Durante Magri Grech

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Surmast Durante Magri Grech kien direttur dixxiplinat. Ma setax jonqos għax kien raġel tas-Servizz. Wara li temm l-istudji mużikali, kien ingaġġa bħala suldat fir-Royal Malta Militia Regiment. u ftit wara ġie promoss surġent u maħtur surmast direttur tal-banda tar-reġiment. Meta ngħata t-tmexxija tal-Banda Duke of Edinburgh’s Band kien assistent ta’ Mro. Alfred P. Hare at the Soċjeta Filarmonika King's Own ta' Belt Valletta. Jista’ jkun li l-ħatra tiegħu fil-Birgu waslet wara rakkomandazzjoni ta’ Hare innifsu.

L-aħbar li ngħatat mill-ġurnal imsemmi kienet xi ftit tard għax lil Magri Grech ġa nsibuh fid-direzzjoni tal-Banda fiż-żewħ programmi li għamlet f’Misraħ San Ġakbu f’ Ħaż-Żabbar], fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja, fit-8 u d-9 ta’ Settembru. Dakinhar, Magri Grech introduċa fil-Banda il-passio doppio, li qatt qabel ma jidher li kien interpretat fi programmi preċedenti. L-ewwel wieħed kien l-Orientale ta’ Ferradini.

L-istess żewġ programmi li għamel Ħaż-Żabbar irrepetihom ġimgħa wara fil-festa ta’ San Duminku fil-Birgu, iżda kien żied il-polka Margherita ta’ Vella u għażliet minn La Maritana ta’ Wallace, it-tnejn ġodda għall-Banda Duke of Edinburgh. Aktarx iva milli le, dawn iż-żewġ programmi f’San Duminku kienu l-aħħar programmi tiegħu ma’ din il-Banda.

Id-direzzjoni ta’ Magri Grech, jidher li ma kenitx destinata li ddum wisq. Huwa kien ingħata l-kariga fi żmien meta għadd ta’ baned Maltin kienu laħqu livell għoli ġmielu. Minħabba l-piki li kien hemm bejniethom, l-ammiraturi ta’ wħud fosthom kienu lesti jagħmlu sagrifiċċji mhux żgħar biex jaraw li l-banda favorita tagħhom, kemm jista’ jkun, tilħaq il-perfezzjoni. Biex jilħqu dan il-għan, bdew jaħtru surmastrijiet diretturi barranin.