Michael Bugelli

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Michael Bugelli A.T.C.L. twieled fid-9 t’April 1959 u beda jitgħallem il-mużika fl-età żgħira ta’ disa’ snin. Is-solveġġ ħadu kollu mingħand missieru. Wara kompla fil-każin tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar taħt Mro. Palma.

Ta’ ħdax-il sena ħareġ l-ewwel darba jdoqq il-kurunetta. Imbagħad kompla jistudja u tgħallem l-Althorn. Wara wkoll tgħallem it-trumbun tal-valvi. Ftit wara beda wkoll jitgħallem għand Mro. Carmelo Ciantar fil-każin tal-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla.

Hawnhekk għamel ħames snin oħra biex jitgħallem is-Slide Trombone. Wara għamel ftit żmien l-iskola Johann Strauss taħt Mro. Tony Zammit. Huwa kompla jistudja l-mużika fil-fond billi tgħallem l-Armonija taħt Mro. Charles E. Zammit F.L.C.M. u kiseb ċertifikat kemm mil-London College of Music, kif ukoll mill-Lancashire School of Music.

Daħal Pulizija u hemm kien idoqq mal-Banda tal-Pulizija, u ftit wara daħal mal-Police Jazz Band, fejn kellu żewġ okkażjonijiet li daqq Turin u Ivrea fl-Italja. Ingaġġa bħala bandist fil-Forzi Armati.

Mro. Michael Bugelli

Kien hawnhekk li ħa sehem f’diversi okkażjonijiet fosthom il-Maltese Song Festival, kif ukoll ma’ diversi baned lokali u barra minn Malta fosthom il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja. Għal xi snin kien ukoll jifforma parti mis-sezzjoni tat-trumbuni tal-Orkestra tat Teatru Manoel. Wara din l-esperjenza mal-Orkestra, Mro. Michael Bugelli reġa’ daħal jifforma parti mal-Banda tal-Armata. Mal-Banda tal-Forzi Armati, is-surmast Bugelli siefer diversi drabi barra minn Malta biex jagħtu prestazzjonijiet ta’ livell għoli ħafna kemm bħala mużika kif ukoll bħala marching drills.

Huwa kien Assistent ma’ diversi baned Maltin fosthom mal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar; mal-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz tal-Birgu; mas-Soċjeta Mużikali Sant' Antnin ta’ Birkirkara; mal-Banda Queens Own tal-Isla, il-lum magħrufa bħala La Vincitrice Band Club, mas-Soċjeta Filarmonika La Stella ta'il-Gudja u mal-Stella Maris Band Club ta’ Sliema. Barra l-Banda Birżebbuġa, Mro. Michael Bugelli huwa wkoll Surmast Direttur tas-St Paul's Band Club (Safi). Is-surmast Michael Bugelli qatt ma’ ħares lura u baqa’ jistudja, tant li fl-2008 kiseb id-Diploma A.T.C.L. fuq it-Trumbun mit-Trinity College of London.

Is-surmast Michael Bugelli għadu jokkupa sal-lum il-kariga tal-ewwel Surmast Direttur tas-Soċjetà, għalhekk anke hu qed jagħlaq 30 sena bħala surmast tas-Soċjetà tagħna. Taħt dan is-surmast ħarġu diversi allievi u bandisti promettenti ħafna. Is-Surmast Michael Bugelli kiteb diversi marċi brijużi għas-Soċjetà tagħna. Hu għandu wkoll marċ funebru ddedikat lill-membri mejtin tas-Soċjetà tagħna. Fis-sena 2009, fl-għeluq il-50 Sena minn meta l-Vara ta’ San Pietru nġiebet f’Birżebbuġa huwa rregala lis-Soċjetà komposizzjoni bl-isem Golden Gubilee.

Fl-24 ta’ Frar 2018, is-surmast Bugelli idderieġa il-Programm Vokali u Strumentali A Night at the Cathedral li sar ġewwa l-Katidral Metropolitan tal-Imdina b’tifkira tal-50 Sena Anniversarju minn mindu l-Papa Beatu Pawlu VI iddikkjara bħala veri u awtentiċi ir-relikwiji qaddisa ta’ San Pietru App li kienu nstabu fil-Kripta taħt l-Artal Ewlieni tal-Vatikan. F’dan il-programm indaqqet ghall-ewwel darba f'Malta The Archangels ta' Franco Cesarini.

Fis-17 ta’ Mejju 2019, is-surmast Bugelli idderieġa l-ewwel programm mużikali li l-banda tagħna tellgħet ġewwa il-Belt Valletta, programm vokali u strumentali bl-isem ta’ Il Concerto Nella Capitale li sar ġewwa l-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl. Dan il-programm kien sar biex ukoll jikkommemora diversi anniversarji nazzjonali fosthom; 100 sena mill-ġrajja tas-Sette Giugno (1919 – 2019), 175 sena mill-bini tal-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl (1844 – 2019) fejn ittella' il-programm, 55 sena minn Jum Indipendenza (1964 – 2019), 45 sena minn Jum ir-Repubblika (1974 - 2019), 40 sena mill-Jum il-Ħelsien (1979 - 2019), u 15-il sena mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.