Gordon Mayer

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro Gordon Mayer twieled il-Qrendi fl-1 ta’ Novembru 1987, iben Simon u Maria Consolata née Mifsud mill-Qrendi stess, u tgħammed fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi. Huwa attenda l-iskola Primarja tal-Qrendi u wara kompla bl-istudju sekondarju tiegħu fl-iskola taż-Żurrieq Mons. Pietru Pawl Saydon u fl-iskola San Franġisk t’Assisi f’Santa Venera fejn temm il-ħames sena tas-sekondarja. Huwa kompla jistudja l-MCAST fil-kors tal-Istallazzjoni Elettrika.

Minn meta kien għad għandu età żgħira ħafna, huwa kien dejjem isegwi l-passi ta’ missieru u minn dejjem wera l-interess fil-mużika. Beda jitgħallem il-mużika ta’ ħdax-il sena fil-Każin tal-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 taħt is-Surmast Mro Charles Cachia. Fis-sena 2001 ħareġ idoqq għall-ewwel darba bl-althorn (Baritone) mal-banda Lourdes tal-Qrendi. Għal Gordon dan ma kienx biżżejjed għax huwa baqa’ jattendi b’mod regolari għal-lezzjonijiet tal-prattika kif ukoll tat-teorija taħt l-istess surmast, u maż-żmien kiseb il-Grad B tat-Teorija mil-London College of Music u r-Royal School of Music.

Wara li għaddew seba’ snin ta’ studju, Mro Charles Cachia kien ħajjar lil Gordon Mayer biex japplika mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Għal Gordon din ma kinitx deċiżjoni faċli għax kienet tirrigwarda l-futur tiegħu. Meta applika fl-2008, Gordon ġie magħżul biex jifforma parti mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li hija banda prestiġjuża f’pajjiżna u hija mmexxija mill-Kaptan John Ivan Borg. Fl-istess sena, Gordon Mayer qaleb l-istrument tiegħu għall-Bass Trombone fejn kompla jistudja bis-serjetà l-prattika għand Mro Paul Borg li jifforma parti mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta.

Nħar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2008 fil-Programm tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi, Gordon kien daqq “The Laughing Trombone solo” li kien ta’ sodisfazzjon kbir għalih, kif ukoll għall-banda Lourdes, bil-wirja li kien għamel bħala bandist tal-post. Illum il-ġurnata huwa wkoll idoqq l-euphonium ma’ diversi baned, kemm f’marċi kif ukoll fi programmi. Fit-18 ta’ Ġunju 2012 Gordon iggradwa u kiseb id-diploma Associate Trinity College of London A.T.C.L. bl-interpretazzjoni li kien għamel fl-eżami bil-Bass Trombone. Huwa għadu għaddej bl-istudji tiegħu fil-prattika tal-istrument għand Mro Paul Borg għall-eżami ta’ LLCM. Qiegħed ukoll jistudja t-teorija għall-eżami ta’ Grad 8 u d-direżżjoni. Gordon għandu bosta marċi brijużi kif ukoll funebri li huma kompożizzjoni tiegħu.

Fis-16 ta’ Novembru 2012, Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba ħatret lil Mro Gordon Mayer Assistent Surmast direttur ta’ Mro. David Agius (bandmaster) fejn hu jassisti fit-tagħlim tal-allievi. Hu idderieġa l-Banda Re Ġorġ V għall-ewwel darba, fil-15 ta’ Dicembru 2012 waqt kunċert mill-Banda Re Ġorġ V fl-okkażjoni tal-20 sena Seżżjoni Żgħażagħ u l-15-il sena mill-għoti tal-unur uniku u prestiġjuż Les Étoiles d’Or du Jumelage. Fis-sena 2013 hu irregala tliet marċi minn tiegħu lis- Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D.1895 u dawn iżanżnu fil-festa dik is-sena stess.

Cd's

No Name of Cd Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Maltese Military Marches (2023) 2023 *