Jum Nazzjonali Libjan f'Libja

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Wara it-twaqqif tal-Banda f’Settembru, 1987. Il-Banda bil-mod bdiet idoqq anki barra minn Ħal-Qormi u b’mod bdiet wkoll tistabilixxi ruħha wkoll b’daqq tagħna. Il-kumitat ħaseb li se jieħu ftit tal-mistrieħ, imma mhux hekk kien, għaliex kienet inqalet stedina biex il-banda ta’ l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici mingħand is-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli John Dalli bil-kolloborazzjoni tal-Ambaxxata Libjana biex tmur iddoqq il-Libja.

Din kienet ħolma kbira għas-Soċjeta, li f’qasir żmien mit-twaqqif tagħna, tmur iddoqq barra x-Xtut Maltin. Proprju din l-istedina kienet saret lit-tliet Baned Qriema. Kienu l-Anici Band and Social Club u l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li laqgħu din l-istedina, li tant kienet se tagħmlilhom unur. U b’qib bejn iż-żewġ għaqiedt kienu telgħu bħala massed band.

Din l-istedina kienet sabiex jieħdu sehem fil-festi tal-Jum Nazzjonali Libjan. Il-ġurnata waslet, u ż-żewġ baned telqu flimkien għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu tal-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 1988, u waslu l-Libja għall-ħabta ta’ nofsinhar. Nhar l-1 ta’ Settembru 1988 li hu l-Jum Nazzjonali tal-Libja u li f’din is-sna kienu qegħdin jiċċellebraw il-25 Anniversarju mir-revuluzzjoni fil-Libja, il-baned daqqew il-marċi tagħhom mat-toroq ta’ Tripli.

Din il-mawra kienet fuq ħamest’ijiem, u l-baned mhux biss daqqew mat-toroq ta’ Tripli, iżda wkoll f’Misurata. Il-qofol tas-servizz tal-ewwel ta’ Settembru ntlaħaq fil-Pjazza l-Ħadra, fejn saħansitra kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. F’din il-pjazza hemm xbieha ta’ San Ġorġ Martri fuq iż-żiemel, skolpita ma’ wieħed mis-swar li jdawwar din il-pjazza. B’din il-mawra, il-Banda Anici kienet l-ewwel banda fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri li daqqet barra x-xtut tal-Gżejjer Maltin. Ta’ min iżid li dawn l-attivitajiet kollha saru f’anqas minn sena mill-ftuħ uffiċjali tagħha.

Tagħrif miġbur minn Chev. John Mary Spiteri