Emanuel Spagnol

From M3P
Revision as of 01:04, 13 September 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Emanuel Spagnol)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Emanuel Spagnol twieled fil-15 ta’ Marzu, 1963, trabba fil-Birgu fejn għadu jgħix sal-lum. Emannuel huwa l-iżgħar wild minn fost tmienja, iben Nazzareno u Maria nee Galea.

Beda l-istudji mużikali tiegħu fl-eta ta’ 8 snin taħt it-treġija ta’ missieru Nazzareno, fejn studja t-teorija u d-daqq tal-kornu. Aktar tard huwa kien wieħed mill-ewlenin studenti li daħlu jistudjaw fl-iskola tal-Mużika Johann Strauss taħt Alexander Maschat, Verena Maschat u Zventa Maschat Danneberg fejn kompla l-istudji tiegħu fl-armonija, orkestrazzjoni, pjanu, mużika da camera, il-kornu u d-direzzjoni tal-orkestra.

Huwa studja wkoll taħt il-Professuri Rachel Reeves, Stephen Roberts, David Johnson fost oħrajn. Fis-sena 1981, wara l-eżamijiet finali, huwa daħal bħala membru regolari fl-orkestra ta’ dak iż-żmien, tat-Teatru Manoel fis-sezzjoni tal-korni. Daqq taħt diversi diretturi kbar fosthom Mro. Joseph Sammut, Ino Savini, Maurizio Rinaldi, Leo Svarovski, Paolo Ponziano, Ciardi fost oħrajn. Huwa daqq ukoll ma’ diversi artisti mondjali bħal Andrea Boccelli, Jose Carreras, Michael Bolton, Ghena Dimitrova, Cecilia Gasdia, Daniela Dessi, Joseph Calleja, Lucio Dalla, Riccardo Cocciante, Juan Ponz, Aldo Protti u diversi oħrajn. Daqq ukoll quddiem ir-Reġina Elizabetta II u lill-Papa Ġwanni Pawlu II, il-lum San Ġwanni Pawlu II. Fis-sena 1997 huwa inħatar bħala il-Prim Kornu tal-Orkestra ġdida Nazzjonali u aktar tard il-Prim Kornu tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Huwa kien ukoll għalliem tal-kornu fl-iskola tal-mużika Johann Strauss kif ukoll privatament. Fost l-istudenti li ħarġu minn għandu, diversi minnhom insibuhom fl-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Fis-sena 1995, is-Surmast Spagnol ingħata l-għola marka fid-diploma LLCM (Licentiate of the London College of Music) fejn għal dan ingħata il-medalja Andrew Lloyd Webber, u sena wara iggradwa mill-istess kulleġġ ta’ Londra fil-Fellowship diploma. Is-Surmast Spagnol ta’ sikwit kien mgħajjat biex jesegwixxi xogħolijiet oriġinali u esegwiti għall-ewwel darba kemm mal-Orkestra kif ukoll bħala solista tal-kornu. Uħud minn dawn ix-xogħolijiet huma ddedikati għalih. Il-kunċerti tal-kornu ta’ Strauss u Mozart dejjem ġew milqugħin b’akklamazzjoni kbira kif kienu il-kunċerti kollha l-oħrajn.

Is-Surmast Spagnol kien ġie onorat għal ħidmietu fis-sena 2004 b’ Ġieħ il-Birgu mill-Kunsill Lokali tal-Birgu. Fis-sena 2008 Mro. Spagnol idderieġa għall-ewwel darba l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta fir-Requiem ta’ Anton Nani fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Kien għalhekk li f’April ta’ sena wara raġa kien offrut biex għal darb’oħra jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta fix-xogħol grandjuz ta’ Rossini, Stabat Mater, li dejjem ġew milqugħa b’akklamazzjoni kbira mill-pubbliku preżenti. Huwa dderieġa lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta diversi drabi fis-snin ta’ wara.

Fis-sena 1988 Emanuel Spagnol kien ġie mgħajjat ftit tal-jiem qabel il-festa ta’ San Duminku ġewwa l-Birgu, peress li huwa kien jokkupa l-kariga ta’ assistent surmast, biex jidderieġi l-banda għall-ewwel darba fl-assenza tas-surmast ta’ dak iż-żmien. Fi Frar tas-sena 1989 Emanuel Spagnol ġie maħtur uffiċjalment bħala d-direttur mużikali tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu, fejn magħha dam f’din il-kariga għal 31 sena sħaħ, u llum huwa s-Surmast Onorarju Ad Vitam ta’ din il-banda, sas-sena 2020. Huwa mexxa wkoll lill-baned Għaqda Mużikali Maria Assunta Gudja A.D. 1919 ta'il-Gudja, u Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 ta’ Ħal Għaxaq, u bejn is-snin 1999 u 2013 mexxa wkoll lill-banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta li magħha idderieġa f’diversi swali u teatri importanti f’Malta fosthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, fejn għall-ewwel darba ġiet imtella’ kompluta ir-Requiem ta’ Giuseppe Verdi fuq arrangement tal-Professur Stephen Roberts, erba’ solisti Taljani u kor ta’ mitt ruħ Mirabitur. Ma’ din l-istess banda idderieġa wkoll fil-sala prinċipali tal-United Nations f’Ginevra fl-Izvizzera kif ukoll f’Toronto l-Kanada u Detroit, Millbrea u San Francisco fl-istati Uniti.

Is-surmast Emanuel Spagnol huwa kompożitur ta’ diversi xogħolijiet u arranġamenti fosthom, il-kantata l-Għanja tal-Konvoj ta’ Santa Marija fuq versi tal-Professur Oliver Friggieri, il-poema sinfonika Karba fuq versi tal-mara tiegħu stess Jennifer Spagnol, fost għadd kbir ta’ xogħolijiet oħra għall-banda, marċi brijjużi u funebri u arranġamenti mużikali oħra. Fost il-ħafna xogħolijiet kbar li dderieġa s-Surmast Spagnol kemm bl-orkestra kif ukoll bil-banda insibu Scheherazade, Stabat Mater, Candide, The Planets, Bolero, El Camino Real, Romeo & Juliet, Capriccio Espanol, Capriccio Italiano, Pasqua Russa, Verdi u Nani Requiems, William Tell, Tanhauser, is-sinfonija Nr. 5 ta’ Beethoven, is-sinfonija New World, il-Messa di Gloria ta’ Puccini fost ħafna u ħafna oħrajn. Fl-2015 huwa ġie magħżul mill-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jikkomponi l-Innu uffiċjali tal-Birgu fuq versi tas-Sur Ġorġ Peresso.

Is-Surmast Spagnol huwa miżżewweg lill Jennifer nee’ Cortis u għandhom żewgt itfal, David u Johann.