Carmelo Brincat

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Carmelo Brincat twieled f' Birkirkara fil-21 ta' Novembru 1896. Carmelo beda jitgħallem il-mużika mal-Banda Duke of Connaught's Own taħt is-Surmastrijiet Mro.Francesco Xuereb u Mro.Vincenzo Costa.

Ta' tmintax-il sena kien diġa solista bl-ewfonju mal-Baned tas-Soċjeta Soċjeta Filarmonika King’s Own u Societa Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt kif ukoll mal-Banda tal-King's Own Malta Regiment. Carmelo tgħallem l-armonija għand il-magħru Surmast Giużeppi Abdilla. Fl-24 ta' Lulju 1917 Carmelo żżewweġ lil Carmela nee’ Galea u kellhom tlettax-il wild. Meta emigra lejn l-Amerika, Mro. Carmelo Brincat kien jaħdem mad-ditta Ford Motors u kien idoqq mal-banda ta' din il-kumpanija. Lura Malta fl-1921 daħal fil-korp tal-Pulizija bħal bandist mal-banda tal-Korp fejn serva għal 35 sena. Fit-3 ta' Frar 1939, wara tmintax il-sena fi-Korp tal-Pulizija, ġie maħtur Surmast Direttur tal-Banda tal-istess Korp b' rank ta' Surmast Maġġur, u li huwa dam imexxi il-Banda tal-Puliżija għal aktar minn sbatax-il sena.

Barra minn marċi funebri u marċi brijużi, Mro. Brincat huwa 1-kompożitur ta' erba' sinfoniji kbar Armistice Day, 11 November 1918, The Siege of Malta, u Preludio Sinfonico. Brincat kiteb ukoll żewg intermezzi, Return of Peace u Intermezzo con Romanza, kif ukoll l-kompożizzjoni Meditation. F' konkors internazzjonali tal-mużika li sar f' Salerno, l-Italja fl-1924, is-sinfoniji mill-pinna ta' Mro. Brincat Armistice Day u Intermezzo con Romanza rebħu żewġ premjijiet, il-Gran Diploma d' Onore u żewġ slaleb tad-deheb. L-isem tal-kompożitur kien imxandar con lode u l-Association de Compositeurs et Editeurs ta' Pariġi awguratlu għall-kwalita tal-kompożizzjonijiet tiegħu.

Fl-1927, Mro. Brincat ikkompona Innu Popolari għall-Kungress Ewkaristiku f' Kartaġni, it-Tuneżija. F' Settembru tal-1956 is-sinfonija The Siege of Malta ġiet imxandra erba' darbiet wara xulxin f' ġimgha waħda fil-programm mxandar mill-BBC Tribute to Malta, Brincat ikkompona wkoll Innu lil San Pawl fuq versi ta' Dun Frans Camilleri, b' sopran u b' baritonu. Kiteb ukoll Innu lil San Filep ta' Aġira għal sopran, tenur, kor u banda, fuq versi ta' Philip Chircop għal Banda 12th May Band and Social Club ta' Ħaż-Żebbuġ.

Fis-sena 1956 Mro. Carmel Brincat ġie magħżul sabiex imexxi lill-Duke Of Connaught Own Band Club. Ma' din il-banda Mro. Brincat mexxa diversi kunċerti u kkompona diversi marċi, flimkien mal-‘Innu tal-Banda’ li kkompona fl-okkazjoni tal-mitt anniversarju ta' din is-socjeta fl-1965 fuq kliem tas-Sur George Portelli, liema innu għadu jindaqq sal-lum. Mro. Carmelo Brincat dam Surmast Direttur tal-Banda Duke of Connaught's Own sakemm miet fit -3 ta' Jannar 1968. Mro. Brincat ġie midfun fil-kannierja tal-Kolleġġjata Bażilika ta' Santa Liena. Is-Surmast Brincat kellu 11-il tifel u tifla li minnhom kien hemm diversi li jdoqqu xi strument, imma l-aktar li kompla miexi fuq il-passi ta' missieru kien Emmanuelli eventwalment kien is-successur tieghu bhala Surmast Direttur tal- Banda Duke of Connaught's Own.