Giovanni Corrado

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Giovanni Corrado kien iben Raffaele Corrado u Carmela Cutajar minn Kostantinopli. Twieled f’ Bormla fit-12 ta’ Lulju 1884. Hu kien iż-żgħir minn fost tliet subien u żewġt ibniet.

Iżżewweġ lil Maria Paola née Caruana fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar fit-30 t’Ottubru 1910.

Huma għexu f’Ħaż-Żabbar, imbagħad Bormla, Raħal Ġdid u eventwalment il-Ħamrun.

F’dan iż-żmien Corrado kien ukoll membru fil-Kumitat tal-Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun.

Fl-1920 sar il-President tal-banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae u dam sat-28 ta’ Jannar, 1924 fil-kariga, kien Reviżur bejn 1926 u 1927, waqt li mis-26 ta’ Frar, 1928 sa l-10 ta’ Marzu, 1929 serva bħala Viċi President.

Huwa kellu tlett itfal: Dr. Arthur Corrado, u Dr. Hector Corrado, it-tnejn konsulenti mediċi u l-ispiżjara Lilian Corrado.

Kien impjegat fit-taqsima tal-inġinerija elettrika fit-Tarzna ta’ Malta. Giovanni Corrado kien iħobb l-isports u fiż-żgħożija tiegħu kien anke jilgħab mat-tim tal-futbol St George’s F.C. ta’ Bormla.

Huwa miet fil-Ħamrun fit-8 t’April, 1951 fl-età ta’ 67 sena.