Difference between revisions of "Victor Galea"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Victor Galea)
(Arranged Page: Victor Galea)
Line 17: Line 17:
U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija [[Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria]], b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta.
U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija [[Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria]], b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta.


Wara Victor Galea dan il-marċ kien irregalah lill-banda tas-[[Soċjeta Filarmonika King’s Own]], Victor jgħid li dan il-marċ kien ntgħoġob ferm tant li hemm madwar sittax-il banda oħra li għadhom iddoqquh minn żmien għal żmien.
Wara Victor Galea dan il-marċ kien irregalah lill-banda tas-[[Soċjeta Filarmonika King's Own]], Victor jgħid li dan il-marċ kien ntgħoġob ferm tant li hemm madwar sittax-il banda oħra li għadhom iddoqquh minn żmien għal żmien.


Minkejja li f’belt twelidu Ħaż-Żebbuġ hemm triq imsemmija għal għalih, bħala '''Triq Anthony Aquilina Mużiċista 1906-1985''' u f’[[Birkirkara]] hemm '''Triq Il-Maġġur Aquilina''', Hija xewqa kbira ta’ Victor Galea li f’ [[Ħaż-Żebbuġ]] jsir il-mafkar tiegħu.
Minkejja li f’belt twelidu Ħaż-Żebbuġ hemm triq imsemmija għal għalih, bħala '''Triq Anthony Aquilina Mużiċista 1906-1985''' u f’[[Birkirkara]] hemm '''Triq Il-Maġġur Aquilina''', Hija xewqa kbira ta’ Victor Galea li f’ [[Ħaż-Żebbuġ]] jsir il-mafkar tiegħu.

Revision as of 08:15, 24 July 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Victor Galea iben Felix u Julia Galea twieled L-Imqabba nhar it-13 ta’ Settembru, ta’ l-1958. Victor iżżewweġ lil Rita mwielda Schembri mill-Belt Valletta u għandhom żewġt itfal subien, Felix u Clinton.

Imħeġġeġ minn missieru Feliċ Galea li kien bandist, Victor beda t-taħriġ tiegħu fuq id-daqq tal-batterija mas-Surmast George Martin li kien is-Surmast direttur tal-Banda tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba.

Għal xi żmien daħal bħala membru fil-kumitat ta’ din l-Għaqda Mużikali Mqabbija u kiseb il-kariga ta’ sirettur ġenerali.

B’riħet hekk sar ammiratur kbira tal-Maġġur Anthony Aquilina u sar nistgħu negħdu kollezzjonista akkanit tal-marċi tiegħu. Victor Galea seħħlu fost marċi oħra, jikkomponi wieħed, b’arranġament ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. u ddedikah lir-Re tal-melodiji ferrieħa.

Bl-għajnuna ta’ Chev.George Bianchi, Victor irmexxielu wkoll li jwassal ġabra ta’ tagħrif li hu kien ġabar dwar il-Maġġur Anthony Aquilina, bijografija li huwa kien ippubblika f’2008 bl-isem ta’ Il-Maġġur Anthony Aquilina - Is-Surmast tal-Marċi Maltin.

Interessanti il-fatt li minkejja li Victor kiteb din il-bijografija dwar il-Maġġur Anthony Aqulina, Victor ma kellux ixorti li jintaqqa xi darba miegħu, wiċċ imb’ wiċċ, għajr li darba kien kelmu bit-telefon.

Fl-2002 b’għajnuna ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. kien ikkompona marċ b’iskop li ikun dedikat lill-mibki Maġġur Anthony Aquilina u dwar l-isem kien ikonsulta ma’ Mro. Alfred Farrugia u ma ħabib tiegħu tiegħu Charles Calleja li inċidentalment jiġi missier it-tenur ċelebri malti Joseph Calleja, finalment dan il-marċ kien isemmha Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina.

U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta.

Wara Victor Galea dan il-marċ kien irregalah lill-banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own, Victor jgħid li dan il-marċ kien ntgħoġob ferm tant li hemm madwar sittax-il banda oħra li għadhom iddoqquh minn żmien għal żmien.

Minkejja li f’belt twelidu Ħaż-Żebbuġ hemm triq imsemmija għal għalih, bħala Triq Anthony Aquilina Mużiċista 1906-1985 u f’Birkirkara hemm Triq Il-Maġġur Aquilina, Hija xewqa kbira ta’ Victor Galea li f’ Ħaż-Żebbuġ jsir il-mafkar tiegħu.