Abraham D' Amato

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro Dr Abraham D'Amato twieled fl-14 ta' Ottubru 1989 u trabba f'Birżebbuġa, fejn ukoll beda jistudja l-mużika għand is-Sinjuri Carmen Esposito, Francis Saliba, u Francis Fava. Kompla jistudja fuq livell avvanzat għand Mro Manoel Pirotta, fejn tħarreġ sew fil-mużikoloġija, fl-armonija, fil-kuntrapunt, fil-kompożizzjoni, u fl-orkestrazzjoni. Ingħata d-dipomi tal-Associate u l-Licentiate fil-music literacy mill-Università ta' West London kif ukoll dik tal-Gold Medalist fil-kompożizzjoni mill-Victoria College of Music ta' Londra.

Huwa wkoll gradwat fit-Teoloġija Pastorali mill-Università ta' Malta b'teżi li fiha sar studju analitiku dwar l-ispirtu tal-mużika liturġika f'Malta, u li permezz tagħha irnexxielu jarmonizza l-imħabba u l-ġibda naturali tiegħu għall-mużika u t-tradizzjoni tal-Knisja.

Abraham huwa attiv ħafna fil-qasam tal-mużika sagra. Barra li huwa organista, kompożitur, u direttur rinomat, Abraham jagħmel ukoll traskrizzjonijiet ta' mużika sagra Maltija antika. Ikun ukoll mistieden mill-amministraturi ta' diversi knejjes u parroċċi f'Malta biex jagħti lkontribut tiegħu permezz ta' artikli fil-pubblikazzjonijiet annwali tagħhom, jew biex anke jagħti taħditiet u riflessjonijiet dwar il-mużika fil-liturġija.

Ta' spiss ukoll ikun imsejjaħ biex jikkoordina l-kant u l-mużika fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta' diversi knejjes Maltin, barra li jokkupa wkoll il-kariga ta' maestro di cappella ta' numru ta' festi Maltin li jiġu ċċelebrati b'tant entużjażmu u dettal. Immexxi mill-imħabba u mill-apprezzament lejn il-mużika liturġika u biex ikun jista' jaqdi tant tajjeb dan l-irwol tiegħu, bl-għan li joffri lill-knejjes Maltin mużika liturġika xierqa, fl-2010 waqqaf il-Cappella Musicale Caeciliana li minn dak iż-żmien saret waħda mill-aktar cappelle di musica mfittxija fil-Gżejjer Maltin.

Abraham huwa wkoll gradwat fil-liġi mill-Università ta' Malta, imma minħabba l-impenji kontinwi tiegħu u r-riżultati miksuba fil-mużika ekkleżjastika għażel li jwarrab il-possibilita' li jagħmel karriera fil-qasam legali.