Charlie Pace

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Charlie Pace, iben Francis u Georgina, twieled is-Siġġiewi fit-3 ta’ Ottubru 1964.

Il-kbir fost erba’ aħwa, Charlie hu miżżewweġ lil Frances née Farrugia u għandu tifla.

Charlie beda jdoqq il-klarinett mal-Banda San Nikola meta kellu 10 snin. Hu tħarreġ taħt is-Surmast Karmenu Vella, surmast magħruf ferm f’Malta, l-iktar għat-tagħlim, għax minn taħtu ħarġu bosta mużiċisti u surmastrijiet. Charlie ilu jgħallem lill-allievi fi ħdan il-Każin Banda San Nikola tas-Siġġiewi sa mill-1986. Fis-sena 1992 hu ngħaqad mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ta' iż-Żurrieq bħala għalliem tal-istrumenti tal-qasba, u għadu jgħallem sal-lum.

Fl-2017 hu beda wkoll jgħallem fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895. Fis-sena 2018 hu beda wkoll jgħallem lill-allievi mas- Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mġarr. Tul il-karriera tiegħu hu għamel 12-il sena jgħallem mal-Għaqda Banda Żejtun (2006-2018).

Bħala mużiċista Charlie jdoqq ma’ ħafna baned. Waħda mill-isbaħ esperjenzi li daqq fihom kienet f’Como, l-Italja fis-sena 2007, mal-banda nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Ewropa.

Bla ebda dubju meta ssemmi lil Charlie Pace mill-ewwel iġġib quddiem għajnejk il-klarinett. Dan l-istrument hu ferm għal qalbu.