Kanada u Detroit USA

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Il-Banda terġa’ ssiefer Kanada u Detroit - USA Bejn is-17 ta’ April u t-3 ta’ Mejju 1996, l-Anici Band and Social Club għamlet it-tieni mawra tagħha u din id-darba marret il-Kanada u fl-Istati Uniti.

Kien f’Ġunju tal-1995 meta l-membru onorarju tal-Għaqda fil-Kanada, is-Sur Louis Sammut, kien għal btala f’Malta. Miegħu ġab stedina mill-‘Festa San Ġorġ Association’ ta’ Toronto, biex il-banda titla’ tagħti wirja ta’ mużika f’Toronto, il-Kanada, kif ukoll f’Detroit, l-Amerika.

Il-kumitat amministrattiv studja l-istedina u ddiskutieha b’reqqa kbira. L-ewwel ħsieb tal-kumitat kien min se jieħu r-responsabbiltà ta’ din il-mawra. Bħas-soltu, ir-responsabilità waqgħet fuq id-Direttur Ġenerali l-Kav. John Mary Spiteri.

B’ħafna kuraġġ u determinazzjoni aċċetta r-responsabbiltà kollha tal-mawra. Quddiem għajnejh kien qed jara biss is-suċċess li kienet se tikseb il-banda. Tajjeb li wieħed jgħid li l-Banda Anici kienet l-ewwel banda Qormija li kellha l-unur li daqqet fl-Istati Uniti tal-Amerika. Mhux biss, imma wkoll minn kemm baned Maltin u Għawdxin li qatt telgħu l-Kanada, il-Banda Anici żammet, almenu sal-kitba ta’ din l-istorja, ir-rekord għall-akbar kontinġent li qatt tela’ s’issa, li kien ilaħħaq id-disgħin persuna.

Il-mawra tal-Banda Anici bdiet nhar l-Erbgħa 17 t’April 1996. Kulħadd iltaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta flimkien mal-istatwa ta’ San Ġorġ Martri, xogħol artistiku tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u sponsorjata minn membru onorarju ieħor tal-Għaqda li jgħix fl-Amerika, George Scicluna. Tajjeb li ngħidu li s-Sur Scicluna kien ta’ għajnuna kbira f’din il-mawra.

Il-kontinġent telaq minn Malta mal-kumpanija tal-ajru Lufthansa lejn Frankfurt, il-Ġermanja. Wara waqfa ta’ ġurnata fi Frankfurt, il-kontinġent qasam l-Atlantiku biex mar il-Kanada. Hemmhekk, il-banda ngħatat merħba kbira mill-Maltin. Issa l-avventura tal-banda kompliet billi esegwiet diversi kunċerti fi Klabbs Maltin kif ukoll fil-padiljun tal-Air Malta f’fiera tat-turiżmu f’Toronto kif ukoll fi Square One. Il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġorġ Martri f’Toronto.

Daqqet ukoll fil-knisja ta’ San Pawl u fil-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri li toħroġ mill-istess knisja u mxiet f’Dandas Street, kif ukoll fil-knisja ta’ Santa Tereza, Port Colborne. Il-banda marret ukoll Detroit fl-Istati Uniti fejn daqqet fil-festa ta’ San Ġorġ Martri. Il-banda ġiet ippreżentata b’diversi tifkiriet, fosthom ukoll standardi tal-Kanada minn St. George’s Association u ieħor tal-Amerika mill-Membru Onorarju George Scicluna, li sa ftit ġimgħat qabel kien Malta għall-festi tal-Għid. Hu kien irregala standard ieħor lill-Għaqda, kif ukoll strument mużikali rregalat mill-Membru Onorarju Louis Sammut. Wara li l-banda temmet din il-mawra, dakinhar stess li waslet Malta, filgħaxija għamlet marċ mat-toroq biex qasmet il-ferħ ta’ dan is-suċċess li għamlet b’din il-mawra.

Tagħrif miġbur minn Chev. John Mary Spiteri