Jonathan Abela

From M3P
Revision as of 13:34, 30 August 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Jonathan Abela)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Jonathan Abela

Mro. Jonathan Abela twieled fis-16 t’ April tal-1972 u huwa iben Carmelo Abela u Mary Abela nee Brown. Huwa twieled il-Pieta` u tgħammed fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz ġewwa l-Birgu. Fl-ewwel Mro Jonathan Abela snin huwa kien joqgħod ġewwa Triq La Valette fil-Birgu. Aktar tard il-familja tiegħu mxiet lejn Ħaż-Żabbar. Jonathan huwa miżżewweg lil Lorraine Abela nee' Grech u għandhom żewġt itfal, Luke u Gabriel. Meta żżewgu huma marru joqogħdu l-Kalkara, fejn għadhom joqogħdu hemm sal-lum. Jonathan huwa uffiċjal taċ-Ċivil u bħalissa qiegħed jaħdem fis-sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija.

Jonathan beda jistudja l-mużika fl-eta` ta’ sbatax il-sena taħt Mro. Raymond Sciberras. Wara ħdax il-xahar ħareġ idoqq is-slide trombone mal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-istess żmien beda jistudja t-tejorija mużikali taħt l-istess Surmast. Wara sitt snin studju fit-tejorija mużikali fejn għadda mill-grades kollha, fl-1997 għadda wkoll mid-diploma A.Mus.LCM. Sadanittant, huwa baqa’ jistudja is-slide Trombone taħt diversi surmastrijiet oħrajn.