Michael Ciantar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Michael Ciantar

Mro Michael Ciantar A.Mus. L.C.M. twieled Ħaż-Żebbuġ nħar it-30 ta’ Ottubru, 1954, minn Carmelo u Maria, imwielda Barbara. Huwa beda l-istudju tal-mużika taħt missieru, Carmelo Ciantar u wara kompla l-istudju tal-armonija taħt is-Surmast Carmelo Pace, sakemm akkwista d-diploma A.Mus. LCM. Bħala mużiċista, huwa jdoqq it-trumbun u daqq ma’ diversi baned kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Mro. Ciantar għamel żmien twil idoqq mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, bhala Prim Trumbun tal-Orkestra. Meta fl-1986 Mro. Philip Gatt kien irreżenja mill-kariga ta’ surmast fi ħdan il-Għaqda Każin Banda San Filep, is-Surmast Ciantar inħatar direttur minfloku, propju ft-tlettax ta’ Settembru 1986, fl-eta’ ta’ 30 sena. Matul il-perjodu li dam surmast, l-iskola tal-alljievi ta’ din l-Għaqda mxiet ferm ’il quddiem, frott tad-dedikazzjoni tiegħu.

Fl-arkivju tal-Għaqda Każin Banda San Filep hemm diversi kompożizzjoniet ta’ dan is-surmast, fosthom l-Adagio - Mitejn Sena mill-Mewt ta’ Dun Mikiel Xerri (1997), il-preludiettos The Presidents of Saint Philip Band Club (1998) u Occasion (2004), l-Overtures Luigi Fontana (1988) u Festive (2007), il-Fantasia Celebration (1997), il-Pezzo Cantabile Mikiel Anton Vassalli (1993), it-Tone Poem Is-Sejħa (1992), is-suits Make Up (1990), Lord Gort (1994), Second Dedication (1989), 50th Anniversary (1990) u Ħaż-Żebbuġ il-Belt De Rohan (1994). Barra minn hekk għandu numru sabiħ ta’ marċi brijuzi fosthom Claudio (1987) u Każin Ġdid, Aħdar tad-Dawl, F’Jum San Filep u Ir-Rebbieħ. Kiteb ukoll marċi funebri fosthom In Memory of Rev. Loreto Callus, A Miei Cari Genitori u In Memory of Vincenzo and Concetta Cortis; valzi tal-Għid, fanfarra, innu marċ u ħafna arranġamenti mużikali oħra għall-banda. Ta’ min isemmi ukoll li fit-tnax ta’ Awissu, 1991 waqt pellegrinaġġ lejn Aġira, s-Surmast Michael Ciantar kien idderieġa l-Banda ta’ Aġira.

Mro. Michael Ciantar

Fis-sena 1997, is-Surmast Michael Ciantar inħatar Surmast Direttur tas-Socejtà Filarmonika Santa Venera filwaqt li fl-2007, huwa nħatar għalliem tal-mużika tas-sezzjoni tar-ram mal-Għaqda Każin Banda San Filep. Ma’ dawn iż-żewġ baned, Mro Ciantar idderieġa diversi programmi mużikali, fejn ħuh Peter Paul Ciantar kien ikun il-Prezentatur ta’ dawn il-Programmi. Barra minn hekk, huwa fforma l-ewwel Brass Quintett li kien jismu Medina Brass Quintett, u kien ifforma parti minn grupp mużikali ieħor bl-isem ta’ The Music Lovers, fejn kienu jdoqqu f’diversi tiġijiet u attivitajiet oħra. Kien ukoll għalliem tal-mużika fl-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern ġewwa n-Naxxar, il-Mosta u l-Furjana, Ir-Raħal Ġdid, u il-Marsa.

Għal seba’ snin kien jokkupa l-kariga ta’ Surmast tal-Banda tal-Fabbrika ST Microelectronics, u Assistent Surmast mas-Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar. F’1997 huwa nħatar Maestro di Capella ghall-Festa ta’ Santa Marija ġewwa Ħ’Attard. Fil-preżent, Mro Ciantar, jieħu ħsieb il-Banda taż-Żgħazagħ, fil-Każin Banda San Filep (Banda li hija attiva tul is-sena kollha). Huwa wkoll għalliem tat-trumbun u strumenti tar-ram oħra, fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss, għal dawn l-aħħar ħamsa u tletin sena, kif ukoll għalliem fl-iskola Malta Visual and Perfrorming Arts, il-Ħamrun. Huwa jgħallem ukoll b’mod volontarju, xi studenti Il-Filippini, taħt il-kustodja ta’ Fr. Joseph Cremona MSSP, u dan isir b’mod vizwali.

Mro Michael Ciantar huwa miżżewweġ lil Connie mwielda Cortis u għandhom tlett itfal - Claudio, Ludwig u Ernest.

Michael ghandu erba’ neputijiet, li jisimhom, Michela, Leon, Selenia u James...kollha Ciantar.