Ragusa Sqallija

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Okkażjoni Storika oħra, fejn il-Banda ta’ Anici Band and Social Club kienet żjara f'Ragusa Ibla fi Sqallija. Il-Banda għamlet ir-rabà żjara tagħha barra mill-gżejjer maltin fl-istorja tagħha meta kienet fi Sqallija, sabiex fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tagħha iddoqq fil-Purċissjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri fil-Provinċja ta’ Ragusa Ibla.

Kollox beda nhar is-Sibt 25 ta' Mejju 2013 meta fil-05.00 ta' filgħodu, il-Kontinġent kollu qasam lejn Pozzallo fi Sqallija sa biex il-Banda akkumpanjata min-numru Kbir ta' Partitarji bdiet l-avventura tagħha.

Il-ġurnata mistennija waslet nhar il-Ħadd 26 ta' Mejju 2013 meta il-Banda daqqet fil-Purċissjoni fil-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla. Servizz suċċess fejn serqet l-ammirazzjoni ta' eluf ta' nies li attendew għall-Festa. L-eżekuzzjoni tal-Banda kienet waħda eċċellenti fejn fil-ħruġ tal-Purċisjoni daqqed l-innu tant għażiż għall-Qormien Ġorġjani ‘Fjur ta' Martri' fost emozzjoni kbira mill-Maltin li kienu preżenti kif ukoll miċ-Ċittadini Taljani li nfexxew b'applaws kbir.

F'din l-okkażjoni wkoll l-amministrazzjoni preżentat tifkira lill-Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla. Wara dan, is-suċċess kompla bl-aħħar ġurnata ta' Tnejn 27 ta' Mejju biex b'hekk, ġiet issiġillata Ġita ta' tlett ijiem, li matulhom il-kontinġent kollu li kien l-akbar kontinġent li qatt żar il-Festa ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa.

Il-kontinġent żar ukoll diversi postijiet ta' nteress storiku, kulturali u turistiku fostom Victoria, Ortigia, Modica u Santa Rosalia. B'din il-Ġita il-Banda kienet Ambaxxatrici ta' Malta fejn anke l-Bandiera ta' Malta prerpret quddiem il-Banda akkumpanjata mill-Istandart Uffiċċjali tal-Għaqda. Xhieda oħra kienet l-emblema tal-Għaqda fuq il-poster uffiċċjali ta’ din il-Festa fejn issemma wkoll isem il-Banda u l-parteċipazzjoni tagħha. Diversi siti eletronici Taljani wkoll taw prominenza lil din iż-żjara fejn sit minnhom li jismu Ragusa oggi iddeskriva lil Banda Anici bħala La Grande Banda Musicale. Il-Banda kienet alloġjata f'Lukanda ta' Erba Stillel fiċ-ċentru ta' Ragusa.

Fit-tmiem il-Mawra, l-Amministrazzjoni ippreżentat ukoll tifkira lil-propjetarju tal-agrituriżmu fejn il-kontinġent għamel l-aħħar ikla tiegħu u lis-Sur Joe Micallef, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Ivjaġġar għall-ko-operazzjoni tagħhom.

Żgur li r-ritratt tal-Banda li ħadet quddiem id-Duomo ta' San Ġorġ Martri f'Ragusa Ibla u oħrajn bil-kontinġent kollu ser jibqgħu tifkira sabieħa fil-memorja ta' dan l-avveniment storiku għall-Banda. Il-Kontinġent wasal Malta nhar it-Tnejn 27 ta’ Mejju fil-11.15 ta’ filgħaxija. Tajjeb illi nsemmu wkoll li l-Banda nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2013 xorta waħda ħadet sehem fil-Mass Banda bejn it-tlett Baned Qriema fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi sabiex b’hekk il-Banda kienet preżenti f’żewġ okkażjonijiet fl-istess ġurnata f’Malta u fi Sqallija.

Tagħrif miġbur minn Chev.John Mary Spiteri