Cappella Musicale Caeciliana

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Il-Cappella Musicale Cæciliana ġiet iffurmata fis-sena elfejn u għaxra (2010) meta s-Surmast Abraham D' Amato, organista u kompożitur ta' mużika liturġika, stieden numru ta' koristi u strumentalisti biex jieħdu sehem fl-Ewwel Quddiesa Solenni ta' saċerdot novell ġewwa l-Kolleġġjata-Bażilika ta' Sant' Elena f'Birkirkara.

Ir-riżultat ta' din iċ-ċelebrazzjoni kien wieħed pożittiv u minn dak iż-żmien il-cappella kompliet tiġi mistiedna biex tipparteċipa f'ċelebrazzjonijiet liturġiċi f'diversi knejjes Maltin.

L-għan ewlieni tal-Cappella Musicale Cæciliana hu li tipprovdi lil-liturġija b'kant li huwa konsonu mal-ispirtu ċeċiljan tal-Knisja Kattolika, jiġifieri skont kif il-mużika ekkleżjastika tinsab deskritta fid-dokumenti uffiċċjali tal-Knisja, bl-iskop li tingħata identita' waħdanija lil-liturġija kattolika. Fost il-funzjonijiet liturġiċi li din il-cappella di musica ġiet mistieda sabiex tipparteċipa fihom insibu numru ta' prime messe, anniversarji saċerdotali, ċelebrazzjonijiet episkopali, investituri ta' kavallieri, tiġijiet u funerali. Iż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Grotta u l-Bażilika ta' San Pawl, ir-Rabat.

Lura fl-2022 tibqa' fost l-okkażżjonijiet speċjali li għalihom il-Cappella Musicale Cæciliana ġiet mistiedna biex tipparteċipa fihom. Barra minn hekk, il-Cappella Musicale Cæciliana tipprovdi wkoll il-kant u l-mużika fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta' numru ta' festi Maltin li tagħhom is-Surmast D'Amato ġie maħtur maestro di cappella.

Hija tagħti wkoll is-sehem tagħha b'kant gregorjan u polifoniku fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li fl-Arċidjoċesi ta' Malta huma permessi li jsiru bir-rit Tridentin. Barra mil-liturġija, il-Cappella Musicale Cæciliana tkun ukoll mistiedna biex tipprovdi s-servizzi tagħha f'kunċerti li jiġu organizzati sew għall pubbliku kif ukoll għal udjenza privata. Fost dawn l-istediniet insibu wkoll dawk li jsiru minn diversi għaqdiet u soċjetajiet mużikali li jkunu jenħtieġu l-kant tal-kor mad-daqq tal-banda, sew f’kunċerti kif ukoll f'recordings.