Għaqda Mużikali Viżitazzjoni

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Lis-Storja tal-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni

Għaqda Mużikali Viżitazzjoni (Għarb) A.D. 2003

L-Għaqda Mużikali Vizitazzjoni ġiet imwaqqfa nhar it-Tnejn 14 ta’ Lulju, 2003. Wara diversi konsultazzjonijiet ma’ benefatturi li wrew il-ħeġġa li l-banda titwaqqaf, is-Sibt 25 t’ Ottubru 2003, inġabu minn Malta l-ewwel strumenti tad-ditta Amati.

Tibda tintrama l-Banda

Dawn ġew miżjudin mal-14-il strument ieħor li kienu ngħataw lill-Għaqda minn xi membri tal-Kunsill ta’ Massafra, fl-Italja. Is-Sibt 22 ta’ Novembru tas-sena 2003 kien jum speċjali għall-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni. F’din il-ġurnata sar it-tberik tal-istrumenti u sar ukoll it-tberik u l-Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Għaqda. Dakinhar saret quddiesa konċelebrata mill-Isqof Nikol G. Cauchi, fil-preżenza ta’ diversi personalitajiet distinti, membri tal-għaqdiet u l-poplu tal-Għarb.

Wara l-quddiesa sar ukoll it-tberik tal-bandiera. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem il-banda baqgħet miexja għal għonq it-triq fost tlajja’ u nżul, fejn kien hemm mumenti sbieħ u oħrajn mhux daqstant. Instabu diversi għalliema u aktar tard kien impjegat bħala Surmast Direttur Mro. George Debono li serva fil-kariga sa Lulju 2011. Mro. Debono ta l-almu tiegħu kollu u fi żmien relattivament qasir irnexxielu joħrog il-banda ddoqq. Kien l-istess Mro. Debono li kiteb il-mużika tal-Innu tal-Banda filwaqt li l-kliem sar mid-Direttur Spiritwali Mons. Joseph Tabone.

Surmastrijiet oħra tal-Għaqda kienu l-Mro. George Apap li serva sal-2016 u Mro. Jason Camilleri li għadu jaqdi din i-kariga. Fl-2016 is-Surmastrijiet George Debono u George Apap ġew maħtura Surmastrijiet Onorarji tal-banda tagħna. L-ewwel wirja fil-pubbliku saret fil-Milied tal-2004 fejn indaqqu numru ta’ għanjiet tal-Milied u aktar tard il-banda ħadet sehem fil-Purċissjoni tal-Bambin, organizzata mill-membri tal-Museum nhar it-Tnejn 27 ta’ Diċembru tal-2004.

Il-Banda idoqq l-Ewwel darba fil-Festa

Is-sena ta’ wara, fl-2005, il-Banda ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa tal-Għarb billi daqqet waqt it-Tranżlazzjoni nhar is-Sibt 2 ta’ Lulju. Kien propju dakinhar li l-familja ta’ Alexander Cauchi ppreżentat u rregalat standard bl-arma tal-għaqda maħdum mis-Sur Giovann Cassar u dan sar l-istandard uffiċjali tal-Banda. Wara dan l-avveniment il-banda kompliet tieħu sehem fil-festa, f’attivitajiet tal-parroċċa u tiġi mistiedna ddoqq f’diversi rħula Għawdxin u Maltin. Il-banda ħadet sehem ukoll f’festi nazzjonali fosthom Jum Għawdex u l-Karnival t’Għawdex għal diversi drabi.

Safar mill-Banda

Il-banda kellha x-xorti ssiefer erba’ darbiet. L-ewwel mawra ħaditna l-Italja fl-2006 fejn żorna r-raħal ta’ Ġerano, Ruma, Assisi, San Giovanni Rotondo u Sqallija. Hawn il- banda kellha appuntament importanti fejn kienet l-ewwel banda li daqqet f’udjenza ġenerali lill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru, 2006.

Mawra oħra kienet lejn l-Islovakkja fejn il-bandisti pparteċipaw fi skambju ġovanili flimkien ma’ żgħażagħ oħra mill-Italja, Slovakkja, Turkija u l-Greċja.

Il-banda kellha stedina għal festival ġewwa Winterswijk fl-Olanda fl-elfejn u sbatax fejn ħadet sehem fil-festival annwali, fil-parati bil-karrijiet tal-fjuri u programm mużikali fil-pjazza ewlenija fejn kien hemm eluf ta’ spettaturi.

Is-sena ta’ wara imbagħad il-banda ħadet sehem fil-festa tal-Viżitazzjoni ġewwa Pace Del Mela fi Sqallija.

Il-Banda tirrekorja l-Ewwel Cd f' 2007

Hawn il-banda tat diversi servizzi mużikali fosthom programm mużikali, marċ brijuż ta’ filgħodu, daqq waqt il-purċissjoni u ġo festival tal-baned Sqallin. Il-banda ma żammitx lura milli tirrekordja memorji u fil-15 t’ April 2007, il-banda marret Malta biex tirrekordja l-ewwel CD tagħha. Dan imgħbad ġie ppreżentat uffiċjalment fil-programm tal-festa tal- istess sena. Żewġ recordings oħra saru fl-2013 u fl-2018.

Okkażjoni oħra memorabbli għall-għaqda kienet il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, 2009. Dakinhar il-banda akkumpanjat l-istatwa tal-Viżitazzjoni li kienet se tintbagħat ġewwa Melbourne, l-Awstralja. Din l-istatwa saret minn Hubert Saliba, artist bravu mix-Xewkija.

Istatwa tal-Viżitazzjoni tingħata lill-Każin

Wara diversi snin li din l-istatwa intużat għal festa tal-Viżitazzjoni ġewwa Melbourne, il-kumitat tal-Għarb Club of Melbourne iddeċieda li jagħti din l-istatwa b’donazzjoni lil-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni biex titgawda fil-każin.

Inizjattiva ġdida li ġab miegħu s-Surmast Direttur George Apap kien il-programm tal-aħħar tas-Sena u l-Milied bl-isem Dreams of Vienna li beda jsir ġewwa l-Kempinski. Minn sena għal oħra sar parti mill-kalendarju tal-Għaqda. Fit-tlieta ta’ April 2022 il-banda laqgħet lill-Papa Franġisku f’raħalna bid-daqq tal-Innu pontifiċju. Il-Papa kien żar is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fejn saret ukoll ċelebrazzjoni spiritwali.

Matul iż-żmien, l-Għaqda baqgħet dejjem tikber u tespandi u kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li jkollhom post xieraq fejn jiltaqgħu. Wara ħafna tentattivi mhux faċli fl-2013, r- Reverenda Madre Carmelita Borg, tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Dumnikani aċċettat li tippermetti l-użu esklussiv u trasformazzjoni tal-kunvent f’każin għall-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 George Debono 2004 2010
02 George Apap 2011 2015
03 Jason Camilleri 2016

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Bernard Portelli 2003 2006
02 Kav. David Apap Agius 2006 2008
03 Anthony Galea 2008 2009
04 Kav. David Apap Agius 2009

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Adrian Formosa 2013

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Sandro Pace 2003

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 15 il-Anniversarju 2003 - 2018 - Mill-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni (2018) 2018 *

Programmes and Publications

Memorials

External links