Giovann Debono

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Giovanni Debono iben Mosè Debono u Eliza Vidal. Twieled f’ Bormla fil-15 ta’ Ġunju 1909. Iżżewweġ lil Giovanna Farrugia fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar fid-29 ta’ Jannar 1929.

Serva għal snin twal fil-kumitat tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae fejn kien f’diversi karigi fil-kumitat, fosthom kien il-Kaxxier tal-kontijiet tal-istrumentatura tal-1935, il-Kaxxier fiż-żmien tal-bini tat-Teatru Blue Arena u fil-festi tal-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja. Apparti ż-żmien tiegħu bħala Kaxxier, huwa serva f’bosta rwoli differenti fi ħdan il-kumitat tas-Soċjetà.

Kien Reviżur/awditur bejn l-1932 u l-1933, u bejn l-1955 u 1961. Assistent Segretarju bejn Jannar u Ottubru ta’ 1933, u bejn 1937 u 1943, u bejn 1945 u 1946. Kaxxier tal-proġett tal-istrumentatura bejn 1933 u 1935. Kaxxier bejn 1935 u 1936, bejn 1946 u 1950, u bejn 1951 u 1952. Deputat bejn Jannar u Novembru 1937, 1943 u 1945 u 1950 u 1951. Delegat għall-Assemblea Nazzjonali f’21 t’Ottubru, 1944.

Rappreżentant tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ fil-kumitat organizzattiv tal-inkurunazzjoni mill-14 ta' Novembru, 1950, Segretarju minn Jannar sa Mejju, 1952, Viċi President minn 1961 sa 1962, u minn 1969 sa 1977. Waqt li bejn Marzu u Lulju ta’ 1962 kien il-President tas-Soċjeta.

Huwa kien metikoluż ħafna f’xogħlu u l-kotba tal-kumitat li għaddew minn taħt idejh huma impekkabbli u miżmuma sal-inqas dettall.

Fil-minuti tas-Seduta tat-13 ta’ Mejju 1952, fi tmiem il-kariga tiegħu bħala Segretarju, inkiteb kliem ta’ tifħir lejn xogħlu f’din il-kariga. Giovanni Debono kien ukoll President tas-Soċjetà għal żmien qasir fl-1962.

Giovanni Debono kien miet f’Ħaż-Żabbar fit-13 t’Awwissu 1979 f’eta’ 70 sena.