Simon Peter Farrugia

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Simon Peter Farrugia twieled fl-24 ta’ Dicembru, 1967. Preżentament jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Prinċipal Anzjan fil-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ħadem f’diversi dipartimenti fosthom Housing, Taxxi Interni u Reġstru Pubbliku.

Huwa wieħed mill-ġurnalisti sportivi ewlenin fejn beda l-karriera ġurnalistika tiegħu fl-1991 u fl-1994 ngħaqad mal-istazzjon nazzjonali TVM fejn matul il-karriera televiziva tiegħu huwa ppreżenta diversi programmi ta’ diskussjoni, ewlenin fost dawn il-programmi Grandstand u Total Sport fejn bil-programm Total Sport rebaħ l-unur tal-aqwa programm sportiv tas-sena. Kien ukoll ghal diversi ġimgħat involut fil-presentazzjoni tal-Programm popolari Kontrattakk.

Huwa wieħed mill-kummentaturi ewlenin ta’ dan l-istazzjon fejn ikkumenta diversi logħbiet tat-Tazza tad-Dinja, Kampjonati tal-Ewropa u UEFA Champions League kif ukoll tal-kampjonat lokali. Fil-karriera ġurnalistika tiegħu laqqatu ma diversi kowcis u plajers ta’fama mondjali fejn intervista personalitajiet bħal Sir Alex Ferguson, Rafael Benitez, Kevin Keegan, Jose Mourinho, David Beckham, Ryan Giggs, Rio Ferdinand u ħafna aktar.

Preżentament Simon jippreżenta l-Programm Maratona Sport Live + fuq TvmSport+. Dan huwa programm ta’ sitt siegħat li jagħti ħarsa minuta b’minuta lejn diversi avvenimenti sportivi kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Programm li jagħti vuċi lill-assoċjazzjonijiet kollha sportivi. Jippreżenta wkoll Programm ta’ kuljum Sport + News Update. Huwa wkoll wieħed mill-isportcasters ta’ TVM bl-ahbarjiet sportivi fil-bullettin tat-tmienja ta’ filgħaxija u wieħed mill-kummentaturi ewlenin tal-istazzjon nazzjonali.

Minbarra dan ilu fil-volontarjat mis-sena 1988 fejn għal dawn l-aħħar 35 sena mexxa fuq il-passi ta' missieru Lawrence V. Farrugia u ħadem fil-kumitat tas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz, tal-Belt Vittoriosa bħalissa fil-kapaċita’ ta’ Segretarju. Minbarra dan okkupa diversi karigi f’kumitati differenti. Ipprezenta numru kbir ta’ programmi tal-festa u annwali ta’ numru ta’ baned Maltin kemm fi pjazez kif ukoll f’teatri.

Simon huwa miżżewweġ lil Elaine Farrugia nee’ Bondin u għandu tifel, Daniel.