Castelmola Sqallja

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Safra oħra ta’ Anici Band and Social Club kienti fil-Festa ta’ San Ġorġ Martri f’ Castelmola Provinċja ta’ Catania, fi Sqallija (Italja). Il-ġurnata waslet u t-Tlett ijiem ta’ din il-mawra għaddew, pero ħallew ħafna tifkiriet. Kollox beda l-Ħadd 22 t’April 2018, meta l-kontinġent ta’ ’l fuq minn mitt persuna marru lejn il-Port ta’ Malta, fejn għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu beda l-vjaġġ tiegħu lejn Pozzallo fi Sqallija bil-Katamaran Jean De La Valette. L-avventura tas-sitt mawra tal-Banda barra xtutna fl-okkażjoni tat-30 Anniversarju tal-Għaqda bdiet billi minn Pozzallo qabdu t-Triq lejn Ognina għal-passiġġata mal-baħar, wara marru għall-ikla stil Sqalli. Wara l-ikel il-vjaġġ kompla lejn il-Muntanja Etna, u x-xeni spettakolari li tofri.

Il-vjaġġ tkompla lejn il-lukanda fiċ-ċentru ta’ Catania, u b’hekk ġiet fi tmiemha l-ewwel ġurnata. It-Tnejn 23 t’ April kien il-qofol ta’ din il-mawra. Filgħodu wara l-kollazzjon, il-kontinġent mar Acereale, u għall-ħabta tan-12.30 marru għall-ikla buffett, u lura lejn il-Lukanda. Għal ħabta tal-16.00, il-mużiċisti flimkien mal-bqija tal-kontinġent morna Castelomla fi vjaġġ ta’ ftit iżjed min siegħa.

Hemm il-ħolma bdiet issir realtà. Il-Banda Anici bdiet il-wirja mużikali tagħna b’marċ sal-Pjazza Prinċipali fejn ġiet milqugħa mill-membri tal-Kumitat organizzattiv ta’ Castelomla, u kompliet billi akkumpanjat lill-Isqof tal-Provinċja sal-Knisja, fejn wara bdiet il-Quddiesa Solenni tal-Festa, ittieħed ritratt tal-Banda bħala tifkira tal-okkażjoni, u wara għall-ħabta ta’ 20.15 bdiet ħierġa l-Purċissjoni. Il-Banda Anici kellha l-privileġġ li fil-ħruġ tal-istatwa mill-Knisja ddoqq l-Innu Popolari ‘Fjur ta’ Martri’, kompożizzjoni tas-Surmast Ġiuseppi Camilleri fost briju kbir anke mill-Partitarji li kienu mal-Banda, u saħansitra mill-Isqallin. Hemm il-qalb ta’ kull Qormi preżenti ferħet u sellmet bil-qalb, lill-istatwa titulari li tirrapreżenta lil San Ġorġ fuq iż-żiemel.

Il-Banda kompliet iddoqq fil-purċissjoni sad-dħul flimkien ma’ Banda oħra minn Messina. Wara l-Barka Sagramentali l-Kappillan irringrazzja lil-Banda Anici għas-sehem tagħha, u saru preżentazzjonijiet ta’ tifkira kemm mill-Kumitat organizzattiv tal-Festa f’ Castelmola, u kif ukoll mid-diriġenti tal-Għaqda. Dan kien sodisfazzjon kbir għall-Banda Anici, u b’hekk intlaħaq l-għan li għalih il-Banda għamlet din is-sitt mawra tagħha f’postijiet differenti barra xtutna.

B’hekk għal darb’oħra l-Banda Anici kienet l-ambaxxatriċi ta’ Malta, u l-Belt Pinto fi Sqallija. Wara saret bibita` lill Banda u l-kontinġent u lura lejn il-Lukanda. L-għada, it-Tlieta 24 t’ April 2018, l-aħħar ġurnata, kollazzjon, u wara l-kontinġent għabba l-bagalji u beda vjaġġ qasir saċ-ċentru ta’ Catania, fejn għall-ħabta tan-12.30 għamlu vjaġġ ieħor ta’ kwarta biex marru għall-ikla buffett. Wara l-Ikel l-aħħar waqfa kienet f’ Porto di Catania, sabiex għall-ħabta tal-17.00 qabdu t-triq lejn il-Port ta’ Pozzallo, fejn il-kontinġent beda triqtu lura lejn Malta. Għall-ħabta tad-21.30, il-kontinġent daħal fil-port ta’ Malta, u b’hekk ġiet fi tmiemha din il-mawra li ser tibqa fil-memorja ta’ dawk kollha li kienu parti minnha, u tkompli tagħmel din l-istorja waħda li ma tintesiex.

Tagħrif miġbur minn Chev John Mary Spiteri