cassar Ta’ Vira 320 St Paul’s Street 244. Gianni Carabott 3 St Paul’s Street 245. Wi[i Pirotta Miramar Hotel Tower Road 246. Joe Cuschieri 336 St Paul’s Street 248. Joseph Briffa 249. Gustu Debono 41 John the Babtist Str 250. Carlo Agius 375 St Paul’s Street 251. Carmelo Galea Tal-Widni Għajn Nastas 252. Manwel Saliba 62 I St Paul’s Street 253. Manwel Camilleri 30 St John the Baptist 254. Joseph Agius 12 Għajn Nastas 255. Angelo Agius Ta’ Buduldu Għajn Tuffieħa Rd. 256. Carmelo Agius 12 Erba’ Mwieżeb 257. Carmelo Xuereb 82 Chruch Street 258. Charles Pace Axiaq St Paul’s Street 259. John Muscat 357 St Paul’s Street 260. Carmelo Mizzi Fleru de Lys (Birkirkara) 261. Mikiel Camilleri Tac-Cupa 1 Our Lady of Sorrow 262. Tanti Paolo 28 A St Francis Street 263. Muscat Amabile 26 St Paul’s by the Sea







Kitba u tagħrif miġbur minn Keith Muscat

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Emmanuel Gauci 1948
02 Salvino Vella 1950 1967
03 Amante Attard 1967 1981
04 Charles Cachia 1981

Presidents

No President From Until
01 Fr. Ġann Franġisk Grima OFM Conv. 1947 1949
02 Dr. Ġużeppi Attard Montaldo 1949 1955
03 Dr. Mario Sant Cassia M.A. 1955 1981
04 John Bray 1981 1994
05 Paul Bugeja 1994
06 Saviour Bugeja
07 Gilbert Bugeja 2019

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - St Paul's Band Club (St Paul's Bay) (1995) 1995 *

Cd's

Programmes and Publications

Memorials

External links