Kevin Mizzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Kevin Mizzi huwa minn Ħaż-Żabbar, iben Joseph Mizzi u Rita Falzon. Twieled fl-1 ta’ Ġunju 1980. Iżżewweġ lil Graziella Bartolo fit-12 ta’ Diċembru 2006 fil-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Qrendi u għandu żewġt itfal – Zachary James u Gabrielle Faye.

Mro. Kevin Mizzi ggradwa fil-livell ta’ Baċellerat u Masters fix-xjenza fiżika u l-matematika mill-Università ta’ Malta. Fil-kamp mużikali huwa beda l-istudji tiegħu mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae taħt Mro. Raymond Sciberras fejn ingħaqad uffiċjalment mal-banda fl-1993.

Mizzi kompla bl-istudji tiegħu kemm mal-istess surmast kif ukoll ma’ Mro. Paul Borg u Mro. Joseph Sammut. Dan wassal lill-Mro. Mizzi biex jikseb diversi diplomi fil-mużika kemm fid-daqq tal-istrument tiegħu, l-ewfonju, kif ukoll fit-teorija tal-mużika.

Mro. Mizzi kiber fir-rwoli tiegħu fi ħdan il-banda tas-Soċjetà fejn bejn 2010 u 2012 kien Assistent Surmast u eventwalment f’Lulju 2012, laħaq Surmast tagħha wara l-għalliem tiegħu, Mro. Raymond Sciberras. Apparti d-direzzjoni tal-banda, Mro. Mizzi okkupa diversi rwoli fi ħdan l-istess Soċjetà kemm fil-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll fil-Kummissjoni Banda.

Għalliem tal-istrumenti tar-ramm u tat-teorija sa minn Ottubru 2008 u għadu għaddej sal-lum.